Aqbeż għall-kontentut

Marc'Antonio Zondadari

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Marc'Antonio Zondadari
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1720 - 1722
Raymond Perellos of Roccaful (en) Translate - António Manoel de Vilhena
Ħajja
Twelid Siena, 1658
Mewt Malta, 16 Ġunju 1722
Post tad-dfin Konkatidral ta' San Ġwann
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied

Marc'Antonio Zondadari (26 ta' Novembru 1658 - 16 ta' Ġunju 1722), minn Siena, kien il-65 Prinċep u Gran Mastru tal-Ordni ta' Malta, mill-1720, wara l-mewt tal-Aragoniż Ramon Perellos y Roccaful, sal-mewt tiegħu stess fl-1722.

Zondadari twieled Siena; ommu kienet ta’ kunjom aristokratiku Chigi, u studja f’kulleġġ f’Parma.[1][2] Mill-1702 'l quddiem Zondadari għex f'Palazzo Carniero fil-Belt Valletta, li aktar tard sar magħruf bħala Berġa tal-Baviera.[3]

Ir-renju tiegħu dam sentejn biss, u kien popolari mal-Maltin. Matul ir-renju tiegħu, it-tradizzjonijiet tal-Karnival ġew imsaħħa bl-introduzzjoni tal-Kukkanja.

Il-katavru tiegħu jinsab midfun f’monument majestuż maħdum minn Massimiliano Soldani Benzi fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann filwaqt li qalbu kienet midfuna f’Siena. Dan il-monument huwa xogħol tal-arti barokk fil-bronż u l-irħam li juri lill-Gran Mastru mimdud. Dan huwa l-uniku monument li nstab fin-nava tal-knisja għax ma kienx hemm biżżejjed spazju għalih fil-kappella tal-lingwa tal-Italja.[4]

  1. ^ Entry in Treccani Encyclopedia, by Mario De Gregorio, Dizionario Biografico degli Italiani. Volume 51 (1998).
  2. ^ Elogi degli uomini illustri toscani. Volume III. by Marco Lastri (1774) pages 642-647.
  3. ^ "Auberge de Bavière". Government Property Department. Arkivjat minn l-oriġinal fl-3 March 2016.
  4. ^ Cini, George (5 April 2004). "When the Knights splashed out on Baroque sculptures". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-13 March 2016.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Ramon Perellos y Roccaful
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann|
1720–1722

Suċċessur
António Manoel de Vilhena