Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Armenja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Armenja rratifikat il-Konvenzjoni fil-5 ta' Settembru 1993, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Mill-2021, l-Armenja għandha tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, kollha kemm huma monasteri, knejjes jew siti reliġjużi relatati. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-Armenja li tniżżel fil-lista tal-UNESCO kien il-Monasteru ta' Haghpat, fl-1996. Fis-sena 2000, is-sit ġie estiż biex jinkludi l-Monasteru ta' Sanahin ukoll. Fis-sena 2000 żdiedu żewġ siti oħra, il-Katidral u l-Knejjes ta' Echmiatsin flimkien mas-sit arkeoloġiku ta' Zvartnots, u l-Monasteru ta' Geghard u l-Wied Superjuri ta' Azat. It-tliet siti huma kollha siti kulturali.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Stampa | Post | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-Għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Monasteri ta' Haghpat u ta' Sanahin | Provinċja ta' Lori | 1996 | ii, iv (kulturali) | Il-monasteri ta' Haghpat u ta' Sanahin inbnew fit-tieni nofs tas-seklu 10 taħt il-patroċinju tar-Reġina Khosrovanush, il-mara tar-Re Ashot III. Binjiet addizzjonali ġew miżjuda fiż-żewġ kumplessi sas-seklu 13. Arkitettonikament, il-monasteri jikkombinaw il-karatteristiċi tal-arkitettura ekkleżjastika Biżantina mal-istil vernakolari reġjonali tal-Kawkasu. Il-Monasteru ta' Haghpat (fl-istampa) tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996, filwaqt li l-Monasteru ta' Sanahin żdied fis-sena 2000.[5] | |
Monasteru ta' Geghard u n-Naħa ta' Fuq tal-Wied ta' Azat | Provinċja ta' Kotayk | 2000 | ii (kulturali) | Il-Monasteru ta' Geghard jinsab fil-fondoq tax-xmara Azat. Skont it-tradizzjoni, San Girgor l-Illuminatur stabbilixxa l-monasteru fis-seklu 4. Dan ħabat mal-introduzzjoni tal-Kristjaneżmu bħala r-reliġjon statali fl-Armenja. Il-kumpless prinċipali jmur lura għas-seklu 13. Jinkludi knejjes imħaffrin fil-blat, oqbra, ċelel residenzjali, u diversi khachkars (steli Armeni ta' mafkar bi slaleb imżejnin). Il-monasteru kien ċentru ekkleżjastiku u kulturali importanti tal-Armenja Medjevali.[6] | |
Katidral u Knejjes ta' Echmiatsin u s-Sit Arkeoloġiku ta' Zvartnots | Provinċja ta' Armavir | 2000 | ii, iii (kulturali) | Dan is-sit ikopri knejjes li juru l-evoluzzjoni u l-iżvilupp tal-arkitettura ekkleżjastika Armena. Il-knejjes f'Etchmiadzin (illum imsejħa Vagharshapat) jinkludu l-Katidral ta' Etchmiadzin (stabbilit fit-301; tal-istampa), il-Knisja ta' San Gayane (630), il-Knisja ta' San Hripsime (618), u l-Knisja ta' Shoghakat (li nbniet fl-1694 fuq kappella tas-seklu 4). Il-Knisja ta' Zvartnots inbniet fis-seklu 7 iżda nqerdet fis-seklu 10, x'aktarx minħabba xi terremot.[7] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Armenia - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-02-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-26. Miġbur 2023-08-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Monasteries of Haghpat and Sanahin". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-27.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Monastery of Geghard and the Upper Azat Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-27.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cathedral and Churches of Echmiatsin and the Archaeological Site of Zvartnots". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-27.