Aqbeż għall-kontentut

Justin Haber

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Justin Haber
Informazzjoni personali
Twelid9 ta' Ġunju 1981 (1981-06-09) (43 sena)
Furjana, Malta
Tul1.80 m
RwolGowlkiper
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliHibernians
Mixtliet
Floriana
Karriera professjonali
SninKlabb
1998–2002Floriana
1998Dobrudzha (self)
2002–2005Birkirkara
2005–2006US Quevilly
2006Royal Excelsior de Virton
2006–2007Marsaxlokk
2007–2008Chaidari
2008–2010Sheffield United
2009Ferencvárosi (self)
2010–2011Ferencvárosi
2011–2012Kerkyra
2012–2013Mosta
2013–2016Birkirkara
2016Hibernians
2016–2017Floriana
2017–2022Gżira United
2022St. Lucia
2022–Hibernians
Tim nazzjonali
2004–2016Malta

Justin Haber (twieled fid-9 ta' Ġunju 1981) huwa plejer tal-futbol Malti li attwalment jinsab jilgħab ma' Hibernians.

Huwa beda l-karriera tal-futbol mat-tim lokali ta' Floriana. Matul it-tliet snin mat-tim Furjaniż, hu għamel 23 dehra, fejn fl-ewwel sena tiegħu mal-ewwel tim intbagħat b'self lit-tim Bulgariż ta' Dobrudzha Dobrich mill-Ewwel Diviżjoni.

Fis-27 ta' Ġunju 2007, tħabbar li Justin Haber ingħaqad mat-tim ibbażat f'raħal qrib Ateni u li jimmilita fit-Tieni Diviżjoni Griega, Chaidari, f'kuntratt ta' sentejn. Fil-31 ta' Lulju 2008, Haber ingħaqad mat-tim ta' Sheffield United f'kuntratt ta' sentejn.[1] Minħabba li kien sab ftit opportunitajiet ta' futbol regulari mal-klabb Ingliż, Haber ġie msellef lit-tim ta' Ferencvárosi li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Ungeriża.[2] Waqt kamp ta' taħriġ li sar minn dan it-tim fil-bidu tal-2010 ġewwa Malta, ġie finalizzat it-trasferiment definittiv ta' Haber mal-klabb, fejn ingħata kuntratt ta' tmintax-il xahar.[3] Aktar tard, miegħu ngħaqad il-kompatrijott Andre Schembri. Id-debutt ma' Ferencvaros wasal fil-pari ta' 2–2 kontra Videoton nhar il-25 ta' Settembru 2009. Din kellha tkun waħda miż-żewġ logħbiet li lagħab matul l-ewwel staġun tiegħu ġewwa l-Ungerija. It-tieni staġun tiegħu rah jiġi involut aktar mal-ewwel ħdax fejn lagħab għaxar partiti fil-kampjonat, fosthom fir-rebħa ta' 5–0 kontra Lombard-Pápa fejn fiha salva penalty.[4] Fl-aħħar tal-istaġun, minkejja offerta min-naħa tal-klabb sabiex jestendi l-kuntratt tiegħu b'sentejn, hu rrifjuta dan it-tiġdid tal-kuntratt.[5]

Nhar l-4 ta' Lulju 2011, ġie uffiċjalment imħabbar li Haber iffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb ta' Kerkyra, ibbażati fil-gżira ta' Korfu (Greċja).[6] Wara sena fil-kampjonat Grieg, Haber irritorna lura lejn art twelidu fejn iffirma kuntratt ta' sentejn ma' Mosta.[7]

Fl-2012 huwa nqagħad ma' Birkirkara, fejn magħhom rebaħ it-titlu tal-Premier League Malti.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Justin Haber iddebtta mat-tim nazzjonali Malti fid-9 ta' Ottubru 2004 kontra l-Iżlanda. Nhar id-9 ta' Frar 2011, waqt logħba ta' ħbiberija kontra l-Iżvizzera, Haber irnexxielu jsalva żewġ penalties mogħtija minn Alexander Frei u Gökhan Inler li żammew ir-riżultat mingħajr gowls.[8]

Birkirkara
  1. ^ "Triple swoop by Blades" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2008-07-31. Miġbur 2008-09-08.
  2. ^ "Two on the move?" (bl-Ingliż). sufc.co.uk. 2009-08-27. Miġbur 2009-08-27.
  3. ^ Busuttil, Antoine (2010-01-26). "Justin Haber signs 18-month contract with Ferencváros" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com.
  4. ^ Busuttil, Antoine (2010-11-21). "Andre Schembri hat-trick hero for Ferencváros" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. Miġbur 2011-06-17.
  5. ^ "Haber turns down Fradi offer" (bl-Ingliż). Times Of Malta. 2011-05-20. Miġbur 2011-06-17.
  6. ^ "Ανακοίνωση: Υπέγραψε για 2 χρόνια ο Haber" (bil-Grieg). AO Kerkyra. 2011-07-04. Miġbur 2011-07-05.
  7. ^ Busuttil, Antoine (2012-07-14). "Justin Haber joins Mosta, Obiefule extends contract" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. Miġbur 2012-07-28.
  8. ^ Busuttil, Antoine (2011-05-20). "Two penalties saved by Haber as Malta, Switzerland share spoils in draw" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. Miġbur 2011-02-09.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]