Rowen Muscat
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 5 ta' Ġunju 1991 Ħaż-Żebbuġ, Malta | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
2004−2009 | Birkirkara | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2009−2014 | Birkirkara | ||
2014−2015 | Dunaújváros | ||
2015−2017 | Birkirkara | ||
2016 | → Pavia (self) | ||
2017− | Valletta | ||
Tim nazzjonali | |||
2012− | Malta |
Rowen Muscat (twieled fil-5 ta' Ġunju 1991) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala midfilder.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Muscat beda jipprattika il-futbol f'età żgħira fl-akkademja ta' Birkirkara u qatt ma ħalla l-klabb. Anke fl-età tiegħu fl-akkademja kien dejjem kapaċi li juri potenzjal kbir. Muscat għamel id-debutt ma Birkirkara fl-10 ta' Ottubru meta huwa kien bħala sostitut kontra Dingli Swallows fl-aħħar għaxar minuti. L-ewwel kuljom Muscat fit-tim ta' Birkirkara kien fl-ewwel 11 li bdew fit-18 ta' Ottubru 2009 kontra Hibernians. Minn din l-ewwel logħba, Muscat qatt ma ħares lura u eventwalment irnexxielhu jilgħab fl-età żgħira tiegħu, biex jikseb post fost l-ewwel 11, li jfisser li huwa kienpreżenti f'kull logħba tal-ballun.
Id-determinazzjoni u l-ħiliet tal-futbol tiegħu kienu l-muftieħ għas-suċċess tiegħu. Mill-ħiliet ideali, jiġifieri, passes perfetti u teknika kbira, Muscat dejjem irnexxielhu biex jimpressjona lil kowċ tiegħu Paul Żammit. Fl-istaġun 2009–10, Muscat għamel 21 apparenzi u hu beda 18-il logħba mill-bidu u ġie inkluż bħala sostitut tliet darbiet. L-ewwel apparenza tiegħu kienet fis-6 ta' Marzu 2010 meta Birkirkara rebħu 2-0 kontra Qormi.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Birkirkara
- Premier League Malti: 2012–13
- Tazza Maltija: 2014–15
- Super Cup Maltija: 2013, 2014
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Profil fuq is-sit ta' Birkirkara FC
- Rowen Muscat fuq National-Football-Teams.com