Aqbeż għall-kontentut

Jean Pierre Mifsud Triganza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jean Pierre Mifsud Triganza

Jean Pierre Mifsud Triganza fl-azzjoni ma' Birkirkara
Informazzjoni personali
Twelid20 ta' Novembru 1981 (1981-11-20) (44 sena)
Msida, Malta
Tul1.67m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliMsida Saint-Joseph
Numru10
Karriera professjonali
SninKlabb
1998–2000Floriana
2000–2004Msida Saint-Joseph (self)
2002–2003Floriana
2004–2009Birkirkara
2009–2012Sliema Wanderers
2012–2013Birkirkara
2013–2016Valletta
2014–2015Balzan (self)
2016–2017Ħamrun Spartans
2017Mosta
2017–2020Pembroke Athleta
2020–2021Marsaxlokk
2021–2022Żabbar St. Patrick
2022-Msida Saint-Joseph
Tim nazzjonali
2008Malta

Jean Pierre Mifsud Triganza (twieled fl-20 ta' Novembru 1981) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala attakkant mal' Żabbar St. Patrick.

Mifsud Triganza beda l-karriera tiegħu ma' Floriana u ġie promoss mal-ewwel tim matul l-istaġun 2000–01. Hu deher darbtejn u skorja l-ewwel gowl tiegħu fi dro ta' 1-1 kontra Naxxar Lions fis-17 ta' Settembru 2000.

Sabiex jikseb iktar esperjenza, Mifsud Triganza ġie misluf għall-bqija tal-istaġun lill-klabb tat-Tielet Diviżjoni, Msida St. Joseph. Hu kien figura prinċipali tat-tim hekk kif bis-17-il gowl tiegħu hu għen fil-promozzjoni awtomatika. Għall-istaġun ta' wara baqa' misluf mat-tim Misidjan, u għal darb'oħra rnexxielu jirrepetti l-istaġun pożittiv meta skorja 24 gowl u akkwista flimkien mat-tim l-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni Maltija.

Lura ma' Floriana hu stabilixxa ruħu fejn għall-istaġun 2002–03 sab ix-xibka erba' darbiet, bil-klabb jaħrab ir-relegazzjoni bi ftit hekk kif spiċċaw it-tieni fir-Relegation Pool. li l-klabb sofra r-relegazzjoni wara li spiċċaw ta' qabel tal-aħħar fil-klassifika.

Il-prestazzjonijiet eklatanti tiegħu wassluh għal trasferiment ma' Birkirkara matul is-suq tat-trasferiment ta' Jannar 2004. Huwa kompla fuq l-esperjenza li kellu u għamel 9 apparenzi u skorja erba 'gowls għal Birkirkara matul l-istaġun 2003–04, meta t-tim tiegħu spiċċa fit-tieni post fil-kampjonat.

Fl-istaġun 2004–05, l-ewwel staġun sħiħ ta' Mifsud Triganza ma' Birkirkara, kompla jissiġilla postu mal-ewwel ħdax hekk kif it-12-il gowls tiegħu reġgħu taw it-tieni post lill-klabb Kalkariż u r-rebħ tal-U*Bet FA Trophy. Fl-istaġun ta' wara hu rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu, it-tieni wieħed fl-istorja tal-klabb.

Iż-żewġ staġuni ta' wara raw lil Birkirkara jispiċċaw fit-tielet post, b'Mifsud Triganza ikompli xorta waħda bil-vena ta' gowls, bi 11-il gowl kull staġun. L-istaġun 2007–08 kien immarkat bir-rebħ tat-tieni FA Trophy.

Sliema Wanderers

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Ġunju tal-2009 huwa telaq lil Birkirkara biex jissieħeb ma' Sliema Wanderers. Huwa ddebutta fil-Premier League mal-Wanderers fit-30 ta' Awwissu 2009, fit-telfa ta' 1–0 kontra Qormi.[1] Mifsud Triganza skorja l-ewwel gowl ma' Sliema fis-17 t'Ottubru 2009, bi tliet gowls f'logħba kontra Ħamrun Spartans.[2]

Lura ma' Birkirkara

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Jannar tal-2012, Mifsud Triganza mar lura ma' Birkirkara u ffirma kuntratt ta' tlett snin u nofs mal-istripes. Mal-klabb reġa' rebaħ il-kampjonat fl-istaġun 2012–13 u spiċċa t-tieni l-aqwa skorer tat-tim b'10 gowls.

Fil-31 ta' Awwissu 2013, fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti, Mifsud Triganza ssieħeb ma' Valletta.[3] Huwa għamel id-debutt tiegħu ma' Valletta f'logħba kontra Qormi.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Mifsud Triganza ddebutta mat-tim nazzjonali ta' Malta fit-telfa ta' 1–0 kontra l-Iżlanda tad-19 ta' Novembru 2008.

Klabb Kampjonat Tazza Tazza tal-Kampjonat Kontinentali Total
StaġunKlabbKampjonat PreżGowls PreżGowls PreżGowls PreżGowls PreżGowls
Malta Kampjanat Tazza Maltija Tazza tal-Kampjonat Ewropa Total
2000–01FlorianaPremier League Malti2100000021
2001–02Msida Saint-Joseph (self)Tieni Diviżjoni Maltija102400000024
2002–03FlorianaPremier League Malti174000000174
2003–04123000000123
2003–04Birkirkara9400000094
2004–0521120000002112
2005–06208000000208
2006–0720110000002011
2007–0825110000002511
2008–09258000000258
2009–10Sliema Wanderers108000000108
2011–12Birkirkara7500000075
2012–13228000000228
Total Malta 175107000000175107
Total tal-Karriera 175107000000175107
Msida Saint-Joseph
Birkirkara
  1. "Qormi 1-0 Sliema Wanderers". Transfermarkt.co.uk (bl-Ingliż). 2009-08-30. Miġbur 2009-08-30.
  2. "Sliema Wanderers 5-0 Ħamrun Spartans". Transfermarkt.co.uk (bl-Ingliż). 2009-10-17. Miġbur 2009-10-17.
  3. Mizzi, Ivan (2013-08-31). "Mifsud Triganza moves to Valletta FC" (bl-Ingliż). Birkirkara FC. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2025-01-22. Miġbur 2013-08-31.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]