Il-Marsa
Marsa | |
![]() Muntaġġ tal-Marsa | |
![]() | |
Pajjiż | ![]() |
Gvern • Sindku |
Josef Azzopardi (PL) |
Erja | 2.8 km2 (1.1 mi kw) |
Konfini | Furjana, Ħamrun, Luqa, Raħal Ġdid, Qormi |
Popolazzjoni (Nov 2005) • Total • Densità |
5,344 1,900/km2 (4,900/mi kw) |
Żona tal-ħin • Sajf |
CET (UTC+1) CEST (UTC+2) |
Kodiċi postali | MRS |
Qaddis patrun • Ġurnata |
It-Trinita' Mqaddsa Mejju |
Qaddis
patrun - Gurnata |
Marija Regina
Awwissu |
Websajt | www.kunsillokalimarsa.com |
Il-Marsa hija belt fil-qasam tal-Port il-Kbir ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 5,389 ruħ (Novembru 2005). L-isem Marsa jfisser "port".[1]
Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]
Barra l-Marsa hemm erba' postijiet ohra f’Malta li isimhom jikkonsisti bil-kelma 'marsa' b'kelma ohra marbuta magħha. Dawn huma; Il-Port ta' Marsamxett, Marsaskala, Marsaxlokk u Marsalforn. Kull wieħed għandu rabta ma' xatt il-bahar, u kull wieħed minnhom jagħmel parti minn port jekk mhux hu nnifsu, port. Il-Marsa kienet tissejjah hekk ghax bla dubju kienet tħaddan il-port ġewwieni u importanti. Il-fdal megalitiku fuq Kordin u nħawi fil-qrib kif ukoll oħrajn tal-Feniċi u u r-Rumani marbutin mal-Għolja tal-Ġiżwiti li jindikaw biċ-ċar li għal dawn in-nies il-port kien meħtieġ u importanti.
Storja[immodifika | immodifika s-sors]
Fil-fond tal-Port il-Kbir hemm id-daħliet kennejja tal-Marsa, post importanti sa mill-qedem. Fil-mappa ta' Malta li ppubblika Jean Quintin fl-1536, hemm indikat il-post ‘Marsa Hortus’. Minn żminijiet l-aktar imbegħda l-post kien magħruf bhala il-Marsa, kelma Għarbija li tfisser port fejn jankraw il-vapuri.
Id-daħla kienet ukoll magħrufa bhala taż-“żewġ marsiet”, wahda bl-isem ‘Marsa ż-Żgħira’ u l-ohra bl-isem 'il-Marsa il-Kbira'. Tal-ewwel kienet ukoll tissejjah Xatt il-Qwabar u kienet tibda minn fejn il-Pont Wharf u tasal fejn saru ix-xogħolijiet tal-Gass. Qwabar hi l-plural tal-kelma qabru li hi ħlejqa anfibja bħal granċ li ġieli ġie msejjah ukoll granċ tal-ilma ħelu u li seta' kien komuni madwar il-marsa. Hekk insibu bebbux għamla ta' qalb, b'qoxra sewda, li kien jinstab fid-daħla u kien jissejjah l-arzell tal-Marsa.
Aktar il-gewwa hemm il-Marsa l-Kbira li tigbed sa fejn hemm il-knisja ta' Ċejlu. Kienet saret ukoll magħrufa bħala Portu Novu. Iż-żewġ daħliet huma mifrudin mill-“Għolja tal-Ġiżwiti”, li warajha tinfirex il-pjanura l-kbira li tibqa' dieħla sat-truf ta' Ħal Qormi. Hawn wieħed jista' jinnota l-livell baxx tal-art u l-widien, wieħed Wied is-Sewda u l-iehor Wied il-Kbir, li jaqilbu għall-hemm.
Żmien ilu, anke sa ftit qabel il-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann, id-daħla baxxa kienet twassal sat-truf ta' Ħal Qormi, bħal taċ-Ċagħqi jew l-Erba' Qaddisin, fejn kienu nstabu ħafna ċagħaq u ramel. L-inħawi baxxi kienu jigbru ilma qiegħed li kien jikkawża ħafna malarja. Mal-ilma baħar kien jitelgħa l-ilma tal-widien. Sa mill-qedem il-bnedmin li fittxew henn f'dawk l-inħawi kienu jahdmu fir-raba' u jkabbru l-uċuh. Fil-witja jingħad li kien hemm is-simar, kanal tas-sallur, qiegħa mimlija arzell bl-arkati, u menqa mimlija ħut.
Is-sejbiet arkeoloġici li saru f'partijiet differenti tal-Marsa juru li minn żminijiet ilu dal-post kien magħruf man-nies li għexu f'Malta u għarfu jinqdew bil-kenn li joffru l-portijiet tiegħu.
Popolazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]
Fi żminijiet medjevali u għal żmien twil wara, il-Marsa kienet tagħmel mal-parroċċa ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi. Iżda meta l-Ħamrun saret parroċċa, it-territorju tal-Marsa rega' nqasam bejn il-Ħamrun u Ħal Qormi sakemm fl-1913 il-Marsa saret parroċċa u ġabret lura l-art li kienet mifruda minnha. L-art li fuqha hi mibnija llum il-parroċċa tal-Marsa li kienet taghmel parti mit-tliet parroċċi ta' Ħal Qormi, Ħamrun u Raħal Ġdid.
Jingħad li fl-1890 fil-Marsa kien hemm 6,200 ruħ u 200 dar, Dan juri li bl-iżvilupp tal-port in-nies bdew risqin lejn il-post. Dment li l-awtoritajjiet kienu sabu tarf tal-ilmijiet li kienu jġibu l-malarja, il-popolazzjoni setgħet toktor. Din il-problema setgħet kellha effett fuq l-iżvilupp ta' abitazzjoni anke fi żminijiet qodma: l-istoriċi jindikaw li fi żminijiet medjevali kien hemm fil-qrib, ir-Raħal Saflieni u jingħad li f'dawk iż-żminijiet l-irħula fin-nahat ċentrali u tal-lvant ta' Malta kienu jinstabu fuq xi art x'aktarx ogħla minn inħawi fil-qrib u kien hemm tendenza li jevitaw il-kosta u nħawi baxxi, aktarx minħabba l-malarja.
Imma mal-iżvilupp tal-Port il-Gdid (Potu Novu), il-Marsa bdiet tikber bħala subborg. Mal-1913 kien innotat li din in-naħa kienet qiegħda dejjem tiżdied fid-djar u fil-fabbriki tant li kien fiha popolazzjoni ta' eluf ta' nies. Kien hemm madwar 4,000 ruħ. Fiċ-ċensiment tal-1931 kien irreġistrat li kien hemm 7,867 waqt li fl-1948, il-popolazzjoni telghet ghal 11,560 u kien hemm żjieda ta' 46.94%. Iżda wara dan l-għadd beda jonqos: kien hemm 10,672 fl-1957, 9,722 fl-1967 u 7,927 fl-1985. Dan ifisser li sal-aħħar taċ-ċensiment kien hemm nuqqas ta' 18.20%.
Ta' min jinnota li f’dak li għandu x’jaqsam ma' konfini elettorali fl-1921 il-Marsa kienet tqieghdet fil-ħames distrett li kien jikludi fih ir-Raħal Ġdid u Ħal Tarxien waqt li mill-1947 tqiegħdet fl-ewwel distrett mal-Belt Valletta.
Ġemellati[immodifika | immodifika s-sors]
Kunsill Lokali[immodifika | immodifika s-sors]
- Josef Azzopardi (Sindku)
- Joseph Scerri (Vici-Sindku)
- Francis Debono (Kunsillier)
- Colin Pace (Kunsillier)
- Dominic Spencer (Kunsillier)
- Charmaine Aquilina (Kunsillier)
- Joe Lia (Kunsillier)
Toroq[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]