Palazz ta' Versailles

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Palazz ta' Versailles.

Il-Palazz ta' Versailles (pronunzja: /vɛərˈsaɪ, vɜːrˈsaɪ/ vair-SY, vur-SY;[1] bil-Franċiż: Château de Versailles [ʃɑto d(ə) vɛʁsɑj]) huwa eks residenza rjali li nbena mir-Re Lwiġi XIV u li jinsab f'Versailles, madwar 12-il mil (19-il kilometru) fil-Punent ta' Pariġi, Franza. Is-sjieda tal-palazz hija tar-Repubblika Franċiża u mill-1995 ġie ġestit, taħt it-tmexxija tal-Ministeru Franċiż għall-Kultura, mill-Istabbiliment Pubbliku tal-Palazz tal-Mużew u l-Proprjetà Nazzjonali ta' Versailles.[2] Kull sena, bħala medja, 15,000,000 ruħ iżuru l-palazz, il-park jew il-ġonna ta' Versailles, għaldaqstant huwa wieħed mill-iżjed attrazzjonijiet turistiċi li jżuruh nies fid-dinja.[3] Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-għadd ta' viżitaturi li ħallsu l-biljett biex iżuru l-Palazz ta' Versailles naqas b'75 % minn tmien miljuni fl-2019 għal żewġ miljuni fl-2020. It-tnaqqis kien partikolarment qawwi fost il-viżitaturi barranin, li jirrappreżentaw tmenin fil-mija tal-viżitaturi li jħallsu l-biljett.[4]

Lwiġi XIII bena loġġa tal-kaċċa sempliċi fis-sit tal-Palazz ta' Versailles fl-1623 u ssostitwieh b'palazz żgħir fl-1631-1634. Lwiġi XIV kabbar il-palazz f'diversi fażijiet mill-1661 sal-1715. Kien residenza favorita taż-żewġ rejiet, u fl-1682, Lwiġi XIV ttrasferixxa s-sede tal-qorti u tal-gvern tiegħu lejn Versailles, u b'hekk il-palazz de facto sar il-belt kapitali ta' Franza u baqa' hekk anke taħt ir-Rejiet Lwiġi XV u Lwiġi XVI, li primarjament għamlu alterazzjonijiet fuq ġewwa tal-palazz, iżda fl-1789 il-familja rjali u l-belt kapitali ta' Franza reġgħu lura lejn Pariġi. Għall-kumplament tar-Rivoluzzjoni Franċiża, il-Palazz ta' Versailles ġie abbandunat għalkollox u żvujtat mill-kontenuti tiegħu, u l-popolazzjoni tal-belt u tal-inħawi naqset ferm.

Napuljun Bonaparte, wara li ħa lil Franza f'idejh, uża l-Palazz ta' Versailles bħala r-residenza tas-sajf tiegħu mill-1810 sal-1814, iżda ma rrestawrahx. Meta l-Monarkija Franċiża rrestawratu, xorta waħda baqgħet f'Pariġi, u qabel is-snin 30 tas-seklu 19 ma sarux tiswijiet kbar fil-palazz. Il-Mużew tal-Istorja ta' Franza ġie installat ġo fih minflok l-appartamenti tas-sezzjoni tan-Nofsinhar tal-palazz.

Il-palazz u l-park tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 għall-importanza tagħhom bħala ċentru tal-poter, tal-arti u tax-xjenza fi Franza matul is-sekli 17 u 18.[5] Il-Ministeru Franċiż għall-Kultura elenka l-palazz, il-ġonna u xi strutturi sussidjarji tiegħu fil-lista tiegħu ta' monumenti sinifikanti kulturalment.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Inċiżjoni ta' Jacques Gomboust tal-Palazz ta' Versailles għall-ħabta tal-1652.

Fl-1623[6][7], Lwiġi XIII, ir-Re ta' Franza, bena loġġa tal-kaċċa fuq għolja f'art tal-kaċċa li kienet għal qalbu, 12-il mil (19-il kilometru) fil-Punent ta' Pariġi, u 10 mili (16-il kilometru) mir-residenza primarja tiegħu, il-Palazz ta' Saint-Germain-en-Laye.[8][9] Is-sit, qrib villaġġ imsejjaħ Versailles, kien art mistagħdra b'żoni bil-boskijiet li l-qorti ta' Lwiġi XIII ddeskriviet bħala post li ma jistħoqlux li jmur fih ir-re;[10] wieħed mill-membri tal-qorti tiegħu, François de Bassompierre, kiteb li l-loġġa "ma tispirax il-vanità lanqas fl-iktar ġentlom sempliċi".[11] Mill-1631 sal-1634, l-arkitett Philibert Le Roy issostitwixxa l-loġġa b'palazz għal Lwiġi XIII[12][13], li pprojbixxa lir-reġina tiegħu, Anna tal-Awstrija, milli torqod fih,[14][15] anke meta kien hemm tifqigħa ta' ġidri f'Saint-Germain-en-Laye fl-1641 li obbligat lil Lwiġi XIII jmur f'Versailles flimkien mal-eredi tiegħu li kellu tliet snin, u li mbagħad sar Lwiġi XIV.[16]

Meta Lwiġi XIII miet fl-1643, Anna saret ir-reġġenti ta' Lwiġi XIV[17], u l-palazz ta' Lwiġi XIII ġie abbandunat għal deċennju sħiħ. Anna ttrasferiet il-qorti lura f'Pariġi[18], fejn hi u l-ministru ewlieni tagħha, il-Kardinal Mazarin, komplew il-prattiki monetarji xejn popolari ta' Lwiġi XIII. Dan wassal għall-Fronde, sensiela ta' rewwixti kontra l-awtorità rjali mill-1648 sal-1653 u li b'mod parallel wasslet għal taqbida bejn Mazarin u l-prinċpijiet b'demm irjali, il-familja estiża ta' Lwiġi XIV, għal influwenza fuqu.[19] Wara l-Fronde, Lwiġi XIV kien iddeterminat li jirrenja waħdu.[20][21] Wara l-mewt ta' Mazarin fl-1661[22], Lwiġi XIV rriforma l-gvern tiegħu biex jeskludi lil ommu u lill-prinċpijiet b'demm irjali, ittrasferixxa l-qorti lura lejn Saint-Germain-en-Laye[23], u ordna l-espansjoni tal-palazz ta' missieru għall-Palazz ta' Versailles kif inhu llum il-ġurnata.[24]

Lwiġi XIV kien ikkaċċja f'Versailles fis-snin 50 tas-seklu 17, iżda ma kellux xi interess speċjali f'Versailles qabel l-1661.[25] Fis-17 ta' Awwissu 1661[26], Lwiġi XIV kien mistieden f'festival lussuż ospitat minn Nicolas Fouquet, is-Sovraintendent tal-Finanzi, fir-residenza tal-palazz tiegħu, il-Palazz ta' Vaux-le-Vicomte.[27] Lwiġi XIV baqa' impressjonat bil-palazz u l-ġonna tiegħu[28], li kienu xogħol Louis Le Vau, l-arkitett tal-qorti mill-1654, André Le Nôtre, il-ġardinar irjali mill-1657, u Charles Le Brun, pittur għas-servizz irjali mill-1647.[29] L-iskala u l-opulenza tal-Palazz ta' Vaux-le-Vicomte ispiraw is-sens estetiku ta' Lwiġi XIV, iżda wassluh ukoll biex f'Settembru ta' dik is-sena jitfa' lil Fouquet il-ħabs, għaliex kien bena wkoll fortizza fuq gżira u armata privata.[30] Lwiġi XIV kien ispirat ukoll minn Vaux-le-Vicomte[31], u qabbad l-awturi ta' dik l-opra biex jaħdmu fuq il-proġetti tiegħu.[32][33] Lwiġi XIV ssostitwixxa lil Fouquet b'Jean-Baptiste Colbert, li kien jappoġġa lil Mazarin u kien għadu ta' Fouquet, u qabbdu jġestixxi l-korp ta' artiġjani tas-servizz irjali.[34][35][36] Colbert għamilha ta' intermedjarju bejnhom u Lwiġi XIV[37], li ddirieġa u spezzjona personalment l-ippjanar u l-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Versailles.[38][39][40]

Kostruzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Palazz ta' Versailles fl-1668, pittura ta' Pierre Patel.

Għall-ewwel ix-xogħol f'Versailles ikkonċentra fuq il-park u l-ġonna tal-palazz[41][42], u fis-snin 60 tas-seklu 17, Le Vau żied biss żewġ sezzjonijiet distakkati tas-servizz u binja ta' riċeviment quddiem il-palazz.[43][44] Iżda fl-1668-1669[45][46], bħala rispons għat-tkabbir tal-ġonna[47], u r-rebħa kontra Spanja fil-Gwerra tad-Devoluzzjoni, Lwiġi XIV ddeċieda li l-Palazz ta' Versailles isir residenza rjali fuq skala kbira.[48][49] Għall-ewwel kien indeċiż bejn is-sostituzzjoni jew l-inkorporazzjoni tal-palazz ta' missieru, iżda għażel din tal-aħħar sa tmiem id-deċennju[50], u mill-1668 sal-1671[51], il-palazz ta' Lwiġi XIII ġie inkorporat fuq tliet naħat b'teknika mlaqqma l-enveloppe.[52] B'hekk, il-palazz ingħata faċċata ġdida Taljanizzata li tħares lejn il-ġonna, iżda l-faċċata tal-bitħa ġiet ippreservata.[53][54] Dan irriżulta f'taħlita ta' stili u ta' materjali li ssorprendew lil Lwiġi XIV u li Colbert iddeskriva bħala "ħallata ballata".[55] It-tentattivi ta' omoġenizzazzjoni taż-żewġ faċċati ma rnexxewx, u fl-1670 Le Vau miet[56], u l-kariga tiegħu bħala l-Ewwel Arkitett tar-Re baqgħet battala għas-seba' snin ta' wara.[57]

Il-faċċata ta' Le Vau li tagħti fuq il-ġonna għall-ħabta tal-1675.

Minflok Le Vau laħaq f'Versailles l-assistent tiegħu, l-arkitett François d'Orbay.[58] Ix-xogħol fuq il-palazz matul is-snin 70 tas-seklu 17 iffoka fuq ġewwa tal-palazz, peress li l-palazz minn barra kien kważi tlesta[59], għalkemm d'Orbay kabbar is-sezzjonijiet tas-servizz ta' Le Vau u kkollegahom mal-palazz, u bena żewġ paviljuni għall-impjegati tal-gvern fil-binja quddiem il-palazz.[60] Fl-1670, d'Orbay tqabbad minn Lwiġi XIV biex jiddisinja belt, imsejħa Versailles, sabiex jipprovdi l-akkomodazzjoni u s-servizzi għall-gvern u għall-qorti ta' Lwiġi XIV li kulma jmur baqgħu jikbru.[61] L-għoti tal-art lill-membri tal-qorti għall-kostruzzjoni ta' djar fil-kampanja li kienu qishom il-palazz beda fl-1671.[62] Is-sena ta' wara faqqgħet il-Gwerra bejn Franza u n-Netherlands u l-finanzjament għal Versailles intemm sal-1674[63], meta Lwiġi XIV ordna li jibda x-xogħol fuq it-Taraġ tal-Ambaxxaturi, taraġ grandjuż għar-riċeviment tal-mistednin, u waqqa' l-aħħar villaġġ ta' Versailles.[64]

Il-Palazz ta' Versailles għall-ħabta tal-1682, inċiżjoni ta' Adam Perelle.

Wara li ntemmet il-Gwerra bejn Franza u n-Netherlands bir-rebħa ta' Franza fl-1678, Lwiġi XIV ħatar bħala l-Ewwel Arkitett lil Jules Hardouin-Mansart[65], arkitett bl-esperjenza li kien igawdi l-fiduċja tiegħu[66], li bbenefika minn baġit ġdid u forza tax-xogħol kbira magħmula minn eks suldati.[67] Mansart beda x-xogħol tiegħu billi bejn l-1678 u l-1681 żied is-Sala tal-Mirja, wettaq rinnovazzjoni tal-faċċata tal-bitħa tal-palazz ta' Lwiġi XIII, u kabbar il-paviljuni ta' d'Orbay biex joħloq is-Sezzjonijiet tal-Ministri fl-1678-1679.[68] Biswit il-palazz, Mansart bena żewġ stalel imsejħa l-Grande u l-Petite Écuries mill-1679 sal-1682,[69][70] kif ukoll il-Grand Commun, li kien jospita l-qaddejja u l-kċejjen ġenerali tal-palazz, mill-1682 sal-1684.[71] Mansart żied ukoll żewġ sezzjonijiet ġodda għalkollox bl-istil Taljanizzat ta' Le Vau sabiex jospitaw il-qorti[72], l-ewwel fin-naħa tan-Nofsinhar tal-palazz mill-1679 sal-1681, u mbagħad fin-naħa tat-Tramuntana mill-1685 sal-1689.[73]

Il-gwerra u l-finanzjament imnaqqas minħabba fiha wasslu biex il-kostruzzjoni ssir ferm iktar bil-mod f'Versailles għall-bqija tas-seklu 17. Il-Gwerra ta' Disa' Snin, li bdiet fl-1688, waqqfet ix-xogħol għalkollox sal-1698. Tliet snin wara, madankollu, bdiet il-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola[74] li swiet ferm iktar flus, u flimkien mal-ħsad batut fl-1693-1694 u fl-1709-1710[75][76], dawn wasslu biex Franza tidħol fi kriżi.[77] B'hekk, Lwiġi XIV naqqas il-finanzjament u kkanċella wħud mix-xogħlijiet li Mansart kien ippjana għas-snin 80 tas-seklu 17, bħall-immudellar mill-ġdid tal-faċċata tal-bitħa bl-istil Taljanizzat. Lwiġi XIV u Mansart iffukaw fuq kappella permanenti għall-palazz[78], u l-kostruzzjoni tagħha damet mill-1699 sal-1710.[79]

Ballu bil-maskri fis-Sala tal-Mirja (1745), pittura ta' Charles-Nicolas Cochin.

Is-suċċessuri ta' Lwiġi XIV, Lwiġi XV u Lwiġi XVI, inġenerali ħallew il-Palazz ta' Versailles kif wirtuh u ffukaw fuq ġewwa tal-palazz. Il-modifiki ta' Lwiġi XV bdew fis-snin 30 tas-seklu 18, bit-tlestija tas-Sala ta' Erkole, kamra tal-ballu fis-sezzjoni tat-Tramuntana, u t-tkabbir tal-appartament privat tar-re[80][81], li kien jeħtieġ it-tiġrif tat-Taraġ tal-Ambaxxaturi. Fl-1748, Lwiġi XV beda l-kostruzzjoni ta' teatru tal-palazz, it-Teatru Rjali tal-Opri ta' Versailles fl-iktar sezzjoni tat-Tramuntana tal-palazz[82][83], iżda t-tlestija ġiet imdewma sal-1770;[84] il-kostruzzjoni ġiet interrotta fis-snin 40 tas-seklu 18 minħabba l-Gwerra tas-Suċċessjoni Awstrijaka u mill-ġdid fl-1756 meta faqqgħet il-Gwerra ta' Seba' Snin. Dawn il-gwerer żvujtaw it-teżor irjali u minn hemm 'il quddiem il-kostruzzjoni ġiet iffinanzjata l-ikbar mis-Sinjura du Barry, il-maħbuba favorita ta' Lwiġi XV. Fl-1771, Lwiġi XV ordna li s-Sezzjoni tal-Ministri tinbena mill-ġdid bi stil Neoklassiku minn Ange-Jacques Gabriel, l-arkitett tal-qorti, peress li kienet waslet biex taqa'. Dak ix-xogħol twaqqaf ukoll minħabba diffikultajiet finanzjarji, u baqa' ma tlestiex meta miet Lwiġi XV fl-1774. Fl-1784, Lwiġi XVI għal żmien qasir ittrasferixxa l-familja rjali lejn il-Palazz ta' Saint-Cloud sakemm saru iktar rinnovazzjonijiet fil-Palazz ta' Versailles, iżda l-kostruzzjoni ma setgħetx tibda minħabba diffikultajiet finanzjarji u minħabba kriżi politika.[85] Fl-1789, ir-Rivoluzzjoni Franċiża temmet il-perjodu tal-familja u tal-gvern irjali f'Versailles għal dejjem.[86]

Rwol fil-politika[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-Riċeviment tal-Grand Condé f'Versailles, pittura ta' Jean-Léon Gérôme.

Il-Palazz ta' Versailles kien ċentrali fil-politika ta' Lwiġi XIV, bħala espressjoni u konċentrazzjoni tal-arti u tal-kultura Franċiża, u għaċ-ċentralizzazzjoni tal-poter irjali.[87][88] Lwiġi XIV użda l-Palazz ta' Versailles għall-ewwel darba biex jippromwovi lilu nnifsu permezz ta' sensiela ta' festivals billejl fil-ġonna tal-palazz fl-1664, fl-1668 u fl-1674, u dawn ġew imxerda mal-Ewropa kollha permezz ta' litografiji u inċiżjonijiet.[89][90] Saħansitra fl-1669, iżda speċjalement mill-1678[91], Lwiġi XIV għamel ħiltu biex Versailles issir is-sede tal-gvern tiegħu, u kabbar il-palazz sabiex jistabbilixxi l-qorti fih.[92][93][94] Madankollu, it-trasferiment tal-qorti lejn Versailles ma seħħx qabel l-1682, u mhux uffiċjalment, għaliex l-opinjoni rigward Versailles kienet imħallta fost in-nobbiltà ta' Franza.[95]

Minkejja dan, sal-1687 kien evidenti għal kulħadd li Versailles de facto kienet il-belt kapitali ta' Franza[96], u Lwiġi XIV rnexxielu jattira n-nobbiltà lejn Versailles għall-prestiġju u għall-patrunaġġ irjali fi ħdan etikett strett tal-qorti[97], u b'hekk nawwar il-bażijiet provinċjali tradizzjonali tagħhom tal-poter.[98] Kien fil-Palazz ta' Versailles li Lwiġi XIV laqa' lid-Doge ta' Genova fl-1685[99], ambaxxata mir-Renju ta' Ayutthaya, it-Tajlandja (dak iż-żmien is-Siam)[100], fl-1686, u ambaxxata mill-Iran tas-Safavidi fl-1715.[101]

Lwiġi XIV miet f'Versailles fl-1 ta' Settembru 1715 u s-suċċessur tiegħu kien il-proneputi tiegħu li kellu ħames snin, Lwiġi XV[102], id-Duka ta' Anjou[103], li ġie ttrasferit lejn Vincennes u mbagħad lejn Pariġi mir-reġġent tiegħu, Filippu II, id-Duka ta' Orléans. Il-Palazz ta' Versailles ġie ttraskurat sal-1722, meta Filippu II ttrasferixxa l-qorti lejn Versailles sabiex jaħrab min-nuqqas ta' popolarità tar-reġġenza tiegħu[104][105], u meta Lwiġi XV kiber.[106] Madankollu, it-trasferiment tal-1722, kisser il-poter kulturali ta' Versailles[107], u matul ir-renju ta' Lwiġi XVI, il-membri tal-qorti kienu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom għad-divertiment f'Pariġi u mhux f'Versailles.[16]

Bankett għar-Reġina Vitorja ospitata f'Awwissu 1855 minn Napuljun III fit-Teatru Rjali tal-Opri ta' Versailles, pittura ta' Eugene Lami.

Fl-1783, il-Palazz ta' Versailles kien is-sit fejn ġew iffirmati l-aħħar tnejn mit-tliet Trattati tal-Paċi ta' Pariġi (1783), li temmew il-Gwerra Rivoluzzjonarja Amerikana. Fit-3 ta' Settembru, id-delegati Brittaniċi u Amerikani, immexxija minn Benjamin Franklin, iffirmaw it-Trattat ta' Pariġi fl-Hôtel d'York (issa 56 Rue Jacob) f'Pariġi, li wassal għall-indipendenza tal-Istati Uniti. Fl-4 ta' Settembru, Spanja u Franza ffirmaw trattati separati mal-Ingilterra fil-Palazz ta' Versailles, li formalment temmew il-gwerra.[108]

Ir-Re u r-Reġina saru jafu bl-attakk ta' Bastilja f'Pariġi fl-14 ta' Lulju 1789, meta kienu fil-palazz, u baqgħu iżolati hemmhekk filwaqt li r-Rivoluzzjoni f'Pariġi nfirxet. Il-korla dejjem tiżdied f'Pariġi wasslet għall-Marċ tan-Nisa f'Versailles fil-5 ta' Ottubru 1789. Folla ta' diversi eluf ta' rġiel u nisa, li ħarġu jipprotestaw kontra l-prezz għoli u l-iskarsezza tal-ħobż, għamlu marċ mis-swieq ta' Pariġi sa Versailles. Magħhom ħadu l-armi mill-armerija tal-belt, assedjaw il-palazz, u obbligaw lir-Re u lill-familja rjali, flimkien mal-membri tal-Assemblea Nazzjonali, jirritornaw magħhom lejn Pariġi l-għada.[109]

Malli l-familja rjali telqet, il-palazz ingħalaq. Fl-1792, il-Konvenzjoni Nazzjonali, il-gvern rivoluzzjonarju l-ġdid, ordna t-trasferiment tal-pitturi u tal-iskulturi kollha mill-Palazz għal-Louvre. Fl-1793, il-Konvenzjoni ddikjarat l-abolizzjoni tal-monarkija u ordnat li l-proprjetà rjali kollha fil-palazz tinbigħ f'irkant. L-irkant seħħ bejn il-25 ta' Awwissu 1793 u l-11 ta' Awwissu 1794. L-arredamenti u l-arti tal-Palazz, inkluż l-għamara, il-mirja, il-banjijiet u t-tagħmir tal-kċejjen, inbigħu f'lottijiet ta' 17,000 oġġett. Il-ġilji u l-emblemi rjali kollha mal-binjiet tneħħew. Il-binjiet vojta ntużaw bħala maħżen għall-għamara, għall-arti u għal-libreriji kkonfiskati min-nobbiltà. L-appartamenti grandjużi vojta nfetħu għaż-żjarat mill-bidu tal-1793, u mużew żgħir ta' pitturi Franċiżi u skola tal-arti nfetħu f'uħud mill-kmamar vojta.[110]

Seklu 19 – mużew tal-istorja u sit tal-gvern[immodifika | immodifika s-sors]

Proklamazzjoni tal-Imperu Ġermaniż, it-18 ta' Jannar 1871, pittura tal-1877 ta' Anton von Werner.

Meta Napuljun Bonaparte sar Imperatur tal-Franċiżi fl-1804, huwa kkunsidra li jagħmel il-Palazz ta' Versailles bħala r-residenza tiegħu iżda abbanduna l-idea minħabba kemm kienet se tiswa r-rinnovazzjoni. Qabel ma żżewweġ lil Marie-Louise fl-1810, huwa ordna li jiġi rrestawrat il-Grand Trianon u li jiġi mgħammar bħala residenza tas-sajf għalih u għall-familja tiegħu, bl-istil ta' għamara kif għadu sa llum il-ġurnata.[111]

Fl-1815, bil-waqgħa finali ta' Napuljun, Lwiġi XVIII, ħu ż-żgħir ta' Lwiġi XVI, sar ir-Re, u kkunsidra li jirritorna r-residenza rjali f'Versailles, fejn kien twieled. Huwa ordna r-restawr tal-appartamenti rjali, iżda l-kompitu u l-ispejjeż kienu kbar wisq. Lwiġi XVIII ordna li s-sezzjoni l-iktar fin-Nofsinhar tal-Cour Royale titwaqqa' u tiġi rikostruwita (1814-1824) sabiex tiġi pariġġ is-sezzjoni ta' Gabriel tal-1780 fin-naħa opposta, u dan wassal għal iktar uniformità fid-dehra tad-daħla ta' quddiem. La hu u lanqas is-suċċessur tiegħu Karlu X ma għexu f'Versailles.[112]

Ir-Rivoluzzjoni Franċiża tal-1830 wasslet monarka ġdid, Lwiġi-Filippu għall-poter, u ambizzjoni ġdida għal Versailles. Huwa ma rresjediex f'Versailles iżda beda l-ħolqien tal-Mużew tal-Istorja ta' Franza, iddedikat lill-"glorji kollha ta' Franza", li kien intuża biex jiġu ospitati xi membri tal-familja rjali. Il-kostruzzjoni tal-mużew inbdiet fl-1833 u l-mużew ġie inawgurat fit-30 ta' Ġunju 1837. L-iżjed kamra famuża tiegħu hija l-Galerie des Batailles (Sala tal-Battalji), li tokkupa l-biċċa l-kbira tat-tul tat-tieni sular tas-sezzjoni tan-Nofsinhar tal-palazz.[113] Il-proġett tal-mużew inġenerali waqaf ħesrem meta Lwiġi-Filippu tilef il-poter fl-1848, għalkemm il-pitturi tal-eroj Franċiżi u tal-battalji l-kbar għadhom fis-sezzjoni tan-Nofsinhar sa llum il-ġurnata.

L-Imperatur Napuljun III uża l-palazz xi kultant bħala post għal ċerimonji grandjużi. Waħda mill-iżjed lussużi kienet il-bankett li ospita għar-Reġina Vitorja fit-Teatru Rjali tal-Opri ta' Versailles fil-25 ta' Awwissu 1855.[114]

Matul il-Gwerra bejn Franza u l-Prussja tal-1870-1871, il-Palazz ta' Versailles ġie okkupat mill-persunal ġenerali tal-Armata Ġermaniża rebbieħa. Partijiet mill-palazz, inkluż is-Sala tal-Mirja, ġew ikkonvertiti fi sptar militari. Il-ħolqien tal-Imperu Ġermaniż, li kkombina l-Prussja u l-istati Ġermaniżi tal-madwar taħt William I, ġie pproklamat formalment fis-Sala tal-Mirja fit-18 ta' Jannar 1871. Il-Ġermaniżi baqgħu fil-Palazz ta' Versailles sal-iffirmar tal-armistizju f'Marzu 1871. F'dak ix-xahar, il-gvern tat-Tielet Repubblika Franċiża l-ġdida, li kien telaq minn Pariġi matul il-gwerra u mar f'Tours u mbagħad f'Bordeaux, ittrasferixxa ruħu fil-Palazz ta' Versailles. L-Assemblea Nazzjonali organizzat il-laqgħat tagħha fit-Teatru tal-Opri.[115]

Ir-rewwixta tal-Komun ta' Pariġi f'Marzu 1871, ipprevjena lill-gvern Franċiż, taħt Adolphe Thiers, milli jirritorna minnufih lejn Pariġi. L-operazzjoni militari li ħonqot il-Komun fl-aħħar ta' Mejju tmexxiet minn Versailles, u l-priġunieri tal-Komun tressqu hemmhekk u għaddew ġuri fil-qrati militari. Fl-1875 inħoloq it-tieni korp parlamentari, is-Senat Franċiż, u dan għamel il-laqgħat tiegħu għall-elezzjoni tal-President tar-Repubblika f'sala ġdida maħluqa fl-1876 fis-sezzjoni tan-Nofsinhar tal-Palazz ta' Versailles. Is-Senat Franċiż għadu sa issa jiltaqa' fil-Palazz ta' Versailles f'okkażjonijiet speċjali, bħall-emendar tal-Kostituzzjoni Franċiża.[116]

Seklu 20[immodifika | immodifika s-sors]

L-Iffirmar tal-Paċi fis-Sala tal-Mirja, Versailles, it-28 ta' Ġunju 1919, pittura ta' William Orpen.

Fl-aħħar tas-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20 bdew isiru l-ewwel sforzi ta' restawr fil-Palazz ta' Versailles, l-ewwel immexxija minn Pierre de Nolhac, poeta u studjuż u l-ewwel konservatur, li beda x-xogħol tiegħu fl-1892. Il-konservazzjoni u r-restawr ġew interrotti minn żewġ gwerer dinjin iżda baqgħu għaddejjin sa llum il-ġurnata.[117]

Il-Palazz ta' Versailles reġa' lura fix-xena dinjija f'Ġunju 1919, meta, wara sitt xhur ta' negozjati, it-Trattat ta' Versailles, li formalment temm l-Ewwel Gwerra Dinjija, ġie ffirmat fis-Sala tal-Mirja. Bejn l-1925 u l-1928, il-filantropu Amerikan u l-multimiljunarju John D. Rockefeller ta $2,166,000, l-ekwivalenti ta' madwar tletin miljun dollaru llum, għar-restawr u għar-rinnovazzjoni tal-palazz.[118]

Iktar xogħol sar wara t-Tieni Gwerra Dinjija, permezz tar-restawr tat-Teatru Rjali tal-Opri ta' Versailles. It-teatru reġa' nfetaħ fl-1957, fil-preżenza tar-Reġina Eliżabetta II tar-Renju Unit.[119]

Fl-1978, partijiet mill-Palazz ta' Versailles ġarrbu ħsarat estensivi minħabba bomba mpoġġija minn terroristi Bretoni.[120]

Mis-snin 50 tas-seklu 20, meta l-mużew ta' Versailles kien taħt it-tmexxija ta' Gérald van der Kemp, l-objettiv kien li l-palazz jiġi rrestawrat għal kif kien fl-1789 – jew qrib kemm jista' jkun – meta l-familja rjali telqet mill-palazz. Fost il-proġetti bikrin kien hemm it-tiswija tas-saqaf tas-Sala tal-Mirja; il-kampanja ta' reklamar xeħtet l-attenzjoni internazzjonali fuq il-karba ta' Versailles wara l-gwerra u kisbet ħafna flus minn barra l-pajjiż, inkluż għotja finanzjarja mill-Fondazzjoni Rockefeller.

Wieħed mill-iżjed proġetti li swew flus lill-mużew u lill-Ħames Repubblika ta' Franza kien ix-xiri mill-ġdid tal-ikbar ammont possibbli ta' arredamenti oriġinali. B'konsegwenza ta' dan, peress li l-għamara rjali – u speċjalment l-għamara tal-Palazz ta' Versailles – jiswew ħafna flus minħabba d-domanda għaliha fis-suq internazzjonali, il-mużew nefaq fondi konsiderevoli biex jipprova jikseb kemm seta' mill-arredamenti oriġinali tal-palazz.[121]

Seklu 21[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kamra tas-Sodda tar-Reġina.

In 2003, a new restoration initiative – the "Grand Versailles" project – was started, which began with the replanting of the gardens, which had lost over 10,000 trees during Cyclone Lothar on 26 December 1999. One part of the initiative, the restoration of the Hall of Mirrors, was completed in 2006. Another major project was the further restoration of the backstage areas of the Royal Opera of Versailles in 2007 to 2009.[122]

Attwalment is-sjieda tal-Palazz ta' Versailles hija f'idejn l-Istat Franċiż. It-titlu formali tiegħu huwa l-Istabbiliment Pubbliku tal-Palazz, il-Mużew u l-Proprjetà Nazzjonali ta' Versailles. Mill-1995 ġie ġestit bħala Proprjetà Pubblika, b'amministrazzjoni u b'ġestjoni indipendenti ssorveljati mill-Ministeru Franċiż għall-Kultura.[123]

L-artijiet tal-Palazz ta' Versailles se jospitaw il-kompetizzjoni ekwestri matul il-Logħob Olimpiku tas-sajf tal-2024.[124]

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Veduta mill-ajru tal-palazz u l-park ta' Versailles.

Il-Palazz u l-Park ta' Versailles ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. Saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit fl-2007.[5]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[5]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Definition of Versailles | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  2. ^ "The Public Establishment". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-10-31. Miġbur 2022-08-25.
  3. ^ "Palace of Versailles (Château de Versailles)". us.france.fr (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  4. ^ benedicte (2021-07-24). "Le rapport d'activité 2020 du château est en ligne" (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-25.
  5. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Palace and Park of Versailles". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  6. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 2.
  7. ^ Ayers, Andrew (2004). The Architecture of Paris: An Architectural Guide. Edition Axel Menges. ISBN 9783930698967. p. 333.
  8. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. pp. 1-2.
  9. ^ Hoog, Simone (1996). "Versailles". In Turner, Jane (ed.). The Dictionary of Art. Vol. 32. New York: Grove. pp. 369–374. ISBN 9781884446009. p. 369.
  10. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 15.
  11. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 53.
  12. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. pp. 15-16.
  13. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 53.
  14. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 16.
  15. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 3.
  16. ^ a b "History". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-03-27. Miġbur 2022-08-25.
  17. ^ Bohanan, Donna (2001). Crown and Nobility in Early Modern France. European History in Perspective. Palgrave Macmillan. ISBN 978-0-333-71694-6. p. 58.
  18. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 17.
  19. ^ Bohanan, Donna (2001). Crown and Nobility in Early Modern France. European History in Perspective. Palgrave Macmillan. ISBN 978-0-333-71694-6. pp. 58, 60 u 66.
  20. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 26.
  21. ^ Bohanan, Donna (2001). Crown and Nobility in Early Modern France. European History in Perspective. Palgrave Macmillan. ISBN 978-0-333-71694-6. p. 66.
  22. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 18.
  23. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 25.
  24. ^ Hoog, Simone (1996). "Versailles". In Turner, Jane (ed.). The Dictionary of Art. Vol. 32. New York: Grove. pp. 369–374. ISBN 9781884446009. pp. 369-370.
  25. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. pp. 4-5.
  26. ^ Bonney, Richard (2007). "Vindication of the Fronde? The cost of Louis XIV's Versailles building programme". French History. Oxford University Press. 21 (2): 205–22. p. 223.
  27. ^ Blanning, T. C. W. (2002). The Culture of Power and the Power of Culture: Old Regime Europe 1660–1789. Oxford University Press. doi:10.1093/acprof:oso/9780198227458.001.0001. ISBN 978-0-1982-2745-8. p. 33.
  28. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 19.
  29. ^ "Charles Le Brun". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-11-02. Miġbur 2022-08-25.
  30. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. pp. 18-19.
  31. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 41.
  32. ^ Blanning, T. C. W. (2002). The Culture of Power and the Power of Culture: Old Regime Europe 1660–1789. Oxford University Press. doi:10.1093/acprof:oso/9780198227458.001.0001. ISBN 978-0-1982-2745-8. p. 40.
  33. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 42.
  34. ^ Bonney, Richard (2007). "Vindication of the Fronde? The cost of Louis XIV's Versailles building programme". French History. Oxford University Press. 21 (2): 205–22. pp. 208-210.
  35. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 5.
  36. ^ Blanning, T. C. W. (2002). The Culture of Power and the Power of Culture: Old Regime Europe 1660–1789. Oxford University Press. doi:10.1093/acprof:oso/9780198227458.001.0001. ISBN 978-0-1982-2745-8. p. 36.
  37. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 20.
  38. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 9.
  39. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 35.
  40. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 25.
  41. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. pp. 55-63.
  42. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 4.
  43. ^ Ayers, Andrew (2004). The Architecture of Paris: An Architectural Guide. Edition Axel Menges. ISBN 9783930698967. p. 334.
  44. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 54.
  45. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 6.
  46. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 67.
  47. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. pp. 62-63, 69.
  48. ^ Ayers, Andrew (2004). The Architecture of Paris: An Architectural Guide. Edition Axel Menges. ISBN 9783930698967. p. 334.
  49. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 61.
  50. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. pp. 61, 64.
  51. ^ Ayers, Andrew (2004). The Architecture of Paris: An Architectural Guide. Edition Axel Menges. ISBN 9783930698967. pp. 334-335.
  52. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 64.
  53. ^ Hoog, Simone (1996). "Versailles". In Turner, Jane (ed.). The Dictionary of Art. Vol. 32. New York: Grove. pp. 369–374. ISBN 9781884446009. p. 370.
  54. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 7.
  55. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 24.
  56. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. pp. 7-8.
  57. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 22.
  58. ^ Berger, Robert W. (1985). Versailles: The Château of Louis XIV. Penn State University Press. ISBN 0-271-00412-6. p. 22.
  59. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 91.
  60. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 22.
  61. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 38.
  62. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. pp. 27-28.
  63. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. pp. 50-51.
  64. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. pp. 9, 11.
  65. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 93.
  66. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. pp. 86-87, 113.
  67. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 18.
  68. ^ "Versailles, "capital" of the kingdom, 1682". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-11-22. Miġbur 2022-08-25.
  69. ^ Berger, Robert W. (1994). A Royal Passion: Louis XIV as Patron of Architecture. Cambridge University Press. ISBN 0-521-44029-7. p. 114.
  70. ^ "The Royal Stables". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-10-17. Miġbur 2022-08-25.
  71. ^ "The Grand Commun". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2019-08-02. Miġbur 2022-08-25.
  72. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. pp. 10-11.
  73. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 43.
  74. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. p. 51.
  75. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 52.
  76. ^ Doyle, William, ed. (2001). Old Regime France. Short Oxford History of France. Oxford University Press. ISBN 0-19-873129-9. p. 190.
  77. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. pp. 51-52.
  78. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. pp. 17-19.
  79. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 53.
  80. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. pp. 59-60, 65.
  81. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. pp. 20-21.
  82. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 21.
  83. ^ "The Royal Opera". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-03-27. Miġbur 2022-08-25.
  84. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 61.
  85. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. pp. 21-24.
  86. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 24.
  87. ^ Blanning, T. C. W. (2002). The Culture of Power and the Power of Culture: Old Regime Europe 1660–1789. Oxford University Press. doi:10.1093/acprof:oso/9780198227458.001.0001. ISBN 978-0-1982-2745-8. pp. 33-40.
  88. ^ Bohanan, Donna (2001). Crown and Nobility in Early Modern France. European History in Perspective. Palgrave Macmillan. ISBN 978-0-333-71694-6. pp. 61-64.
  89. ^ Blanning, T. C. W. (2002). The Culture of Power and the Power of Culture: Old Regime Europe 1660–1789. Oxford University Press. doi:10.1093/acprof:oso/9780198227458.001.0001. ISBN 978-0-1982-2745-8. p. 49.
  90. ^ Walton, Guy (1986). Louis XIV's Versailles. University of Chicago Press. ISBN 978-0-2268-7254-4. pp. 57, 59.
  91. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 26.
  92. ^ Bohanan, Donna (2001). Crown and Nobility in Early Modern France. European History in Perspective. Palgrave Macmillan. ISBN 978-0-333-71694-6. p. 62.
  93. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 42.
  94. ^ Doyle, William, ed. (2001). Old Regime France. Short Oxford History of France. Oxford University Press. ISBN 0-19-873129-9. p. 173.
  95. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 14.
  96. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 15.
  97. ^ Blanning, T. C. W. (2002). The Culture of Power and the Power of Culture: Old Regime Europe 1660–1789. Oxford University Press. doi:10.1093/acprof:oso/9780198227458.001.0001. ISBN 978-0-1982-2745-8. pp. 31-34, 40.
  98. ^ Swann, Julian. "Politics: Louis XV". Old Regime France. pp. 195–222. p. 143, 145.
  99. ^ "Reception of the Doge of Genoa, 1685". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-11-22. Miġbur 2022-08-25.
  100. ^ "Reception of the Ambassador of Siam, 1686". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-11-22. Miġbur 2022-08-25.
  101. ^ "Reception of the Ambassadors of Persia, 1715". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-11-22. Miġbur 2022-08-25.
  102. ^ "Death of Louis XIV, 1715". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-11-23. Miġbur 2022-08-25.
  103. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 57.
  104. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 20.
  105. ^ Jones, Colin (2018). Versailles. Basic Books. ISBN 978-1-5416-7338-0. p. 58.
  106. ^ Swann, Julian. "Politics: Louis XV". Old Regime France. pp. 195–222. p. 201.
  107. ^ Doyle, William, ed. (2001). Old Regime France. Short Oxford History of France. Oxford University Press. ISBN 0-19-873129-9. p. 91.
  108. ^ "The Treaty of Paris". www.constitutionfacts.com. Miġbur 2022-08-25.
  109. ^ Lacaille, Frédéric (2012). Versailles – 400 ans d'histoire. Paris: Gallimard. ISBN 978-2-07-044430-4. pp. 16-17.
  110. ^ Lacaille, Frédéric (2012). Versailles – 400 ans d'histoire. Paris: Gallimard. ISBN 978-2-07-044430-4. p. 18.
  111. ^ Lacaille, Frédéric (2012). Versailles – 400 ans d'histoire. Paris: Gallimard. ISBN 978-2-07-044430-4. p. 19.
  112. ^ Spaworth, Anthony (2008). Versailles: A Biography of a Palace. Macmillan Publishers. ISBN 978-0-3123-5785-6. p. 244.
  113. ^ Hoog, Simone (1996). "Versailles". In Turner, Jane (ed.). The Dictionary of Art. Vol. 32. New York: Grove. pp. 369–374. ISBN 9781884446009. pp. 369-374.
  114. ^ "Visit of Queen Victoria, 1855". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-11-22. Miġbur 2022-08-25.
  115. ^ Lacaille, Frédéric (2012). Versailles – 400 ans d'histoire. Paris: Gallimard. ISBN 978-2-07-044430-4. p. 12.
  116. ^ Lacaille, Frédéric (2012). Versailles – 400 ans d'histoire. Paris: Gallimard. ISBN 978-2-07-044430-4. p. 20.
  117. ^ Lacaille, Frédéric (2012). Versailles – 400 ans d'histoire. Paris: Gallimard. ISBN 978-2-07-044430-4. p. 13.
  118. ^ Iverson, Jeffrey, France Today, id-19 ta' Lulju 2014.
  119. ^ "1957 - XXth century - Over the centuries - Versailles 3d". www.versailles3d.com. Miġbur 2022-08-25.
  120. ^ "VERSAILLES PALACE IS DAMAGED BY BOMB" (bl-Ingliż). 1978-06-26. Miġbur 2022-08-25.
  121. ^ Kemp, Gerard van der (1976). "Remeubler Versailles". Revue du Louvre. pp. 135-137.
  122. ^ "Versailles en grande toilette - L'Express". web.archive.org. 2008-02-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-02-15. Miġbur 2022-08-25.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  123. ^ "The Public Establishment". Palace of Versailles (bl-Ingliż). 2016-10-31. Miġbur 2022-08-25.
  124. ^ "Château de Versailles". Paris 2024 (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.