Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Latvja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Waħda mill-faċċati tal-binjiet ta' Riga bl-istil tal-Art Nouveau

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2]

Il-Latvja ffirmat il-Konvenzjoni fl-10 ta' Jannar 1995 u b'hekk is-siti indikattivi tagħha saru eliġibbli biex jiżdiedu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit tal-Latvja li żdied fil-lista kien iċ-Ċentru Storiku ta' Riga fl-1997, fl-2005 żdied is-sit transnazzjonali tal-Ark Ġeodetiku ta' Struve li huwa kondiviż ma' disa' pajjiżi oħra, u mbagħad fl-2023 żdied ir-Raħal Antik ta' Kuldīga. It-tliet siti huma siti kulturali.[3]

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Ċentru Storiku ta' Riga A house with a decorated facade at night Riga 1997 i, ii (kulturali) Riga, stabbilita fl-1201, kienet belt Anseatika ewlenija mis-sekli 13 sa 15. Ma tantx għad fadal wisq djar minn dak il-perjodu, peress li nqerdu mill-gwerra jew min-nirien. Iktar 'il quddiem, Riga għaddiet minn tkabbir rapidu fis-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20, meta nbnew bosta binjiet bl-istil tal-Art Nouveau. Riga għandha l-ogħla konċentrazzjoni ta' binjiet b'dan l-istil fl-Ewropa.[5]
Ark Ġeodetiku ta' Struve* Rock with a memorial plate Muniċipalità ta' Ērgļi, Jēkabpils 2005 ii, iii, vi

(kulturali)

L-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa serje ta' punti ta' triangulazzjoni, mifruxa fuq distanza ta' iżjed minn 2,820 kilometru minn Hammerfest fin-Norveġja sal-Baħar l-Iswed. Il-punti ġew stabbiliti fi stħarriġ mill-astronomu Friedrich Georg Wilhelm Struve li kien l-ewwel wieħed li wettaq kejl bir-reqqa ta' segment twil tal-meridjan – u miegħu anke d-daqs u l-għamla tad-Dinja. Oriġinarjament, kien hemm 165 punt b'kollox. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi 34 punt f'għaxar pajjiżi (mit-Tramuntana għan-Nofsinhar: in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Russja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belarussja, il-Moldova, l-Ukrajna), u żewġ punti minnhom jinsabu fil-Latvja (fir-ritratt jidher il-markatur tal-punt ta' Sestu-Kalns).[6]
Raħal Antik ta' Kuldīga Town hall of Kuldiga Kuldīga 2023 v (kulturali) Iċ-ċentru storiku ta' Kuldīga huwa ppreservat sew u jmur lura għall-aħħar tas-seklu 16 sas-seklu 18, meta r-raħal kien ċentru amministrattiv tad-Dukat ta' Courland u ta' Semigallia. It-taħlita ta' stili arkitettoniċi tirrifletti l-iskambju kulturali mal-pajjiżi madwar il-Baħar Baltiku. Fl-istampa jidher il-Muniċipju.[7]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Latvia - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-06-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-06-22. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Riga". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Struve Geodetic Arc". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old town of Kuldīga". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.