Genova: It-Toroq Ġodda u s-Sistema tal-Palazzi tal-Listi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Is-Sala tal-Mirja fil-Palazz Irjali ta' Genova

Genova: It-Toroq Ġodda u s-Sistema tal-Palazzi tal-Listi huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinkludi għadd ta' toroq u palazzi fiċ-ċentru ta' Genova, fir-reġjun ta' Liguria fil-Majjistral tal-Italja.[1]

It-Toroq Ġodda (bit-Taljan: Strade Nuove) huma grupp ta' toroq li nbnew mill-aristokrazija ta' Genova matul it-tkabbir tal-belt fi żmien meta r-Repubblika ta' Genova kienet laħqet il-qofol tas-setgħa finanzjarja u marittima tagħha. It-Toroq Ġodda huma Via Giuseppe Garibaldi (1558-1583, li qabel kienet Strada Maggiore jew Strada Nuova) u Via Balbi (1602-1620, li qabel kienet Strada Balbi), u wara żdiedet ukoll Via Cairoli (1778-1786, li qabel kienet Strada Nuovissima).

Il-Palazzi tal-Listi (bit-Taljan: Palazzi dei Rolli) huma grupp ta' palazzi, li l-biċċa l-kbira minnhom imorru lura wkoll għall-aħħar tas-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17, li kien assoċjati ma' sistema partikolari ta' "abitazzjonijiet pubbliċi" f'residenzi privati, fejn mistednin notevoli fuq żjara statali fir-Repubblika kienu jiġu ospitati f'wieħed minn dawn il-palazzi f'isem l-Istat.

Fit-13 ta' Lulju 2006, tnejn u erbgħin mill-163 palazz oriġinarjament inklużi f'waħda mill-ħames listi pubbliċi msejħa "Rolli" (jiġifieri Listi) ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-kumitat speċjali tal-UNESCO li ltaqa' f'Vilnius, il-Litwanja. Is-sit jinkludi ġabra ta' palazzi Rinaxximentali u Barokki tul l-hekk imsejħa "toroq ġodda", li joffru varjetà straordinarja ta' soluzzjonijiet differenti, u jiksbu valur universali permezz tal-adattament tagħhom għall-karatteristiċi partikolari tas-sit u għar-rekwiżiti ta' organizzazzjoni soċjali u ekonomika speċifika. Barra minn hekk, joffru wkoll eżempju oriġinali ta' network pubblika ta' residenzi privati maħsuba biex jospitaw żjarat statali.[1]

Fl-20 ta' Jannar 2007, l-UNESCO żvelat plakka f'Via Garibaldi, li qabel kienet Strada Nuova, li tispjega r-raġunijiet għalfejn it-Toroq Ġodda u s-Sistema tal-Palazzi tal-Listi tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO:

L-ikbar djar, b'għamliet u b'distribuzzjoni differenti, li ntgħażlu b'mod aleatorju fil-listi (rolli) biex jospitaw iż-żjarat statali. Il-binjiet, spiss mibnija fuq art mhux watja, kienu jiffurmaw atriju mtarraġ, bitħa, taraġ, ġnien u tiżjin intern rikk, u jesprimu identità soċjali u ekonomika unika u l-bidu tal-arkitettura urbana tal-era moderna fl-Ewropa.

Uħud mill-Palazzi tal-Listi llum il-ġurnata jintużaw bħala binjiet pubbliċi, mużewijiet, uffiċċji u residenzi privati. Fost il-palazzi miftuħa għall-pubbliku, Palazzo Rosso, Palazzo Bianco u Palazzo Doria Tursi flimkien jikkostitwixxu l-Mużewijiet ta' Strada Nuova li jinsabu f'Via Garibaldi.[2]

Rolli ta' Genova[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-Rolli ta' Genova

Ir-Rolli di Genova jew aħjar ir-Rolli degli alloggiamenti pubblici di Genova, jiġifieri l-"Listi tal-abitazzjonijiet pubbliċi ta' Genova", kienu l-listi uffiċjali fi żmien ir-Repubblika ta' Genova tal-palazzi u tal-vilel privati, li kienu proprjetajiet tal-iktar familji distinti ta' Genova. Dawk li kienu jitilgħu f'lotterija pubblika kienu jiġu obbligati jospitaw f'isem il-gvern l-iżjed viżitaturi notevoli matul iż-żjara statali tagħhom fir-Repubblika.[1]

Iktar 'il quddiem, dawn il-palazzi ospitaw bosta viżitaturi famużi tal-belt matul il-Vjaġġ Grandjuż tagħhom, b'itinerarju kulturali madwar l-Italja.

Illum il-ġurnata, il-Palazzi dei Rolli huwa isem kollettiv li jirrappreżenta ġabra tal-iżjed palazzi prestiġjużi taċ-ċentru storiku ta' Genova, speċjalment tul l-hekk imsejħa Strade Nuove, it-"Toroq Ġodda" li nbnew mill-aristokrazija ta' Genova fil-qofol tas-setgħa ekonomika ta' Genova fis-sekli 16 u 17 (Via Giuseppe Garibaldi, li qabel kienet Strada Nuova jew Via Aurea, Via Cairoli, li qabel kienet Strada Nuovissima, u Via Balbi, li issa tospita l-Università ta' Genova).[3]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Bejn l-ewwel nofs tas-seklu 16 u l-ewwel nofs tas-seklu 17, in-nobbiltà ta' Genova tat bidu għal ippjanar tal-belt li sar bir-reqqa biex il-belt Medjevali eżistenti tiġi ttrasformata. Barra minn hekk, tat bidu għal tkabbir urban imdaqqas lejn it-Tramuntana. Il-mossa biex il-palazzi antiki jitkabbru u biex jinbnew palazzi lussużi ġodda kienet immexxija mill-ġid straordinarju li kellha l-belt permezz ta' attivitajiet finanzjarji prosperużi ma' diversi setgħat Ewropej. B'mod partikolari, l-aristokrazija ta' Genova ffinanzjat il-proġetti għaljin tal-Kuruna Spanjola, bħall-armata ta' merċenarji li Spanja kellha fil-Fjandri mill-1566, u l-paċi f'Westfalen fl-1648. Il-klassi għolja ta' Genova, li kienet tinkludi lil dawk li kienu nobbli mit-twelid kif ukoll lil dawk li saru hekk bil-ġid merkantili miksub, riedet tesponi l-prestiġju tagħha bil-kostruzzjoni ta' palazzi u vilel suburbani grandjużi fil-belt ta' sbuħija tal-għaġeb.[4]

Ir-Rolli jew aħjar ir-Rolli degli alloggiamenti pubblici di Genova kienu listi uffiċjali stabbiliti fl-1576 mis-Senat ta' Genova, istituzzjoni aristokratika li saret prominenti bħala riżultat tar-riformi oligarkiċi tal-Prinċep u l-Ammirall Andrea Doria, bl-għan li jiddeterminaw il-palazzi disponibbli għall-gvern biex jiġi żgurat li r-Repubblika ta' Genova setgħet toffri abitazzjoni xierqa lill-iktar mistednin notevoli li minn żmien għal żmien kienu jżuru l-belt, fosthom prinċpijiet, rejiet, diplomatiċi jew awtoritajiet reliġjużi. Il-fatt li ma ntgħażilx palazz wieħed iżda bosta palazzi kien sinjal li l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Genova kienu jqisu l-belt kollha bħala "palazz irjali Repubblikan".[5]

Il-Palazzi tal-Listi kienu maqsuma fi tliet kategoriji abbażi tal-prestiġju tagħhom, skont id-daqs, is-sbuħija u l-importanza tagħhom bħala kriterji ewlenin biex jintgħażlu l-palazzi l-iżjed adattati biex jakkomodaw lill-kardinali, lill-prinċpijiet u lill-viċirejiet, lis-sinjuri fewdali, lill-ambaxxaturi jew lill-gvernaturi. Tliet palazzi biss kienu meqjusa adattati biex jakkomodaw l-ogħla dinjitarji, bħall-Papiet, l-Imperaturi, ir-Rejiet u l-iżjed Kardinali u Prinċpijiet importanti: Palazzo Doria Spinola f'Salita Santa Caterina, u Palazzo Grimaldi Doria Tursi u Palazzo Lercari Parodi f'Via Garibaldi.[6]

Ir-Rolli jew "Listi" ppreservati sa żminijietna kienu ħamsa: tal-1576 (li kienet tinkludi 52 palazz); tal-1588 (li kienet tinkludi 111-il palazz); tal-1599 (li kienet tinkludi 150 palazz); tal-1614 (li kienet tinkludi 96 palazz); u tal-1664 (li kienet tinkludi 95 palazz). B'kollox, kien hemm 162 palazz inklużi f'mill-inqas waħda minn dawn il-listi uffiċjali.[6]

Kwotazzjonijiet (traduzzjonijiet mhux uffiċjali)[immodifika | immodifika s-sors]

  • Ġib l-ittra lis-Sinjura Mojon, f'Via Balbi; dan huwa wieħed mit-tliet ismijiet ta' waħda mit-toroq ewlenin, li hija wkoll l-isbaħ waħda fl-Italja (Stendhal, Journal d'un vojage en Italie et en Suisse pendant l'annee 1828, 1828)
  • Ippruvajt inżur tliet galleriji ta' pitturi famużi f'Via Balbi. Peress li s-sidien għandhom id-drawwa tajba li jgħixu fil-kmamar fejn hemm il-pitturi, wieħed irid jistaqsi diversi drabi biex jirnexxilu jżurhom; u spiss in-nuqqas ta' sabar li kienu jiġġenerawli r-rifjuti arroganti tal-qaddejja kien inaqqas mill-gost li wieħed imur jara l-pitturi. In-nies għonja ta' Genova kważi dejjem jgħixu fit-tielet sular sabiex ikunu jistgħu jaraw il-baħar. It-taraġ huwa magħmul mill-irħam, iżda meta, wara li tkun tlajt xi mitt tarġa, qaddej iħallik tistenna xi ħmistax-il minuta biex imbagħad jgħidlek: "L-Eċċellenza Tiegħu għadu fil-kamra tiegħu, erġa' ejja għada", tista' tobsor li wieħed taqbiżlu, speċjalment meta dak li jkun ikollu jitlaq filgħaxija (Stendhal, Memoires d'un touriste, 1837)

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Mappa tal-binjiet inklużi fis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO

Genova: It-Toroq Ġodda u s-Sistema tal-Palazzi tal-Listi ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2006.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Palazzi tal-Listi inklużi fis-Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm tnejn u erbgħin palazz inklużi fis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Dawn huma:[1][3]

Nru Sid oriġinali Indirizz Isem attwali tal-Palazz Ritratt
1 Antonio Doria Largo Lanfranco, 1, Genova Palazzo Doria Spinola
2 Clemente Della Rovere Piazza Della Rovere, 1, Genova Palazzo Clemente Della Rovere
3 Gio. Battista Spinola Salita Santa Caterina, 4, Genova Palazzo Giorgio Spinola
4 Tommaso Spinola Salita Santa Caterina, 3, Genova Palazzo Tommaso Spinola
5 Giacomo Spinola Piazza Fontane Marose, 6, Genova Palazzo Giacomo Spinola "dei Marmi"
6 Antonio Doria Piazza Fontane Marose, 3–4, Genova Palazzo Ayrolo Negrone
7 Paolo e Nicolò Interiano Piazza Fontane Marose, 2, Genova Palazzo Interiano Pallavicini
8 Agostino Pallavicini Via Giuseppe Garibaldi, 1, Genova Palazzo Cambiaso Pallavicini
9 Pantaleo Spinola Via Giuseppe Garibaldi, 2, Genova Palazzo Spinola Gambaro
10 Franco Lercari Via Giuseppe Garibaldi, 3, Genova Palazzo Lercari-Parodi
11 Tobia Pallavicini Via Giuseppe Garibaldi, 4, Genova Palazzo Carrega-Cataldi
12 Angelo Giovanni Spinola Via Giuseppe Garibaldi, 5, Genova Palazzo Angelo Giovanni Spinola
13 Andrea and Gio. Battista Spinola Via Giuseppe Garibaldi, 6, Genova Palazzo Doria
14 Nicolosio Lomellino Via Giuseppe Garibaldi, 7, Genova Palazzo Nicolosio Lomellino
15 Lazzaro and Giacomo Spinola Via Giuseppe Garibaldi, 8-10, Genova Palazzo Cattaneo-Adorno
16 Nicolò Grimaldi Via Giuseppe Garibaldi, 9, Genova Palazzo Doria Tursi (il-Muniċipju)
17 Baldassarre Lomellini via Giuseppe Garibaldi, 12, Genova Palazzo Campanella o di Baldassarre Lomellini
18 Luca Grimaldi Via Giuseppe Garibaldi, 11, Genova Palazzo Bianco
19 Rodolfo and Francesco Brignole Sale via Giuseppe Garibaldi, 18, Genova Palazzo Rosso
20 Gerolamo Grimaldi Salita San Francesco, 4, Genova Palazzo della Meridiana
21 Gio Carlo Brignole Piazza della Meridiana, 2, Genova Palazzo Durazzo Brignole
22 Bartolomeo Lomellino Largo Della Zecca, 4, Genova Palazzo Rostan Reggio
23 Stefano Lomellini Via Cairoli, 18, Genova Palazzo Lomellini Doria Lamba
24 Giacomo Lomellini and Cattaneo De Marini Largo della Zecca, 2, Genova Palazzo Lomellini Patrone
25 Antoniotto Cattaneo Piazza della Nunziata, 2, Genova Palazzo Cattaneo Belimbau
26 Gio. Agostino Balbi Via Balbi, 1, Genova Palazzo Durazzo Pallavicini
27 Gio Francesco Balbi Via Balbi, 2, Genova Palazzo Balbi Cattaneo
28 Giacomo and Pantaleo Balbi Via Balbi, 4, Genova Palazzo Balbi Senarega
29 Francesco Balbi Piovera Via Balbi, 6, Genova Palazzo Balbi Piovera Raggio
30 Stefano Balbi Via Balbi, 10, Genova Palazz Irjali ta' Genova
31 Cosma Centurione Via Lomellini, 8, Genova Palazzo Cosma Centurione
32 Giorgio Centurione Via Lomellini, 5, Genova Palazzo Centurione Durazzo Pallavicini
33 Gio. Battista Centurione Via del Campo, 1, Genova Palazzo Gio Battista Centurione
34 Cipriano Pallavicini Piazza Fossatello, 2, Genova Palazzo Pallavicini
35 Nicolò Spinola Via San Luca, 14, Genova Palazzo Nicolò Spinola
36 Francesco Grimaldi Piazza di Pellicceria, 1, Genova Palazzo Spinola di Pellicceria
37 Gio. Battista Grimaldi Vico S. Luca, 4, Genova Palazzo Gio Battista Grimaldi (Vico San Luca)
38 Gio. Battista Grimaldi Piazza San Luca, 2, Genova Palazzo Gio. Battista Grimaldi
39 Stefano De Mari Via San Luca, 5, Genova Palazzo Stefano De Mari
40 Ambrogio Di Negro via San Luca, 2, Genova Palazzo Ambrogio Di Negro
41 Emanuele Filiberto Di Negro Via al Ponte Reale, 2, Genova Palazzo Emanuele Filiberto Di Negro
42 De Marini Piazza De Marini, 1, Genova Palazzo De Marini Croce

Palazzi tal-Listi mhux inklużi fis-Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Palazzi tal-Listi li għadhom ippreservati iżda, minħabba t-tqassim modern tagħhom jew tibdil fl-użu tagħhom, ma ġewx inklużi fis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma:[7]

Nru Sid Indirizz Isem il-Palazz Ritratt
1 Ottavio Imperiale Piazza Campetto, 2, Genova Palazzo Ottavio Imperiale
2 Gio. Vincenzo Imperiale Piazza Campetto 8A Palazzo Gio Vincenzo Imperiale
3 Largo G. A. Sanguineti 11 Palazzo Senarega-Zoagli
4 Piazza Cattaneo 26 Palazzo Cattaneo Della Volta
5 Giulio Pallavicini Piazza De Ferrari 2 Palazzo Giulio Pallavicini
6 Agostino Spinola Piazza De Ferrari 3 Palazzo Agostino Spinola
7 Pietro Durazzo Piazza De Marini 4 Palazzo Pietro Durazzo
8 Nicolò Lomellini Piazza della Nunziata 5 Palazzo Nicolò Lomellini
9 Cristoforo Spinola Piazza della Nunziata 6 Palazzo Cristoforo Spinola
10 Bernardo e Giuseppe De Franchi Piazza della Posta Vecchia 2 Palazzo Bernardo e Giuseppe De Franchi
11 Agostino De Franchi Piazza della Posta Vecchia 3 Palazzo Agostino De Franchi
12 Domenico Grillo Piazza delle Vigne 4 Palazzo Domenico Grillo
13 Piazza delle Vigne 6 Palazzo Agostino Doria
14 Pietro Spinola Piazza di Pellicceria 3 Palazzo Pietro Spinola di San Luca
15 Giulio Sale Piazza Embriaci 5 Palazzo Giulio Sale
16 Piazza Fontane Marose 1 Palazzo Spinola di Luccoli-Balestrino
17 Marc'Antonio Giustiniani Piazza Giustiniani 6 Palazzo Marcantonio Giustiniani
18 Lorenzo Cattaneo Piazza Grillo Cattaneo 1 Palazzo Lorenzo Cattaneo
19 Lazzaro Grimaldi Piazza Inferiore di Pellicceria 1 Palazzo Lazzaro Grimaldi
20 Piazza Luccoli 2 Palazzo De Mari
21 Piazza Pinelli 2 Palazzo Pinelli-Parodi
22 Agostino e Giacomo Salvago Piazza San Bernardo 26 Palazzo Agostino e Giacomo Salvago
23 Paolo De Benedetti Piazza San Donato 21 Palazzo Paolo De Benedetti
24 Piazza San Giorgio 32 Palazzo Basadonne
25 Giorgio Doria Piazza San Matteo 14 Palazzo Giorgio Doria
26 Marc'Aurelio Rebuffo Piazza Santa Sabina 2 Palazzo Marc'Aurelio Rebuffo
27 Antonio Sauli Piazza Sauli 3 Palazzo Antonio Sauli
28 Gio. Batta Senarega Piazza Senarega 1 Palazzo Gio Batta Senarega
29 Salita di San Matteo 19 Palazzo Doria-Danovaro
30 Salita di Santa Caterina 1 Palazzo Spinola di Luccoli-Cervetto
31 Luciano Spinola Salita di Santa Caterina 2 Palazzo Luciano Spinola di Luccoli
32 Salita di Santa Caterina 5 Palazzo Spinola-Celesia
33 Agostino e Benedetto Viale Salita Pollaioli 12 Palazzo Agostino e Benedetto Viale
34 Via A. Gramsci 3 Palazzo Lomellini-Serra
35 Via al Ponte Calvi 3 Palazzo Pallavicini-Fabiani
36 Via al Ponte Reale 1 Palazzo Adorno
37 Gio. Andrea Cicala Via Canneto il Lungo 17 Palazzo Gio Andrea Cicala
38 Agostino Calvi Saluzzo Via Canneto il Lungo 21 Palazzo Agostino Calvi Saluzzo
39 Via Canneto il Lungo 27 Palazzo Fieschi-Crosa di Vergagni
40 Via Canneto il Lungo 6 Palazzo De Franchi-Pittaluga
41 Gio. Battista Saluzzo Via Chiabrera 7 Palazzo Gio Battista Saluzzo
42 Via David Chiossone 14 Palazzo Doria-Serra
43 Via David Chiossone 4 Palazzo Grimaldi
44 Via degli Orefici 7 Palazzo Lercari-Spinola
45 Vincenzo Giustiniani Banca Via dei Giustiniani 11 Palazzo Vincenzo Giustiniani Banca
46 Gaspare Basadonne Via dei Giustiniani 3 Palazzo Gaspare Basadonne
47 Bartolomeo Invrea Via del Campo 10 Palazzo Bartolomeo Invrea
48 Via del Campo 12 Palazzo Durazzo-Cattaneo Adorno
49 Antonio Doria Invrea Via del Campo 9 Palazzo Antonio Doria Invrea
50 Francesco Borsotto Via della Maddalena 29 Palazzo Francesco Borsotto
51 Jacopo Spinola Via della Posta Vecchia 16 Palazzo Jacopo Spinola
52 Via Luccoli 22 Palazzo Tommaso Franzone
53 Daniele Spinola Via Luccoli 23 Palazzo Spinola Franzoni
54 Filippo Lomellini Via Paolo Emilio Bensa 1 Palazzo Filippo Lomellini
55 Marc'Antonio Sauli Via San Bernardo 19 Palazzo Marcantonio Sauli
56 Via San Bernardo 21 Palazzo Alessandro Giustiniani
57 Bendinelli Sauli Via San Lorenzo 12 Palazzo Bendinelli Sauli
58 Sinibaldo Fieschi Via San Lorenzo 17 Palazzo Sinibaldo Fieschi
59 Orazio e G. Fran.co De Franceschi Via San Lorenzo 19 Palazzo Orazio e Gio Francesco De Franceschi
60 Giovanni Battista Centurione Via San Lorenzo 5 Palazzo Centurione-Gavotti
61 Via San Lorenzo 8 Palazzo Durazzo-Zoagli
62 Via San Luca 4 Palazzo Spinola di San Luca-Gentile
63 Via San Luca 6 Palazzo Spinola di San Luca
64 Gerolamo Pallavicini Via XXV Aprile 12 Palazzo Gerolamo Pallavicini
65 Giovanni Garibaldi Vico Carmagnola 7 Palazzo Giovanni Garibaldi
66 Vico dei Ragazzi 6 Palazzo Sauli
67 Vico del Fieno 2 Palazzo Chiavari-Calcagno
68 Brancaleone Grillo Vico Delle Mele 6 Palazzo Brancaleone Grillo
69 Vico Falamonica 1 Palazzo Doria-Centurione
70 Nicola Grimaldi Vico San Luca 2 Palazzo Nicola Grimaldi
71 Vico Scuole Pie 1 Palazzo Cicala-Raggio
72 Via Lomellini 15 Palazzo Lomellini-Dodero

Jiem ir-Rolli[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2009, wara li l-Palazzi tal-Listi ġew rikonoxxuti bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, il-Muniċipalità ta' Genova bdiet l-inizjattiva tal-hekk imsejħa Jiem ir-Rolli (bl-Ingliż: Rolli Days)[8], bi żjarat mingħajr ħlas kemm fil-binjiet pubbliċi kif ukoll privati. Kull darba jiġi propost itinerarju differenti, u l-istudenti tal-arti, l-arkitetti, u l-gwidi professjonali joffru żjarat iggwidati, kważi kollha kemm huma mingħajr ħlas.

Jiem ir-Rolli jiġu organizzati darbtejn fis-sena, normalment matul tmiem il-ġimgħa f'Mejju u f'xi jum f'Settembru. Eċċezzjoni għal din ir-regola saret meta kien hemm l-għaxar anniversarju tar-rikonoxximent tal-UNESCO fl-2016, meta tliet tmiem il-ġimgħa ġew iddedikati għal Jiem ir-Rolli f'April, f'Mejju u f'Ottubru.

L-għadd ta' binjiet notevoli miftuħin għall-pubbliku matul Jiem ir-Rolli qed jiżdied senawara l-oħra. Iktar reċentement, anke l-palazzi li oriġinarjament ma kinux parti mis-sistema tal-listi (pereżempju, xi binjiet storiċi tal-Università ta' Genova), xi vilel suburbani u xi knejjes bdew jieħdu sehem f'din l-inizjattiva.

Palazzo Grillo bħala s-sede tal-Fondazzjoni De André[immodifika | immodifika s-sors]

Wieħed mill-Palazzi tal-Listi, Palazzo Grillo f'Piazza delle Vigne[9], kien maħsub biex jospita l-Fondazzjoni li ngħatat kunjom Fabrizio De André, kantawtur famuż minn Genova. Minħabba ż-żmien meħtieġ għar-restawr tal-binja, l-inawgurazzjoni tal-faċilità ġiet skedata fl-2019, l-għaxar anniversarju ta' mewtu fl-2009.

Ġewwa daru, li tinsab fiċ-ċentru ta' Genova, hemm kafetterija u ristorant, awditorju, kmamar pubbliċi (klassijiet u kmamar bit-tagħrif) iddedikati għall-istudju tal-iskola ta' Genova tal-kantawturi, u s-sular ta' fuq nett tar-residenza huwa post li jintuża meta jkun hemm xi mistednin.

L-organizzazzjoni FAI fl-Italja appoġġat it-tlestija tar-riabilitazzjoni u tar-restawr ta' Villa Saluzzo Bombrini, fil-kwartier ta' Albaro, magħruf bħala Il Paradiso (jiġifieri l-Ġenna) u li kien jgħix fih De André meta kien żagħżugħ.

Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Fiorella Caraceni (1992), Una strada rinascimentale: via Garibaldi a Genova, Genova, SAGEP
  • Giorgio Doria (1995), Nobiltà e investimenti a Genova in Età moderna, Genova
  • Gioconda Pomella (2007), Guida Completa ai Palazzi dei Rolli Genova, Genova, De Ferrari Editore (ISBN 9788871728155)
  • Mauro Quercioli (2008), I Palazzi dei Rolli di Genova, Ruma, Libreria dello Stato (ISBN 9788824011433)
  • Fiorella Caraceni Poleggi (2001), Palazzi Antichi e Moderni di Genova raccolti e disegnati da Pietro Paolo Rubens (1652), Genova, Tormena Editore (ISBN 9788884801302)
  • Mario Labò (2003), I palazzi di Genova di P.P. Rubens, Genova, Nuova Editrice Genovese

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d e f Centre, UNESCO World Heritage. "Genoa: Le Strade Nuove and the system of the Palazzi dei Rolli". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-11.
  2. ^ "Strada Nuova Museums | Museums in Genoa". www.museidigenova.it. Miġbur 2022-03-11.
  3. ^ a b Quercioli, Mario (2008). I Palazzi dei Rolli Genova. Roma: Libreria dello Stato, Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato. ISBN 9788824011433.
  4. ^ Le Strade Nuove. Genova: SAGEP Editrice. 1986. p. 5.
  5. ^ Ennio Poleggi (1998), Una reggia repubblicana. Atlante dei palazzi di Genova 1576-1664. Torino.
  6. ^ a b Pomella, Gioconda (2007). Guida Completa ai Palazzi dei Rolli. Genova: De Ferrari. p. 6. ISBN 9788871728155.
  7. ^ "Elenco dei palazzi dei rolli e delle strade nuove di Genova". www.irolli.it. Miġbur 2022-03-11.
  8. ^ "Home". Rolli Days Online (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-11.
  9. ^ "Piazza delle Vigne 4". www.irolli.it. Miġbur 2022-03-11.