Aqbeż għall-kontentut

Papa Piju XII

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Papa Piju XII

Vuċi
260. Papa

2 Marzu 1939 - 9 Ottubru 1958
Pius XI (en) Translate - Papa Ġwanni XXIII
Camerlengo of the Sacred College of Cardinals (en) Translate

13 Diċembru 1937 - 2 Marzu 1939
Lorenzo Lauri (en) Translate - Raffaele Rossi (en) Translate
Chamberlain of the Apostolic Chamber (en) Translate

1 April 1935 - 2 Marzu 1939
Pietro Gasparri (mul) Translate - Lorenzo Lauri (en) Translate
Archpriest of St. Peter's Basilica, Vatican City (en) Translate

25 Marzu 1930 - 2 Marzu 1939
Rafael Merry del Val (en) Translate - Federico Tedeschini (mul) Translate
Cardinal Secretary of State (en) Translate

7 Frar 1930 - 2 Marzu 1939
Pietro Gasparri (mul) Translate - Luigi Maglione (mul) Translate
kardinal

16 Diċembru 1929 -
Apostolic Nuncio to Prussia (en) Translate

22 Ġunju 1926 - 19 Awwissu 1929
← no value - Cesare Orsenigo (en) Translate
apostolic nuncio to Germany (en) Translate

22 Ġunju 1920 - 16 Diċembru 1929
← no value - Cesare Orsenigo (en) Translate
arċisqof titulari

23 April 1917 -
Dioceses: See of Sardis (en) Translate
Apostolic Nuncio to Bavaria (en) Translate

20 April 1917 - 8 Ġunju 1925
Giuseppe Aversa (en) Translate - Alberto Vassallo di Torregrossa (en) Translate
Ħajja
Isem propju Eugenio Maria Giuseppe Giovanni Pacelli
Twelid Ruma, 2 Marzu 1876
Nazzjonalità Italja
Renju tal-Italja
Mewt Castel Gandolfo (en) Translate, 9 Ottubru 1958
Post tad-dfin Vatican Grotto (en) Translate
Bażilka ta' San Pietru
Kawża tal-mewt kawżi naturali (attakk tal-qalb)
Familja
Missier Filippo Pacelli
Konjuga/i Not married
Aħwa
Tribù Pacelli Family (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater L.G.S Ennio Quirino Visconti (en) Translate
Pontifical Roman Seminary (en) Translate 1901)
Almo Collegio Capranica (en) Translate
Pontifical Gregorian University (en) Translate
(1894 - 1895)
La Sapienza
(1895 - 1896)
Livell tal-edukazzjoni lawrija
Lingwi Taljan
Ġermaniż
Latin
Ingliż
Portugiż
Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni Qassis fil-Knisja Kattolika
Isqof Kattoliku
Parteċipant
Post tax-xogħol Ruma
Stat tal-Belt tal-Vatikan
Premjijiet
Nominat għal
Sħubija Akkademja Papali tax-Xjenzi
Festa
9 ta' Ottubru

Papa Piju XII, imwieled Eugenio Maria Giuseppe Pacelli (Ruma, 2 ta' Marzu 1876 – Castel Gandolfo, 9 ta' Ottubru 1958) kien il-260 Papa tal-Knisja Kattolika.

Eugenio kien it-tielet wild ta' Filippo Pacelli (1837-1916), avukat tas-Sacra Rota u Virginia Graziosi (1844-1920). Flimkien ma' ħuh Francesco u ż-żewġ ħutu bniet, Giuseppina u Elisabetta, Eugenio trabba fiċ-ċentru ta' Ruma. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fi skola privata Kattolika, fil-liċeo tal-Istat "Ennio Quirino Visconti" (li kien iddominat minn sentiment anti-Kattoliku), fil-Collegio Capranica, u mill-1894 sal-1899 studja t-teoloġija fl-Università Gregoriana minn fejn ġab id-dottorat fl-1901, meta diġà kien ilu sentejn saċerdot (mill-1899). Fl-1902 ggradwa fil-Liġi għalkemm qatt ma pprattika. Sa minn età ċkejkna Eugenio ħass li kellu l-"vokazzjoni" saċerdotali: fil-ħin ħieles tiegħu kien joqgħod taparsi jqaddes. Sa minn meta kellu 8 snin, Don Giuseppe Lais, xjenzat u astronomu, kellu influwenza kbira fuqu, u għal ħafna snin kellu jkun il-preċettur tiegħu.

Arċisqof u Nunzju

[immodifika | immodifika s-sors]

Segretarju tal-Istat

[immodifika | immodifika s-sors]

1939-58: Papat

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1939, fl-istess jum u xahar li fihom twieled: it-2 ta' Marzu, Pacelli kien elett Papa. Huwa kien l-"għażla obbligatorja" għall-ħamsa u sittin kardinal li nġabru fil-konklavi ta’ Frar 1939. Fi żmien fejn id-dinja kienet qed tistenna li tfaqqa’ l-gwerra, il-kardinali riedu xi ħadd li kien midħla sew fit-tradizzjoni tad-diplomazija Vatikana - għalhekk huma għażlu s-Segretarju ta’ l-Istat li kellu Piju XI. Pacelli ħa l-isem ta’ Piju XII.

 Insejjaħ lili nnifsi Piju. Ħajti kollha kienet taħt il-Papiet li ġabu dan l-isem, imma l-iżjed bħala sinjal ta’ gratitudni lejn Piju XI. 

It-Tieni Gwerra Dinjija u l-Kwistjoni tal-Lhud

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġimgħatejn wara l-inkoronazzjoni ta’ Piju XII, Hitler invada ċ-Ċekoslovakkja - pass ’il bogħod minn gwerra dinija. Piju XII għamel minn kollox biex ibiegħed il-gwerra. Jibqa' magħruf id-diskors tiegħu fuq ir-radju tal-24 ta' Awwissu 1939 li fih qal il-frażi li baqgħet simbolu tal-Pontifikat tiegħu: "Xejn ma jintilef bil-paċi; kollox jista' jintilef bil-gwerra". Iżda ġimgħa wara, nhar l-1 ta' Settembru, il-Ġermanja invadiet il-Polonja u jumejn wara, Franza, u l-Ingilterra wieġbu għall-attakk; hekk bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija. Papa Pacelli organizza għajnuna lill-popolazzjonijiet milquta u ħoloq l-uffiċċju informazzjoni fuq il-priġunieri u dawk dispersi. Huwa saħansitra issogra ħajtu meta għamilha ta’ intermedjarju bejn l-Alleati u l-moviment ta’ reżistenza fil-Ġermanja, li fl-1940 kien qed jippjana li jqum kontra Hitler.

Meta l-Italja ddikjarat li hi wkoll ser tidħol fil-gwerra, il-Vatikan ġie f’pożizzjoni kritika. Il-Papa għamel ħiltu sabiex iżomm id-dehra ta’ imparzjalità u b’hekk jevita li l-Vatikan jiġi attakkat bħala stat kompliċi mal-Alleati. Għalkemm Piju kellu stmerrija lejn il-Komuniżmu, hu ma wera l-ebda sens ta’ qbil man-Nażi li pinġew l-attakk fuq ir-Russja bħala gwerra qaddisa antikomunista. Madankollu, Piju XII kellu mħabba speċjali lejn il-poplu Ġermaniż u l-kultura tiegħu, u għalhekk hu ħadem sabiex iġib il-paċi li b’xi mod tirrispetta l-interessi leġittimi tiegħu. U meta l-gwerra daret favur l-Alleati, il-Papa beża’ mill-fatt li l-komunisti kienu ser jirbħu, għalhekk hu ħadem sabiex jintlaħaq ftehim li ma jagħtix rebħa totali la lill-Unjoni Sovjetika u lanqas lill-Ġermanja.

Il-Kwistjoni ta' Piju XII u l-Lhud

[immodifika | immodifika s-sors]

F'ħajtu u għal xi snin wara mewtu Piju XII kien imfaħħar għal dak kollu li għamel b'riżq il-Lhud. Iżda fl-1963, wara d-dramm teatrali "Il-Vigarju", bdiet polemika fuq Piju XII, akkużat li ma ħadimx biżżejjed biex jiddefendi l-Lhud, sa ġie definit "Il-Papa ta' Hitler". Iżda l-istudjuż Lhudi Pinchas Lapide, li kien ukoll il-konslu ta’ Israel fl-Italja, jgħid li bejn 70% u 90% tad-950,000 Lhud Ewropew li ħarġu ħajjin mill-Olokawst, jafu dan lil inizjattivi Kattoliċi, inkoraġġiti u sostnuti mill-istess Piju XII.

Iżda għaliex Piju XII ma kkundannax pubblikament l-atrocitajiet tan-Nażi fl-Olokawst? Beża’ wisq li ma jibqax newtrali? M’hemmx dubju li l-Papa kien infurmat biżżejjed dwar x’kien qed jiġri. Madankollu hu żamm is-silenzju. Żgur li għal dan kien hemm xi raġuni. Dawn huma xi raġunijiet possibli:

  • biża’ ta’ miżuri aktar iebsa min-naħa tan-Nażi jekk hu jipprotesta; kif ġara fl-Olanda meta l-isqfijiet tkellmu kontra d-deportazzjoni tal-Lhud;
  • biex tinżamm in-newtralità uffiċjali tal-Vatikan;
  • it-theddida li n-Nażi jduru kompletament kontra l-Insara wkolll;
  • l-għarfien tal-fatt li xejn mhu ser jikkonvinċi r-ras iebsa ta’ Hitler biex jieqaf mis-“soluzzjoni finali” (jiġifieri dik li joqtol lill-Lhud kollha);
  • it-tama li l-Knisja tista’ ssalva iktar Lhud minn wara dahar Hitler milli meta tikkundanna l-Olokawst pubblikament. Fil-fatt f’Ruma biss, ’il fuq minn ħamest elef Lhudi ġew miżmuma f’kunventi u monasteri tal-Vatikan. Pinchas Lapide, jgħid li l-Papa salva madwar 400,000 Lhudi minn mewt żgura.

Madankollu ħafna jibqgħu jsostnu li dawn ir-raġunijiet ma humiex biżżejjed biex jiġġustifikaw is-silenzju ta’ Piju XII quddiem l-Olokawst - bħala vigarju ta’ Kristu hu kien fi dmir li jleħħen l-għajta dgħajfa tal-Lhud u tal-kuxjenza umana tad-dinja kollha. Għalhekk id-dibattitu dwar Piju XII li ma tkellimx kontra n-Nażiżmu u l-antisemitiżmu matul it-Tieni Gwerra Dinija għadu sejjer. L-istoriku Ġiżwita Robert Graham jistqarr li “Fiż-żewġ gwerer, uffiċjali minn diversi pajjiżi riedu li l-Papa jitfa’ il-piż ta’ l-awtorità reliġjuża tiegħu wara l-kawża tagħhom - billi, ngħidu aħna, jikkundanna espressament ċerti atrotiċitajiet ta’ l-għadu u wkoll billi jiddikjara li l-gwerra tagħhom hi waħda ġusta u jiskomunika l-mexxejja ta’ l-għadu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ġudizzju morali dirett (min-naħa tal-Papa) kien ikun qed jaqdi biss fini politiku ta’ propoganda u wkoll ikun qed jikkomprometti l-influenza reliġjuża għall-paċi min-naħa tas-Santa Sede.” Darba Piju XII stqarr ma’ Montini, li iktar ’il quddiem kellu jkun Pawlu VI, għalfejn hu żamm is-silenzju:

“Aħna fid-dmir li nlissnu kliem tan-nar quddiem affarijiet bħal dawn u l-unika ħaġa li żżommna milli nagħmlu dan hu l-fatt li jekk nitkellmu, inkunu qedgħin ngħarrqu aktar il-kundizzjoni ta’ dawn l-imsejkna.”

Fix-xitwa tal-1943 il-Ġermaniżi daħlu fil-Bażilika ta' San Paolo fuori le Mura u arrestaw lil kull min kien refuġjat hemm. Riċentement instab pjan sigriet ta' Hitler li jokkupa l-Vatikan u jarresta lil Piju XII, għax dan skond id-dittatur Nażista kien qed ifixkel il-pjanijiet tal-Ġermanja.

Kien għalhekk li biex jevita li Hitler iżomm priġunier lill-Papa, Piju XII kien hejja ittra ta' riżenja li kellha tintuża f'każ li jinqabad, bi struzzjonijiet li jsiru konklavi għall-għażla ta' Papa ġdid f'Lisbona.

Fl-1943, meta l-Ġermaniżi ordnaw lil-Lhud Rumani jagħtu d-dehbijiet tagħhom biex suppost isalvaw ħajjithom, il-Vatikan ikkontribwixxa 20 kilo mill-50 kilogramma mitluba. Skond ħafna storiċi, il-Ġermaniżi illikwidaw il-ghetto ta' Ruma proprju biex ipattuha lill-Papa Pacelli.

Nhar id-19 ta' Lulju 1943 wara bumbardament qawwi fuq il-kwartier ta' San Lorenzo f'Ruma, Piju XII żar l-inħawi milquta, ħruġ eċċezzjonali tal-Papa mill-Vatikan għal dak iż-żmien.

Nhar l-4 ta' Ġunju 1944, wara l-liberazzjoni, irċieva fil-Vatikan lis-suldati alleati. Il-Ħadd ta' wara folol kbar ta' Rumani imlew Pjazza San Pietru biex isellmu mill-qalb lill-Papa, li kien l-unika awtorità li baqgħet fil-kapitali wara t-8 ta' Settembru.

F’Marzu 1998, il-Kummisjoni għar-Relazzjonijiet Reliġjużi mal-Lhud ippubblikat id-dokument bl-isem ta’ Aħna Niftakru: Riflessjoni fuq ix-Shoah. Il-Vatikan sejjaħ dan id-dokument dwar l-Olokawst bħala att ta’ ndiema, aktar minn apoloġija. Fost l-oħrajn, f’dan id-dokument insibu li żewġ papiet, Piju XI u Piju XII, ikkundannaw ir-razziżmu u l-anti-semitiżmu. Ix-Shoah kien il-frott ta’ reġim modern u pagan, b’għeruq antisemitiċi u li ppersegwita wkoll il-Knisja Kattolika. Id-dokument jgħid li l-Knisja Kattolika stess jisgħobbiha għall-iżbalji li għamlet u tenna l-kundanna għal kull forma ta’ razziżmu u antisemitiżmu. Id-dokument isejjaħ din id-dikjarazzjoni bħala Teshuva, att ta’ ndiema għax il-Kattoliċi illum wirtu l-ilġiem tad-dnubiet li twettqu fix-Shoah.

Piju XII kiteb 41 enċiklika u xandar madwar elf messaġġ u diskorsi fuq ir-radju u t-televixin. Kien spiss jindirizza lin-nies tax-xjenza u tal-mediċina.

Bl-enċiklika Mystici Corporis, Piju XII fisser ir-relazzjonijiet spiritwali u viżibbli li jgħaqqdu l-bnedmin mal-Kelma Inkarnata. F’din l-enċiklika hu offra għall-ewwel darba ġabra teoloġika ta’ x’inhi l-Knisja.

Permezz tal-Enċiklika Divino Afflante Spiritu, Piju XII stabbilixxa n-normi duttrinali biex wieħed jistudja l-Iskrittura, filwaqt li saħaq fuq l-importanza u r-rwol tagħha fil-ħajja Nisranija.

Bl-enċiklika Mediator Dei, Piju XII kompla mbotta l-moviment liturġiku, l-iżjed meta kiteb: “L-ogħla element tal-kult divin jeħtieġ li jkun dak interjuri… Inkella r-reliġjon issir sempliċiment formaliżmu, mingħajr tifsira u kontenut”.

Piju XII ta spinta lill-attività missjunarja bl-enċikliċi Evangelii Praecones u Fidei Donum. F’dawn iż-żewġ dokumenti, il-Papa enfasizza d-dmir ta’ kull komunità Nisranija li tħabbar il-Vanġelu lill-ġnus.

Fl-omelija li għamel nhar id-9 ta’ Ottubru, 2008, nhar il-50 anniversarju mill-mewt ta’ Piju XII, Papa Benedittu XVI fisser l-imħabba li dan il-Papa kbir kellu għall-Missjoni:

 Papa Pacelli kien diġà beda juri din l-imħabba għall-missjonijiet mill-bidu tal-Pontifikat tiegħu, meta f’Ottubru tal-1939 ried personalment jikkonsagra 12-il isqof mill-pajjiżi missjunarji. Dawn kienu jinkludu Indjan, Ċiniż, Ġappuniż, l-ewwel Isqof Afrikan u l-ewwel Isqof mill-Madagascar

Fl-1974, Papa Pawlu VI qal hekk fuq Piju XII:

 Kien mgħallem, dejjem jistudja u miftuħ għat-triqat moderni tar-riċerka u l-kultura, fil-fedeltà dejjem soda u koerenti tiegħu kemm fil-prinċipji tal-ħsieb uman u anki fid-depożitu li ma jidhirx tal-verità tal-fidi. U taħt dan l-aspett nistgħu nikkunsidrawh bħala prekursur tal-Konċilju Vatikan it-Tieni.