Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fis-Slovakkja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-plakka mnaqqxa tas-silġ tal-Għar tas-Silġ ta' Dobšina.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Is-Slovakkja ffirmat il-Konvenzjoni fil-31 ta' Marzu 1993, u b'hekk is-siti storiċi u naturali tagħha saru eliġibbli biex jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Mill-2021 is-Slovakkja għandha tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel tliet siti fis-Slovakkja żdiedu mal-lista fl-1993. Dawn is-siti kienu Vlkolínec, ir-Raħal Storiku ta' Banská Štiavnica u l-Monumenti Tekniċi Qribu, u Spišský Hrad. Dan is-sit tal-aħħar ġie estiż fl-2009 biex jinkludi wkoll lil Levoča u l-monumenti kulturali assoċjati. L-iżjed sit reċenti li żdied mal-lista kienu l-Fruntieri Rumani tad-Danubju The most recent site added to the list was the Danube Limes, in 2021. Six sites in Slovakia are cultural and two are natural. Three sites are transnational, the Caves of Aggtelek Karst and Slovak Karst are shared with Hungary, the Danube Limes is shared with Germany and Austria, and the Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe are shared with 17 other countries.

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Raħal Storiku ta' Banská Štiavnica u l-Monumenti Tekniċi Qribu Town square with the monument dedicated to Holy Trinity Reġjun ta' Banská Bystrica 1993 iv, v (kulturali) Banská Štiavnica huwa l-eqdem raħal tax-xogħol tal-estrazzjoni fis-Slovakkja. Filwaqt li l-attivitajiet tal-estrazzjoni fl-inħawi diġà kienu jsiru fi Żmien il-Bronż, ir-raħal innifsu ġie stabbilit fis-seklu 13. Id-depożiti rikki ta' minerali polimetalliċi, li fihom ukoll id-deheb u l-fidda, ġabu ħafna ġid lir-raħal, li rriżulta fil-kostruzzjoni ta' diversi binjiet rappreżentattivi, fosthom palazzi, knejjes u kastelli. Fl-1762 ġiet stabbilita l-ewwel Akkademja tax-Xogħol fil-Minjieri u l-Forestrija fl-Ewropa. L-attivitajiet tal-estrazzjoni majnaw fis-seklu 19 minħabba li tnaqqru d-depożiti tal-minerali.[5][6]
Levoča, Spišský Hrad u l-Monumenti Kulturali Assoċjati Castle ruins on the top of the hill Reġjuni ta' Prešov u Košice 1993 iv (kulturali) Il-Kastell ta' Spiš huwa wieħed mill-ikbar kastelli fir-reġjun u jinkludi binjiet Rumaneski u Gotiċi ppreservati sew mis-sekli 13 u 14. Fl-2009, is-sit ġie estiż biex jinkludi r-raħal ta' Levoča, flimkien mal-Bażilika ta' San Ġakbu tiegħu tas-seklu 14, fejn hemm l-artal Gotiku Aħħari tal-Mastru Pawlu, kif ukoll is-siti assoċjati f'Spišské Podhradie, Spišská Kapitula u Žehra, li jinkludu kumplessi urbani tal-istess perjodu.[7]
Vlkolínec Village street with wooden houses on both sides Reġjun ta' Žilina 1993 iv, v (kulturali) Vlkolínec jirrappreżenta insedjament rurali Ewropew tradizzjonali f'żona muntanjuża, u huwa l-iżjed kumpless ippreservat tajjeb ta' dik ix-xorta fir-reġjun. Il-villaġġ fih 43 dar tradizzjonali tal-injam, knisja b'kampnar u skola, li fil-biċċa l-kbira jmorru lura għas-seklu 19.[8]
Għerien Karstiċi ta' Aggtelek u tas-Slovakkja* Reġjun ta' Košice 1995 viii (naturali) Is-sit huwa magħmul minn 712-il għar fl-Ungerija u fis-Slovakkja. Dawn jirrappreżentaw żona karstika tipika b'sistema miti. Is-sedimenti u l-fossili fl-għerien juru rekords ġeoloġiċi tal-kundizzjonijiet klimatiċi tropikali u sottotropikali fil-Kretaċju Aħħari u fit-Terzjarju Bikri, kif ukoll tal-glaċjazzjonijiet fil-Plejstoċen. Fis-sena 2000, l-Għar tas-Silġ ta' Dobšiná fis-Slovakkja ġie miżjud bħala estensjoni tas-sit. Fl-2008 saret modifika tal-konfini tas-sit fl-Ungerija.[9][10]
Riżerva Ikkonservata tar-Raħal ta' Bardejov Look at the town square from above Reġjun ta' Prešov 2000 iii, iv (kulturali) Ir-raħal ta' Bardejov jinsab qrib rotta kummerċjali importanti lejn il-Polonja tul il-Karpazji. Il-pjanta tal-belt tmur lura għas-sekli 13 u 14 u kienet tinkludi fortifikazzjonijiet avvanzati għall-istandards kontemporanji. Id-djar tal-borgeżija tas-seklu 15 u l-Bażilika Gotika ta' San Giles jokkupaw il-pjazza prinċipali tar-raħal. Bardejov jinkludi wkoll kwartier Lhudi żgħir tas-seklu 18.[11]
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* Forest scenery, trees and a small stream Reġjun ta' Prešov 2007 ix (naturali) Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Il-Park Nazzjonali ta' Bieszczady fil-Polonja żdied fil-lista fl-2021.[12]
Knejjes tal-Injam tal-Karpazji Slovakki Large wooden church in Hronsek Reġjuni ta' Košice, ta' Banská ta' Bystrica, Žilina u ta' Prešov 2008 iii, iv (kulturali) Dan is-sit huwa magħmul minn tmien knejjes tal-injam li nbnew fil-Karpazji Slovakki bejn is-sekli 16 u 18, li huma eżempji rappreżentattivi tal-arkitettura reliġjuża tal-injam fl-inħawi, fejn il-komunitajiet ta' tliet reliġjonijiet differenti jgħixu flimkien mingħajr ġlied. Żewġ knejjes huma Kattoliċi Rumani, tliet knejjes huma Protestanti, u tliet knejjes huma Griegi Ortodossi. Ir-ritratt huwa tal-knisja tal-injam ta' Hronsek.[13]
Fruntieri Rumani tad-Danubju (is-Segment tal-Punent)* Roman ruins Reġjuni ta' Bratislava u ta' Nitra 2021 ii, iii, iv (kulturali) Il-Fruntieri Rumani tad-Danubju huma network ta' fortifikazzjonijiet tul ix-xmara Danubju, li kienu jipproteġu l-fruntieri tal-Imperu Ruman. Is-sit huwa kondiviż mal-Ġermanja u mal-Awstrija. Sitt siti f'żewġ postijiet huma ta' kampijiet militari Celemantia u Gerulata (ir-ritratt huwa tal-fdalijiet ta' dan tal-aħħar) jinsabu fis-Slovakkja.[14]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-05-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-05-23. Miġbur 2023-04-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
  3. ^ "Slovakia - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-02-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-10. Miġbur 2023-04-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-04-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of Banská Štiavnica and the Technical Monuments in its Vicinity". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
  6. ^ "Cities of Caral-Supe (Peru) and Levoča (Slovakia) added to UNESCO's World Heritage List - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-02-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-10. Miġbur 2023-04-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Levoča, Spišský Hrad and the Associated Cultural Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Vlkolínec". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
  9. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Decision - 32COM 8B.48". web.archive.org. 2011-10-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-10-20. Miġbur 2023-04-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Caves of Aggtelek Karst and Slovak Karst". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bardejov Town Conservation Reserve". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wooden Churches of the Slovak part of the Carpathian Mountain Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire – The Danube Limes (Western Segment)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-01.