Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fi Franza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Torri ta' San Ġakbu f'Pariġi f'inżul ix-xemx.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Franza rratifikat il-Konvenzjoni fis-27 ta' Ġunju 1975, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox, Franza għandha 52 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO b'kollox. 44 minnhom huma siti kulturali, 7 huma siti naturali, u hemm sit imħallat. Ħames siti huma transnazzjonali. L-ewwel sit tniżżel fil-lista fl-1979 u l-iżjed sit reċenti tniżżel fil-lista fl-2023. Fl-1979 tniżżlu ħames siti.

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Reġjun Era Tip Sena tad-deżinjazzjoni Sena tal-estensjoni Deskrizzjoni u/jew referenza
Abbazija ta' Saint-Savin-sur-Gartempe Nouvelle-Aquitaine is-seklu 9 Kulturali 1983 2007 Spiss imsejħa bħala l- "Kappella Sistina Rumaneska", il-knisja fiha affreski tas-sekli 11 u 12 ippreservati tajjeb ħafna.[5]
Abbazija taċ-Ċisterċensi ta' Fontenay Bourgogne-Franche-Comté is-seklu 12 Kulturali 1981 2007 Il-monasteru ġie stabbilit minn San Bernard fl-1119. L-abbazija nbniet b'tali mod li tkun awtosuffiċjenti u iżolata mid-dinja ta' barra. Minbarra l-knisja u l-kwartieri tal-patrijiet, kien hemm forn tal-ħami u forn għall-produzzjoni tal-ħadid sabiex tassew tkun indipendenti għalkollox.[6]
Arles, Monumenti Rumani u Rumaneski Provence-Alpes-Côte d'Azur mis-seklu 1 Q.K. sas-seklu 4 Q.K.; is-seklu 12 Kulturali 1981 l-ebda Il-belt, li oriġinarjament inbniet fis-seklu 6 Q.K. minn insedjaturi mill-Greċja, ġiet immudellata mill-ġdid mir-Rumani u bil-mod il-mod kibret f'metropoli importanti, kemm politikament kif ukoll reliġjożament. Madankollu, sal-480, Arles inħakmet mill-Barbari u l-istatus tagħha batta sas-seklu 9 W.K., meta Boso stabbilixxa dak li iktar 'il quddiem sar ir-Renju ta' Bourgogne-Arles, u l-belt reġgħet kisbet l-importanza li kellha.[7]
Vézelay, Knisja u Għolja Bourgogne-Franche-Comté is-seklu 12 Kulturali 1979 2007 L-abbazija Benedittina ta' Vézelay ilha teżisti mis-seklu 9 u ilha sit importanti tal-pellegrinaġġi minn dak iż-żmien. Bernard ta' Clairvaux ipprietka u qanqal il-folla biex tibda t-Tieni Kruċjata fl-1146 f'Vézelay. Il-mexxejja tat-Tielet Kruċjata Rikkardu l-Qalbieni u Filippu II ta' Franza nġabru fl-abbazija qabel ma marru għall-Kruċjata.[8]
Kampnari tal-Belġju u ta' Franza* Hauts-de-France is-sekli 13 sa 20 Kulturali 1999 2005 Sit transnazzjonali mal-Belġju u estensjoni tas-sit preċedenti tal-Kampnari tal-Fjandri u tal-Wallonja.[9]
Bordeaux, Port tal-Qamar Nouvelle-Aquitaine is-seklu 18 Kulturali 2007 l-ebda Bordeaux hija belt portwali rinomata mad-dinja kollha għall-industrija tal-inbid tagħha. Bordeaux hija wkoll taħlita koerenti ta' xejriet arkitettoniċi Klassiċi u Neoklassiċi li joħorġu fid-dieher it-trasformazzjoni urbana mis-seklu 18 'il quddiem.[10]
Canal du Midi Occitania is-seklu 17 Kulturali 1996 l-ebda Imsejjaħ "waħda mill-ikbar kisbiet tal-inġinerija tal-era moderna", il-Canal du Midi huwa twil 360 kilometru (220 mil) u huwa r-riżultat ta' proġetti tas-seklu 17 biex il-Baħar Mediterran jiġi kkollegat mal-Oċean Atlantiku, u b'hekk twittiet it-triq għar-Rivoluzzjoni Industrijali. Il-ħalliq Pierre-Paul Riquet għamel enfasi kbira fuq l-estetika tal-mogħdija tal-ilma sabiex tintegra tajjeb mal-ambjent ta' madwarha.[11]
Katidral ta' Amiens Hauts-de-France is-seklu 13 Kulturali 1981 l-ebda Il-Katidral ta' Amiens huwa magħruf bħala wieħed mill-knejjes Gotiċi klassiċi tas-seklu 13. Wara nirien devastanti li ħakmu l-knisja fl-1218, għaddew kważi 200 sena sħaħ ta' kostruzzjoni qabel ma l-knisja ħadet is-sura attwali tagħha fl-1401.[12]
Katidral ta' Bourges Centre-Val de Loire is-seklu 13 Kulturali 1992 l-ebda Il-katidral oriġinarjament inbena biex tiġi kkonfermata l-awtorità tal-arċidjoċesi u mbagħad reġa' nbena minħabba n-nirien. Il-katidral għandu disinn simplistiku, iżda jitqies bħala attrazzjoni unika tal-belt. Uħud mid-djar Medjevali għadhom jeżistu madwar il-knisja.[13]
Katidral ta' Chartres Centre-Val de Loire is-seklu 13 Kulturali 1979 l-ebda Il-katidral inbeda fl-1145 u reġa' nbena fl-1194 wara li nħakem min-nirien. Huwa kapulavur tal-arti Gotika Franċiża. L-iskulturi huma tas-seklu 12 u t-twieqi bil-ħġieġ ikkulurit huma tas-sekli 12 u 13.[14]
Katidral ta' Reims, l-Eks Abbazija ta' Saint-Remi, u l-Palazz ta' Tau, Reims Grand Est 13th–16th century Kulturali 1991 l-ebda Il-Katidral ta' Notre-Dame f'Reims huwa wieħed mill-kapulavuri tal-arti Gotika. L-eks abbazija għad għandha n-navata mill-isbaħ tagħha tas-seklu 9, fejn jingħad li hemm il-fdalijiet tal-Arċisqof St Rémi (440-533), li stabbilixxa l-Unzjoni Sagra tar-rejiet ta' Franza. L-eks palazz arċiveskovali, magħruf bħala l-Palazz ta' Tau, li kellu rwol importanti fiċ-ċerimonji reliġjużi, inbena kważi għalkollox fis-seklu 17.[15]
Causses u Cévennes, Pajsaġġ Kulturali Agro-Pastorali Mediterran Occitania mhux disponibbli Kulturali 2011 l-ebda Dan is-sit fin-Nofsinhar ta' Franza ċentrali, joħroġ fid-dieher ir-rabta bejn il-biedja lokali u l-ambjent. Ir-reġjun huwa muntanjuż b'bosta widien dojoq. Il-bdiewa lokali kellhom jadattaw biex jipproduċu l-ikel f'dan il-pajsaġġ diffiċli. Il-widien tal-Causses ġew żviluppata u kkontrollati mill-abbaziji l-kbar, diġà mis-seklu 11. Mont Lozère huwa wieħed mill-aħħar postijiet fejn it-transumanza (ragħa nomadiku) fis-sajf għadha tiġi pprattikata b'mod tradizzjonali.[16]
Ċentru Storiku ta' Avignon: Palazz Papali, Kumpless Episkopali u Pont ta' Avignon Provence-Alpes-Côte d'Azur is-sekli 12 sa 16 Kulturali 1995 l-ebda [17]
Rotot ta' Santiago de Compostela fi Franza diversi siti mhux disponibbli Kulturali 1998 l-ebda Is-sit jikkonsisti minn għadd ta' knejjes u sptarijiet li huma postijiet marbuta mal-pellegrinaġġ ta' San Ġakbu lejn Santiago de Compostela fil-Punent ta' Spanja.[18]
Belt Episkopali ta' Albi Occitania mhux disponibbli Kulturali 2010 l-ebda Albi ġiet stabbilita bħala belt agrikola msaħħa bil-fortifikazzjonijiet u gradwalment inbidlet għal bixra iktar Rinaxximentali klassika li għadha teżisti bħala xhieda ta' żewġ eri fl-istorja tal-bniedem.[19]
Mis-Salini l-Kbar ta' Salins-les-Bains għas-Salini Rjali ta' Arc-et-Senans, il-Produzzjoni tal-Melħ fis-Salini Bourgogne-Franche-Comté is-seklu 18 Kulturali 1982 2009 Dan is-sit jikkonsisti minn żewġ salini. Is-Salini Rjali ta' Arc-et-Senans inbnew fl-1775 matul ir-renju ta' Lwiġi XVI. Inbnew skont il-prinċipji tal-Illuminiżmu, b'organizzazzjoni u b'konfigurazzjoni razzjonali. Is-Salini l-Kbar ta' Salins-les-Bains kienu attivi għal mill-inqas 1,200 sena sal-1962. Dawn is-salini tal-aħħar għandhom gallerija taħt l-art mis-seklu 13 flimkien ma' pompa idrawlika u binja għall-bojler tas-seklu 19. Mill-1780 sal-1895, l-ilma mielaħ tas-salini kien jgħaddi minn 21 kilometru (13-il mil) ta' pajpijiet tal-injam biex jasal sas-Salini Rjali ta' Arc-et-Senans.[20]
Fortifikazzjonijiet ta' Vauban diversi siti is-seklu 17 Kulturali 2008 l-ebda Dan is-sit ikopri 12-il grupp ta' binjiet iffortifikati fi Franza ddisinjati minn Sébastien Le Prestre de Vauban, li ħadem taħt Lwiġi XIV fis-seklu 17.[21]
Ġurisdizzjoni ta' Saint-Émilion Nouvelle-Aquitaine mhux disponibbli Kulturali 1999 l-ebda Il-kultivazzjoni tad-dwieli ddaħħlet fir-reġjun mir-Rumani għall-ħabta tas-27 Q.K. u saret parti b'saħħitha mill-ekonomija matul l-eluf ta' snin ta' wara, minkejja l-gwerer u l-bidliet fit-tmexxija. Il-vinji jokkupaw 67.5 % tal-komun kollu, u jakkumpanjaw lill-monumenti storiċi u lill-binjiet storiċi bħala xhieda tal-istorja monokulturali tal-komunità.[22]
Le Havre, il-Belt Rikostruwita minn Auguste Perret Normandija is-seklu 20 Kulturali 2005 l-ebda Il-belt ġiet rikostruwita bejn l-1945 u l-1964 mill-Atelier de Reconstruction du Havre d'Auguste Perret.[23]
Mont Saint-Michel u l-Bajja tagħha Normandija mhux disponibbli Kulturali 1979 2007 Fuq gżejra tal-blat qalb ix-xtut tar-ramel esposti għall-marej qawwijin bejn in-Normandija u l-Bretagne hemm abbazija Benedittini bi stil Gotiku, flimkien mal-villaġġ żgħir li kiber mal-ħitan tagħha. Kemm l-abbazija kif ukoll il-villaġġ kellhom jegħlbu għadd ta' sfidi minħabba d-daqs ċkejken tal-gżejra tal-blat. L-abbazija nbniet bejn is-sekli 11 u 16 bħala proġett tekniku u artistiku mill-aqwa[24]
Palazz u Park ta' Fontainebleau Île-de-France mhux disponibbli Kulturali 1981 l-ebda Il-loġġa tal-kaċċa rjali Medjevali ta' Fontainebleau, li kienet tintuża mir-rejiet ta' Franza mis-seklu 12, ġiet ittrasformata, imkabbra u mżejna fis-seklu 16 minn François I, li ried jikkonvertiha f'"Ruma ġdida". Il-binja hija mdawra b'park enormi u żżewweġ flimkien elementi artistiċi Rinaxximentali u Franċiżi.[25]
Palazz u Park ta' Versailles Île-de-France mhux disponibbli Kulturali 1979 2007 Il-Palazz ta' Versailles kien ir-residenza prinċipali tar-rejiet Franċiżi minn żmien Lwiġi XIV sa żmien Lwiġi XVI. Ġie mżejjen minn diversi ġenerazzjonijiet ta' arkitetti, skulturi u arkitetti pajsaġġistiċi, u serva bħala mudell ta' residenza rjali ideali fl-Ewropa għal iżjed minn seklu.[26]
Pariġi, ix-Xtut tax-Xmara Seine Île-de-France mhux disponibbli Kulturali 1991 - Ix-xmara Seine tgħaddi mill-qalba ta' Pariġi. Maż-żewġ naħat tax-xtut tax-xmara hemm bosta mill-attrazzjonijiet l-iktar famużi ta' Pariġi, inkluż il-Louvre, it-Torri Eiffel, Place de la Concorde, il-Katidral ta' Notre-Dame, is-Sainte Chapelle u l-Grand u l-Petit Palais. L-arkitettura u d-disinn ta' Haussmann bi pjazez u b'toroq wesgħin bis-siġar influwenzaw l-ippjanar tal-bliet tas-sekli 19 u 20 fid-dinja kollha.[27]
Place Stanislas, Place de la Carrière u Place d'Alliance f'Nancy Grand Est is-seklu 18 Kulturali 1983 - Nancy hija l-eqdem eżempju ta' belt kapitali mibnija b'mod sħiħ u fuq prinċipji moderni. Inbniet bejn l-1752 u l-1756 minn tim brillanti mmexxi mill-arkitett Héré u hija famuża għal għadd armonjuż ta' spazji assjali li żviluppa, estiżi minn Place Stanislas sal-Palais du Gouvernement.[28]
Pont du Gard (akkwedott Ruman) Occitanie is-seklu 1 W.K. Kulturali 1985 2007 Il-Pont du Gard inbena ftit qabel l-era Kristjana f'Ruma sabiex l-akkwedott ta' Nîmes (li hu twil kważi 50 kilometru (31 mil)) ikun jista' jaqsam ix-xmara Gard. L-arkitetti u l-inġinieri idrawliċi Rumani li ddisinjaw dan il-pont ħolqu kapulavur tekniku u artistiku. Il-pont huwa twil kważi 50 metru (160 pied) fuq tliet livelli; l-itwal minnhom huwa 275 metru (902 piedi).[29]
Provins, ir-Raħal tal-Fieri Medjevali Île-de-France mhux disponibbli Kulturali 2001 l-ebda Ir-raħal Medjevali ffortifikat ta' Provins jinsab fl-eks territorju tal-Kontijiet setgħana ta' Champagne. Kien ċentru ta' fieri internazzjonali u tal-industrija tas-suf. Ħafna partijiet mir-raħal inbnew speċjalment għall-fieri u għas-swieq.[30]
Sit storiku ta' Lyon Auvergne-Rhône-Alpes mhux disponibbli Kulturali 1998 l-ebda [31]
Siti Preistoriċi bil-Puntali madwar l-Alpi* Bourgogne-Franche-Comté, Auvergne-Rhône-Alpes 5000-500 Q.K. Kulturali 2011 l-ebda Dan is-sit transnazzjonali (kondiviż mal-Awstrija, mal-Italja, mal-Ġermanja, mas-Slovenja u mal-Iżvizzera) fih 111-il sit individwali bil-fdalijiet ta' abitazzjonijiet preistoriċi bil-puntali ta' insedjamenti preistoriċi madwar l-Alpi, li nbnew mill-5000 sal-500 Q.K. f'xifer il-lagi, ix-xmajjar jew l-artijiet mistagħdra. Fihom minjiera ta' informazzjoni dwar il-ħajja u l-kummerċ fil-kulturi agrarji Neolitiċi u ta' Żmien il-Bronż fl-Ewropa Alpina. Fi Franza hemm 11-il sit minn total ta' 111-il sit.[32]
Siti Preistoriċi u Għerien Impittra tal-Wied ta' Vézère Nouvelle-Aquitaine mhux disponibbli Kulturali 1979 l-ebda Il-Wied ta' Vézère fih 147 sit preistoriku li jmorru lura għall-Paleolitiku u 25 għar imżejjen. L-iżjed skoperti interessanti huma l-għerien impittra, speċjalment dak ta' Lascaux. L-iskoperta tiegħu fl-1940 kienet ta' importanza kbira għall-istorja tal-arti preistorika. Ix-xeni tal-kaċċa juru xi 100 figura ta' annimali b'kuluri u b'dettalji notevoli.[33]
Strasburgu – Mill-Grande Île san-Neustadt Grand Est mhux disponibbli Kulturali 1988 2017 Il-Grande Ile (Gżira Kbira) hija ċ-ċentru storiku tal-belt kapitali tal-Alsace u tinkludi għadd ta' binjiet storiċi. Uħud mill-iktar notevoli jinkludu l-katidral, l-erba' knejjes antiki u l-Palais Rohan (l-eks residenza tal-prinċpijiet-isqfijiet).[34]
Teatru Ruman u l-Madwar u l-"Arkata Trijonfali" ta' Orange Provence-Alpes-Côte d'Azur mhux disponibbli Kulturali 1981 2007 It-teatru antik ta' Orange huwa wieħed mill-iżjed ippreservati tajjeb fost it-teatri Rumani l-kbar madwar id-dinja. It-teratru għandu faċċata intatta ta' 103 metri (338 pied). L-arkata Rumana nbniet bejn l-10 W.K. u l-25 W.K. bħala arkata trijonfali matul ir-renju ta' Awgustu.[35]
Il-Wied ta' Loire bejn Sully-sur-Loire u Chalonnes Centre-Val de Loire, Pays de la Loire mhux disponibbli Kulturali 2000 l-ebda Pajsaġġ kulturali straordinarju ta' sbuħija kbira, li jinkludi l-irħula u l-villaġġi storiċi, il-monumenti arkitettoniċi kbar (ix-châteaux), u l-artijiet ikkultivati ffurmati wara bosta sekli ta' interazzjoni bejn il-popolazzjoni u l-ambjent fiżiku tagħhom, primarjament ix-xmara Loire stess.[36]
Belt Iffortifikata Storika ta' Carcassonne Occitanie mhux disponibbli Kulturali 1997 l-ebda [37]
Golf ta' Porto: Calanche ta' Piana, Golf ta' Girolata, Riżerva ta' Scandola Korsika mhux disponibbli Naturali 1983 l-ebda [38]
Laguni ta' New Caledonia: Diversità tal-Iskoll tal-Qroll u Ekosistemi Assoċjati New Caledonia mhux disponibbli Naturali 2008 l-ebda Diversità ta' ekosistemi fl-Iskoll tal-Qroll ta' New Caledonia.[39]
Pitons, Cirques u Rdumijiet tal-Gżira ta' Réunion Réunion mhux disponibbli Naturali 2010 l-ebda Il-Park Nazzjonali ta' La Réunion iħaddan fih diversi formazzjonijiet ġeoloġiċi u bijodiversità kbira.[40]
Pirenej-Monte Perdido* Occitanie mhux disponibbli Sit Imħallat 1997 1999 Is-sit jinkludi l-katina muntanjuża tal-Pirinej tul il-fruntiera bejn Spanja u Franza. Il-parti Spanjola fiha tnejn mill-ikbar kanjons fl-Ewropa, filwaqt li n-naħa Franċiża fiha tliet cirques kbar. Dan huwa sit transnazzjonali kondiviż ma' Spanja.[41]
Baċir tax-Xogħol fil-Minjieri ta' Nord-Pas de Calais Hauts-de-France is-sekli 18 sa 20 Kulturali 2012 l-ebda Pajsaġġ industrijali notevoli msawwar fi tliet sekli ta' estrazzjoni tal-faħam.[42]
Grotta Mpittra ta' Pont d’Arc, magħrufa bħala Grotte Chauvet-Pont d’Arc, Ardèche Auvergne-Rhône-Alpes 30000–28000 Q.K. Kulturali 2014 l-ebda L-iżjed tpinġijiet figurattivi antiki u ppreservati sew fid-dinja.[43]
Climats u terroirs ta' Bourgogne Bourgogne-Franche-Comté mill-Medju Evu sal-preżent Kulturali 2015 l-ebda Eżempju straordinarju ta' kultivazzjoni tal-għeneb u ta' produzzjoni tal-inbid żviluppati matul il-Medju Evu Aħħari.[44]
Għoljiet, Djar u Kantini ta' Champagne Grand Est mis-seklu 17 sal-preżent Kulturali 2015 l-ebda Siti fejn ġie żviluppat il-metodu tal-produzzjoni tax-xampanja.[45]
Ix-Xogħol Arkitettoniku ta' Le Corbusier, Kontribut Straordinarju għall-Moviment Modernist* Nouvelle-Aquitaine, Bourgogne-Franche-Comté, Île-de-France, Grand Est, Provence-Alpes-Côte d'Azur, Auvergne-Rhône-Alpes is-seklu 20 Kulturali 2016 l-ebda Dan is-sit transnazzjonali (kondiviż mal-Arġentina, mal-Belġju, mal-Iżvizzera, mal-Ġermanja, mal-Indja, u mal-Ġappun) jinkludi 17-il binja tal-arkitett Franċiż-Żvizzeru Le Corbusier. Le Corbusier kien rappreżentant importanti tal-moviment tal-Moderniżmu, li introduċa tekniki arkitettoniċi ġodda sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-soċjetà li kienet qed tinbidel.[46]
Taputapuātea Polineżja Franċiża is-seklu 10 Kulturali 2017 l-ebda Is-sit jinkludi żewġ widien bil-foresti, parti minn laguna u skoll tal-qroll, u medda ta' oċean miftuħ. Fil-qalba tas-sit hemm il-kumpless tal-marae ta' Taputapuātea, ċentru politiku, ċerimonjali u funebri tal-Polineżja. Taputapuātea hija xhieda eċċezzjonali ta' 1,000 sena taċ-ċivilizzazzjoni tal-mā'ohi.[47]
Chaine des Puys – arena tettonika ta' Limagne Auvergne-Rhône-Alpes mhux disponibbli Naturali 2018 l-ebda Sit importanti ġeoloġikament li juri l-proċess tettoniku tat-trikkib tal-plakek kontinentali.[48]
Gżejjer tan-Nofsinhar u Ibħra Awstrali Franċiżi Artijiet Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika mhux disponibbli Naturali 2019 l-ebda Dawn huma gżejjer remoti fl-Oċean tan-Nofsinhar li jospitaw flora u fawna uniċi, inkluż parti kbira mill-Antartika u b'hekk tirrappreżenta l-ikbar Sit ta' Wirt Dinji.[49]
Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa* Auvergne-Rhône-Alpes mhux disponibbli Kulturali 2021 l-ebda L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huwa sit magħmul minn 11-il raħal bi spa f'seba' pajjiżi Ewropej fejn l-ilmijiet minerali kienu jintużaw għal skopijiet ta' fejqan u terapewtiċi qabel l-iżvilupp tal-mediċina industrijali fis-seklu 19. Ir-raħal bi spa ta' Vichy jirrappreżenta lil Franza.[50]
Fanal ta' Cordouan Nouvelle-Aquitaine mhux disponibbli Kulturali 2021 l-ebda Il-Fanal ta' Cordouan jirrappreżenta l-istadji l-kbar tal-istorja arkitettonika u teknoloġika tal-fanali.[51]
Nizza, Raħal Turistiku tax-Xitwa tar-Rivjera Franċiża Provence-Alpes-Côte d'Azur mhux disponibbli Kulturali 2021 l-ebda Nizza hija xhieda tal-evoluzzjoni tat-turiżmu tax-xitwa minħabba l-klima miti tal-belt u l-pożizzjoni tagħha qrib il-baħar u taħt l-Alpi.[52]
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* diversi siti mhux disponibbli Naturali 2007 2021 (estensjoni għas-siti fi Franza) Dan is-Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali jinkludi 63 foresta tas-siġar tal-fagu fl-Albanija, fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, fil-Kroazja, fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Italja, fil-Polonja, fir-Rumanija, fis-Slovakkja, fis-Slovenja, fi Spanja u fl-Ukrajna.[53]
Siti Funebri u Mfakar tal-Ewwel Gwerra Dinjija (il-Front tal-Punent)* Tyne Cot Commonwealth War Graves Cemetery diversi siti, il-Belġju u Franza mhux disponibbli Kulturali 2023 l-ebda [54]
Maison Carrée ta' Nîmes
Nîmes, Franza mhux disponibbli Kulturali 2023 l-ebda [55]
Żoni Vulkaniċi u Forestali ta' Martinique
Martinique,

Franza

mhux disponibbli Naturali 2023 l-ebda It-topografija varjata tal-gżira toħloq firxa wiesgħa ta' bijoklimiu wasslet għall-iżvilupp ta' diversi ekosistemi forestali b'bosta pjanti varjati.[56]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2023-08-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "States Parties - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Abbey Church of Saint-Savin sur Gartempe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cistercian Abbey of Fontenay". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Arles, Roman and Romanesque Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Vézelay, Church and Hill". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Belfries of Belgium and France". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bordeaux, Port of the Moon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Canal du Midi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Amiens Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bourges Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chartres Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cathedral of Notre-Dame, Former Abbey of Saint-Rémi and Palace of Tau, Reims". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Causses and the Cévennes, Mediterranean agro-pastoral Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Avignon: Papal Palace, Episcopal Ensemble and Avignon Bridge". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Routes of Santiago de Compostela in France". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Episcopal City of Albi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "From the Great Saltworks of Salins-les-Bains to the Royal Saltworks of Arc-et-Senans, the Production of Open-pan Salt". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fortifications of Vauban". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jurisdiction of Saint-Emilion". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Le Havre, the City Rebuilt by Auguste Perret". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mont-Saint-Michel and its Bay". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palace and Park of Fontainebleau". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palace and Park of Versailles". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  27. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Paris, Banks of the Seine". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-28.
  28. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Place Stanislas, Place de la Carrière and Place d'Alliance in Nancy". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  29. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pont du Gard (Roman Aqueduct)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-28.
  30. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Provins, Town of Medieval Fairs". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  31. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Site of Lyon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  32. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Prehistoric Pile Dwellings around the Alps". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  33. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Prehistoric Sites and Decorated Caves of the Vézère Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  34. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Strasbourg, Grande-Île and Neustadt". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  35. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Roman Theatre and its Surroundings and the "Triumphal Arch" of Orange". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  36. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Loire Valley between Sully-sur-Loire and Chalonnes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  37. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Fortified City of Carcassonne". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  38. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gulf of Porto: Calanche of Piana, Gulf of Girolata, Scandola Reserve". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  39. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lagoons of New Caledonia: Reef Diversity and Associated Ecosystems". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  40. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pitons, cirques and remparts of Reunion Island". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  41. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pyrénées - Mont Perdu". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  42. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Nord-Pas de Calais Mining Basin". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  43. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Decorated Cave of Pont d’Arc, known as Grotte Chauvet-Pont d’Arc, Ardèche". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  44. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Climats, terroirs of Burgundy". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  45. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Champagne Hillsides, Houses and Cellars". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  46. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Architectural Work of Le Corbusier, an Outstanding Contribution to the Modern Movement". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  47. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Taputapuātea". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  48. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chaîne des Puys - Limagne fault tectonic arena". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  49. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "French Austral Lands and Seas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  50. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Great Spa Towns of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  51. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cordouan Lighthouse". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  52. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Nice, Winter Resort Town of the Riviera". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  53. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  54. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Funerary and memory sites of the First World War (Western Front)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
  55. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Maison Carrée of Nîmes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
  56. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Volcanoes and Forests of Mount Pelée and the Pitons of Northern Martinique". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.