Rivoluzzjoni Industrijali

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Ir-Rivoluzzjoni Industrijali ġabet bidliet kbar fl-Ewropa. L-akbar bidla kienet dik ta’ klassi ta’ nies li l-ġid tagħhom ma bdewx jagħmluh minn fuq il-prodotti agrikoli, iżda mill-manifattura. Dan wassal għall-ftuħ ta’ diversi fabbriki li bdew jattiraw għadd ta’ nies mill-kampanja li jmorru jaqilgħu l-għixien fl-ibliet. Id-differenza kienet li għall-ħidma li kienu qiegħed jagħmlu bdew jitħallsu. Għall-ewwel darba diversi nies bdew jaraw il-flus f’idejhom, u anke jekk ma kinux ħafna, setgħu jtejbu xi ftit il-kundizzjonijiet tal-għixien tagħhom.

Iżda l-effett tar-rivoluzzjoni industrijali kien il-fatt li ddaħħlet il-ġirja mal-kwoti. Il-kundizzjonijiet ma kinux mill-itjeb u l-ħaddiema - li issa bdew jikbru bħala klassi soċjali - sabu lilhom infushom jaħdmu sigħat twal ferm aktar milli kien maħsub. Il-ħlas kien ftit meta mqabbel max-xogħol li kienu qed jagħmlu. Xogħol kontinwu li ma jaqta‘ xejn. Il-kundizzjonijiet tal-iġene u ndafa fuq il-post tax-xogħol ma kinux mill-aqwa.