Erin Serracino Inglott
Erin Serracino Inglott | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 16 Ottubru 1904 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 22 Awwissu 1983 |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Malta |
Lingwi |
Malti Ingliż Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta drammaturgu kittieb lessikografu traduttur ħaddiem taċ-ċivil |
Erin Serracino Inglott (twieled l-Isla fis-16 ta' Ottubru 1904 – miet fit-22 ta' Awwissu 1983) kien drammaturgu, poeta, rumanzier, kittieb ta' novelli, lessikografu, filologu u traduttur Malti.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Erin kien bin Antonio Serracino u Pia Inglott.[1] Studja fil-Liċeo (1915-1920) u fl-Università ta' Malta u ħa kors tal-Letteratura (1921-1924). Sa minn żgħożitu Erin kellu kilba għall-kotba. Daħal fis-Servizz Ċivili (1927-1963) u serva għal xi żmien bħala segretarju tal-Università ta' Malta.
Fl-1993 iżżewweġ lil Leonilda Gatt u ma baqax joqgħod l-Isla iżda mar joqgħod Bormla, fi Triq Santa Margerita u baqa' joqgħod hemm sakemm miet. Fi żmien il-gwerra iżda, kien mar joqgħod għal ftit żmien, Birkirkara. Kellhom ħamest itfal, tliet ibniet u żewġ subien. F'Bormla, Erin Serracino Inglott kien jattendi l-Literary and Debating Society, soċjetà maqtugħa għalkollox mill-attivitajiet politiċi li l-iskop ewlieni tagħha kien li jsiru laqgħat dwar il-kitba, il-movimenti letterarji u suġġetti oħra varji. B'hekk tħajjar biex isir membru tal-Akkademja tal-Malti. Kien jaf l-Ingliż, it-Taljan, il-Latin, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Ġermaniż u r-Russu.
Erin Serracino Inglott kellu tliet delizzji prinċipali: il-lingwa, l-iskakki u l-mużika. Dawn it-tliet delizzji kibru miegħu fl-interess u fl-importanza għax ma kienx jaf b'medjokrità u jieqaf hemm, imma kellu fih sens profond li kien iġiegħlu jħoss li kull xogħol li jidħol għalih għandu jkollu fuqu t-timbru tal-kompetenza u tal-kreatività.
Fl-iskakki Erin rebaħ il-kampjonat diversi drabi[2][3] u fis-sena 1938 mar Brighton jikkompeti maċ-ċampjin dinji fejn ġab dro f'logħba li ħajritu jkompli miexi fit-triq tas-suċċess.
Għalkemm kien iqatta' ħafna sigħat jikteb, xorta kien isib il-ħin għall-familja. Kienu jgħidu r-rużarju flimkien, joħroġ mal-familja u wkoll jeħodhom jgħumu, basta x'ħin irid hu. Kien iħobb ħafna l-annimali u skont ibnu, Erin Serracino Inglott kellu ammorin li kien jgħid ir-rużarju magħhom. Kien wasal lejn l-aħħar tal-kitba tad-dizzjunarju, Il-Miklem Malti, meta miet fl-età ta' 78 sena.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-miklem Malti – ġabra ta' kliem li jinsab fl-ilsien Malti mill-eqdem magħruf u miktub, ukoll dak li m'għadux jingħad, sal-iġded magħżul u milqugħ, li beda jingħad, miktub kif jixraq bit-tiswijiet meħtieġa, u mogħni bit-tifsir tan-nisel Semitiku jew Rumanz skont is-sengħa/ix-xogħol ta' Erin Serracino Inglott, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1975-1989.
Drammi
[immodifika | immodifika s-sors]- Razju Vidal, G. Muscat, Malta, 1941
- Ir-raġel li ħadha mal-mewt, Malta, 1945
- Il-barrani, A.C. Aquilina, Malta, 1956
- Ir-raħeb, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1971
- Ir-raġel li twieled mill-gdid (dramm fi tliet atti), Malta, 1971
- Il-wiċċ u l-qalb (buzzett f'att wieħed), Malta, 1971
- Il-bażużlu, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1978
- Il-Kerjoti (u żewg drammi oħra), Pubblikazzjonijiet Indipendenza, Malta, 1993
Traduzzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- It-taħbila tal-kamra s-safra, rumanz ta' Gaston Leroux (Mystere de la chambre jaune). Giov. Muscat, Malta, 1947
- Dante Alighieri: Id-divina commedia bil-Malti. L-infern. xxxix Stamperija tal-Gvern, Malta, 1964
- Il-qarnita: ġrajja oħra ta' Routetabille miktuba minn Gaston Leroux, Stamperija Nazzjonali, Malta, 1972
Poeżija
[immodifika | immodifika s-sors]- Is-sabiħ u l-ikrah (1939)
- Ix-xita (1945)
- Nemel (1946)
- Xi ħaġa baqa' (1947)
- Lil G. B. S (1947)
- Ġesù u l-Madliena (1948)
- Sunetti tal-gwerra (1948)
- Talba lil ommi mejta (1950)
- Xejn... (1950)
- Jahweh (1967)
- Lill-mewt (1967)
Ix-xita
[immodifika | immodifika s-sors]L-iżjed poeżija popolari ta' Erin Serracino Inglott hi bla dubju Ix-xita (1945):
Dix-xita |
Kif jasal |
Jagħtini |
Jekk jiena |
Jagħtini |
Novelli
[immodifika | immodifika s-sors]- Dwiem, Il-Malti, Settembru 1944
Artikli oħra
[immodifika | immodifika s-sors]- Ħsibijiet imxerrda, Il-Malti, Mejju, 1940
- Nisel, Il-Malti, Mejju, 1947
- Il-palk ta' żgħużiti, 1966[4]
- Fehmti Dwar Xi Problemi fl-Ortografija tal-Malti, Il-Malti, 1977
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Erin Serracino Inglott (minn intervista li saret lil ibnu Mario), L-Akkademja tal-Malti". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-08-20. Miġbur 2013-03-06.
- ^ Alexander Alekhine vs Erin Serracino-Inglott Għawdex, Malta 1935
- ^ "Past Malta Champions - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). 2021-01-08. Miġbur 2022-12-30.
- ^ "Il-palk ta' żgħużiti". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-04-24. Miġbur 2013-03-06.