Ole Madsen
| | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Ole Eduard Fischer Madsen | ||
| Twelid | 21 ta' Diċembru 1934 Kopenħagen, Danimarka | ||
| Mewt | 26 ta' Marzu 2006 (71 sena) | ||
| Tul | 1.71 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Mixtliet | |||
| 1949–50 | Bispebjerg BK | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1950–1957 | BK Stefan | ||
| 1958–1965 | Hellerup IK | ||
| 1965–1968 | Sparta Rotterdam | ||
| 1968–1970 | Hellerup IK | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1958–1969 | Danimarka | ||
Ole Madsen (twieled fil-21 ta' Diċembru 1934 – miet fis-26 ta' Marzu 2006) kien plejer tal-futbol Daniż.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Minkejja li ma kienx mit-twal, Ole Madsen kien attakkant aggressiv u kellu għajn għall-gowl. Bħala tfajjel kien jilgħab ma' Bispebjerg FC. Fl-1958 hu ngħaqad ma' Hellerup IK fit-tielet diviżjoni. Kien f'dan iż-żmien li ġie magħżul għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Daniż. Hu kien fost il-favoriti netti li jagħmlu l-lista finali tat-tim tad-Danimarka għall-Olimpjadi tas-sajf ta' Ruma 1960, imma kellu jirtira minħabba raġunijiet finanzarji. Fl-1964, ġie nominat bħala l-Plejer Daniż tas-Sena, fl-istess sena li man-nazzjonal wasal sar-raba' post fil-Kampjonati Ewropej.
Hu kompla jilgħab mat-tim nazzjonali, sakemm fl-1965 ġie eskluż minħabba li ffirma ma' Sparta Rotterdam. Magħhom rebaħ it-Tazza tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-1966. Wara s-snin ġewwa n-Netherlands, hu kien l-ewwel plejer li ġie magħżul mat-tim nazzjonali wara karriera professjonali, fejn kien irritorna lura għad-dilettantiżmu ma' Hellerup IK. Fl-1969, waqt konfront internazzjonali kontra n-Norveġja, ċarrat ligament li temmlu għal kollox il-karriera tiegħu bħala futboler.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ole Madsen fuq National-Football-Teams.com