Joseph Zerafa
| Dan l-artiklu dwar persuna u l-isport huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 31 ta' Mejju 1988 Mġarr, Malta | ||
| Tul | 1.72 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb attwali | Valletta | ||
| Numru | 19 | ||
| Mixtliet | |||
| Sirens | |||
| Mġarr United | |||
| Hibernians | |||
| Birkirkara | |||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2005–2014 | Birkirkara | ||
| 2005–2014 | Grays Athletic | ||
| 2015 | Welling United | ||
| 2015–2017 | Birkirkara | ||
| 2017–2021 | Valletta | ||
| 2021– | Hibernians | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 2011–2019 | Malta | ||
Joseph Zerafa (twieled fil-31 ta' Mejju 1988) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala difensur xellugi ma' Hibernians.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Joseph beda l-karriera tiegħu meta kellu sitt snin ma' Sirens. Is-sena ta' wara ngħaqad mal-mixtla tar-raħal tiegħu, Mġarr United fejn għamel magħhom erba' snin oħra. Fl-età ta' 13-il sena, Joseph mar mal-mixtla ta' Hibernians u għamel sentejn. Fis-sena 2005 issieħeb ma' Birkirkara.
Zerafa iddebutta fil-Premier League Malti fl-istaġun 2005–06, liema staġun Birkirkara rebħu t-titlu. Joseph skorja l-ewwel gowl tiegħu kontra Msida Saint-Joseph meta t-tim tiegħu rebaħ 2–1. Fl-istaġun 2010–11 Joseph estenda l-kuntratt tiegħu għal tlett snin oħra f'Ġunju 2011.
Fl-istaġun 2011–12, il-prestazzjonijiet ta' Zerafa wassluh sabiex jisstabbilixxi ruħu bħala wieħed mill-aħjar difensuri xellugin fil-Premier League.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-2 ta' Ġunju 2012, huwa għamel id-debutt kbir tiegħu għat-tim nazzjonali Malti fir-rebħa ta' 2–0 kontra il-Lussemburgu.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Birkirkara
- Premier League Malti: 2012–13
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Joseph Zerafa fuq National-Football-Teams.com
- Profil fuq is-sit uffiċjali ta' Birkirkara