Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Laos

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-tempju ta' Wat Xieng Thong, Luang Prabang.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Laos irratifika l-Konvenzjoni fl-20 ta' Marzu 1987, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox il-Laos għandu tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mil-Laos, ir-Raħal ta' Luang Prabang, żdied fl-1995. L-iżjed sit li żdied reċentement mil-Laos huwa s-Siti tal-Ġarer Megalitiċi fi Xiengkhuang – il-Pjanura tal-Ġarer, fl-2019.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Raħal ta' Luang Prabang A Buddhist temple in golden colours Luang Prabang kulturali: (ii), (iv), (v) 1995 Luang Prabang, il-belt kapitali tar-renju ta' Lan Xang bejn is-sekli 14 u 16, kienet is-sede rjali u reliġjuża tal-Protettorat Franċiż ta' Laos bejn l-1893 u l-1946. L-arkitettura tal-belt tirrappreżenta fużjoni ta' żewġ stili: l-istil tradizzjonali ta' Laos u l-istil kolonjali Ewropew tal-aħħar tas-seklu 19 u tal-bidu tas-seklu 20. Fost il-binjiet hemm tempji Buddisti, kif ukoll binjiet amministrattivi u residenzjali. Ir-raħal huwa ppreservat sew u fl-2013 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tiegħu.[5]
Vat Phou u Insedjamenti Antiki Assoċjati fi ħdan il-Pajsaġġ Kulturali ta' Champasak Palace ruins in Khmer style Champasak kulturali: (iii), (iv), (vi) 2001 Vat Phou (fl-istampa) huwa tempju Induista li nbena taħt l-Imperu Khmer li kkontrolla r-reġjun mis-seklu 10 sas-seklu 14. Il-pajsaġġ kulturali jinkludi wkoll il-fdalijiet ta' tempji, irħula u strutturi tal-immaniġġjar tal-ilma, li jmorru lura għas-sekli 5 sa 15. Il-konfigurazzjoni tat-tempju tirrifletti l-kunċett Induist ta' assi li jikkollega l-għolja ta' Phou Khao max-xmara Mekong.[6]
Siti tal-Ġarer Megalitiċi fi Xiengkhuang – Pjanura tal-Ġarer Large stone jars under a tree Xiangkhouang kulturali: (iii) 2019 Dan is-sit jinkludi 15-il komponent individwali bi fdalijiet ta' kultura megalitika ta' Żmien il-Ħadid li kienet teżisti bejn wieħed u ieħor mill-500 Q.K. sal-500 W.K. Il-"ġarer" jirreferu għal iżjed minn 2,000 ġarra ċilindrika tal-ġebel li kienu jintużaw għall-prattiki funebri. Hemm ukoll ċrieki tal-ġebel solidu li x'aktarx kienu jintużaw bħala għotjien għall-ġarer, siti funebri oħra, u barrieri preżenti fil-komponenti l-oħra.[7]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lao People's Democratic Republic - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Town of Luang Prabang". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Vat Phou and Associated Ancient Settlements within the Champasak Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Megalithic Jar Sites in Xiengkhuang – Plain of Jars". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.