Aqbeż għall-kontentut

Arturo Mercieca

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Arturo Mercieca
Ħajja
Twelid Rabat, 14 Ġunju 1878
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Mewt 31 Lulju 1969
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni imħallef
politiku
kittieb
Premjijiet

Sir Arturo Mercieca (Rabat (Għawdex), 14 ta Ġunju 187831 ta' Lulju 1963) kien Prim Imħallef, politiku u awtur Malti.

Studja fis-Seminarju tal-Qalb ta' Ġesù u fl-Università ta' Malta minn fejn iggradwa bħala avukat. Kompla bl-istudji tiegħu f'Ruma u f'Londra. Laħaq avukat ta' 26 sena.

Eventwalment inħatar Avukat tal-Kuruna, Imħallef, u fl-aħħarnett Prim Imħallef u President tal-Qorti tal-Appell.

Bejn l-1907 u l-1910 kien membru tal-Kunsill tal-Gvern jirrappreżenta lil Għawdex. Politikament kien attiv fil-politika mal-Associazione Politica Maltese.

Fl-1940, mal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, kien safa' internat flimkien ma' martu u tnejn minn uliedu għal ħames snin. Fl-1942 kien eżiljat fl-Uganda.

Sir Arturo Mercieca kien ukoll kittieb u studjuż tal-istorja ta' Malta u diversi kitbiet tiegħu dehru f'pubblikazzjonijiet Taljani tal-istorja. Ippubblika wkoll l-awtobijografija tiegħu bit-titlu Le mie vicende.

Hu kien miżżewweġ u kellu tmint itfal.

Waqt ċerimonja fil-foyer tal-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta, fil-31 ta' Mejju 2012, inkixef bust ta' Sir Arturo Mercieca. Dakinhar ġiet ippreżentata wkoll kopja tat-traduzzjoni tal-bijografija ta' Sir Arturo Mercieca lill-Ministru Chris Said. Filwaqt li qraba u dixxendenti ta' Sir Arturo Mercieca ppreżentaw volumi sħaħ bis-sentenzi oriġinali li Sir Arturo Mercieca kien ta, meta kien Imħallef fil-Prim Awla u anki Prim Imħallef.