Vlkolínec
Vlkolínec | |
---|---|
Slovakkja | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Slovakkja |
Region of Slovakia | reġjun ta' Žilina |
District of Slovakia | Distrett ta' Ružomberok |
Town | Ružomberok |
Ġeografija | |
Koordinati | 49°02′20″N 19°16′42″E / 49.0389°N 19.2783°EKoordinati: 49°02′20″N 19°16′42″E / 49.0389°N 19.2783°E |
Superfiċjenti | 4.90 hectare |
Demografija | |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 |
Vlkolínec huwa villaġġ li jiġi amministrat mir-raħal ta' Ružomberok fis-Slovakkja. Madankollu, storikament kien villaġġ separat. L-ewwel darba li l-villaġġ jissemma fid-dokumenti hu fl-1376 u wara l-1882 sar parti minn Ružomberok. Isem il-villaġġ x'aktarx li oriġina mill-kelma Slovakka "vlk" li tfisser "lupu".
Vlkolínec tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993[1], u huwa wieħed minn għaxar villaġġi Slovakki li ngħataw l-istatus ta' riżervi tal-arkitettura folkloristika. Dan l-istatus ingħata peress li l-villaġġ huwa eżempju mhux mittiefes u kumpless ta' arkitettura folkloristika fil-kampanja tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Karpazji.
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Vlkolínec, li jinsab fiċ-ċentru tas-Slovakkja, huwa insedjament li ħaġa tal-għaġeb baqa' intatt, b'karatteristiċi tradizzjonali ta' villaġġ tal-Ewropa Ċentrali. Iħaddan fih l-iżjed raggruppament komplut ta' tipi ta' djar tradizzjonali biz-zkuk tal-injam fir-reġjun, li spiss jinsabu f'żoni muntanjużi. Il-villaġġ jikkonsisti minn iktar minn 45 dar ta' dan it-tip u kull waħda minnhom fiha żewġ jew tliet kmamar. Ġew ippreservati wkoll kampnar tal-injam tas-seklu 18 kif ukoll kappella Barokka. Id-djar Nri 16 u 17 ġew ikkonvertiti f'mużew tal-folklor bl-istrumenti kollha tal-ħajja u tax-xogħol ta' kuljum.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Vlkolínec ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]
Ara wkoll
[immodifika | immodifika s-sors]Sit ta' Wirt Dinji oħra simili:
- Hollókő, l-Ungerija;[2]
- Holašovice, iċ-Ċekja;[3]
- Gammelstad, l-Iżvezja.[4]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Skultura mnaqqxa fid-daħla tal-villaġġ.
-
L-għamara fuq ġewwa ta' waħda mid-djar tipiċi tal-villaġġ.
-
Waħda mid-djar tipiċi ta' Vlkolínec.
-
Id-dar Nru 47 f'Vlkolínec.
-
Il-kampnar tal-injam ta' Vlkolínec.
-
It-triq prinċipali ta' Vlkolínec.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Vlkolínec". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Village of Hollókő and its Surroundings". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Holašovice Historic Village". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Church Town of Gammelstad, Luleå". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-21.