Ark Ġeodetiku ta’ Struve

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Mappa li turi l-punti tal-Ark Ġeodetiku ta’ Struve

L-Ark Ġeodetiku ta’ Struve huwa katina ta’ triangolazzjonijiet tal-istħarriġ minn Hammerfest fin-Norveġja sal-Baħar Iswed, li tgħaddi minn għaxar pajjiżi (in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Russja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belarussja, il-Moldova u l-Ukrajna) u hija twila 2,820 kilometru. Bis-saħħa tal-Ark Ġeodetiku ta’ Struve seta’ jsir l-ewwel kejl preċiż ta’ meridjan tad-dinja.[1]

Il-katina ġiet stabbilita u ntużat mix-xjenzat Russu mwieled il-Ġermanja Friedrich Georg Wilhelm von Struve bejn l-1816 u l-1855 biex jistabbilixxi d-daqs preċiż u l-għamla tad-dinja. Dak iż-żmien, l-Ark Ġeodetiku ta’ Struve kien jgħaddi minn tliet pajjiżi biss: in-Norveġja, l-Iżvezja u l-Imperu Russu. L-ewwel punt tal-Ark jinsab fl-Osservatorju Antik ta’ Tartu, fl-Estonja, fejn Struve wettaq il-biċċa l-kbira tar-riċerka tiegħu.[2]

Fl-2005, l-Ark Ġeodetiku ta’ Struve ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO b’ġabra ta’ 34 plakka kommemorattiva jew obeliski mill-265 punt oriġinali mmarkati b’toqob imħaffrin fil-blat, slaleb tal-ħadid, borġ ġebel, eċċ.[3]

Il-kejl tal-katina tat-triangolazzjonijiet jinkludi 258 triangolu u 265 vertiċi ġeodetiku. L-iktar punt fit-Tramuntana jinsab ħdejn Hammerfest fin-Norveġja u l-iktar punt fin-Nofsinhar jinsab ħdejn il-Baħar l-Iswed fl-Ukrajna. Dan is-Sit ta’ Wirt Dinji huwa transnazzjonali peress li huwa maqsum bejn 10 pajjiżi, it-tieni l-iktar Sit ta’ Wirt Dinji transnazzjonali wara l-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta’ Reġjuni Oħra tal-Ewropa.[4]

Katina[immodifika | immodifika s-sors]

Il-monument f’Hammerfest li jimmarka l-iktar punt ta’ Struve fit-Tramuntana

Norveġja[immodifika | immodifika s-sors]

  • Fuglenes f’Hammerfest (70°40′12″N 23°39′48″E / 70.67000°N 23.66333°E / 70.67000; 23.66333)
  • Raipas f’Alta (69°56′19″N 23°21′37″E / 69.93861°N 23.36028°E / 69.93861; 23.36028)
  • Luvdiidcohkka f’Kautokeino (69°39′52″N 23°36′08″E / 69.66444°N 23.60222°E / 69.66444; 23.60222)
  • Baelljasvarri f’Kautokeino (69°01′43″N 23°18′19″E / 69.02861°N 23.30528°E / 69.02861; 23.30528)

Żvezja[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Pajtas-vaara" (Tynnyrilaki) f’Kiruna
  • "Kerrojupukka" (Jupukka) f’Pajala
  • Pullinki f’Övertorneå
  • "Perra-vaara" (Perävaara) f’Haparanda

Finlandja[immodifika | immodifika s-sors]

  • Stuor-Oivi (attwalment Stuorrahanoaivi) f’Enontekiö (68°40′57″N 22°44′45″E / 68.68250°N 22.74583°E / 68.68250; 22.74583)
  • Avasaksa (attwalment Aavasaksa) f’Ylitornio (66°23′52″N 23°43′31″E / 66.39778°N 23.72528°E / 66.39778; 23.72528)
  • Torneå (attwalment il-Knisja ta’ Alatornio) f’Tornio (65°49′48″N 24°09′26″E / 65.83000°N 24.15722°E / 65.83000; 24.15722)
  • Puolakka (attwalment Oravivuori) f’Korpilahti (61°55′36″N 25°32′01″E / 61.92667°N 25.53361°E / 61.92667; 25.53361)
  • Porlom II (attwalment Tornikallio) f’Lapinjärvi (60°42′17″N 26°00′12″E / 60.70472°N 26.00333°E / 60.70472; 26.00333)
  • Svartvira (attwalment Mustaviiri) f’Pyhtää (60°16′35″N 26°36′12″E / 60.27639°N 26.60333°E / 60.27639; 26.60333)
Il-punt Z fir-Russja

Russja[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Mäki-päälys" (Mäkipäällys (il-Finlandja fl-1917/1920-1940) f’Gogland (Suursaari)
  • "Hogland, Z" (Gogland, Tochka Z) f’Gogland (60°5′9.8″N 26°57′37.5″E / 60.086056°N 26.960417°E / 60.086056; 26.960417)

Estonja[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Woibifer" (Võivere) fil-Parroċċa ta’ Väike-Maarja Parish (59°03′28″N 26°20′16″E / 59.05778°N 26.33778°E / 59.05778; 26.33778)
  • "Katko" (Simuna) fil-Parroċċa ta’ Väike-Maarja (59°02′54″N 26°24′51″E / 59.04833°N 26.41417°E / 59.04833; 26.41417)
  • "Dorpat" (l-Osservatorju Antiku ta’ Tartu) f’Tartu (58°22′43.64″N 26°43′12.61″E / 58.3787889°N 26.7201694°E / 58.3787889; 26.7201694)
L-Osservatorju Antik ta’ Tartu, l-Estonja

Latvja[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Sestu-Kalns" (Ziestu) f’Ērgļu novads (56°50′24″N 25°38′12″E / 56.84000°N 25.63667°E / 56.84000; 25.63667)
  • "Jacobstadt" f’Jēkabpils (56°30′05″N 25°51′24″E / 56.50139°N 25.85667°E / 56.50139; 25.85667)

Litwanja[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Karischki" (Gireišiai) f’Panemunėlis (55°54′09″N 25°26′12″E / 55.90250°N 25.43667°E / 55.90250; 25.43667)
  • "Meschkanzi" (Meškonys) f’Nemenčinė (54°55′51″N 25°19′00″E / 54.93083°N 25.31667°E / 54.93083; 25.31667)
  • "Beresnäki" (Paliepiukai) f’Nemėžis (54°38′04″N 25°25′45″E / 54.63444°N 25.42917°E / 54.63444; 25.42917)
Il-monument ta’ wieħed mill-punti ta’ Struve fil-Belarussja

Belarussja[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Tupischki" (Tupishki) fid-distrett ta’ Ashmyany (54°17′30″N 26°2′43″E / 54.29167°N 26.04528°E / 54.29167; 26.04528)
  • "Lopati" (Lopaty) fid-distrett ta’ Zelva (53°33′38″N 24°52′11″E / 53.56056°N 24.86972°E / 53.56056; 24.86972)
  • "Ossownitza" (Ossovnitsa) fid-distrett ta’ Ivanovo (52°17′22″N 25°38′58″E / 52.28944°N 25.64944°E / 52.28944; 25.64944)
  • "Tchekutsk" (Chekutsk) fid-distrett ta’ Ivanovo (52°12′28″N 25°33′23″E / 52.20778°N 25.55639°E / 52.20778; 25.55639)
  • "Leskowitschi" (Leskovichi) fid-distrett ta’ Ivanovo (52°9′39″N 25°34′17″E / 52.16083°N 25.57139°E / 52.16083; 25.57139)

Moldova[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Rudi" ħdejn il-villaġġ ta’ Rudi, fid-distrett ta’ Soroca (48°19′08″N 27°52′36″E / 48.31889°N 27.87667°E / 48.31889; 27.87667)

Ukrajna[immodifika | immodifika s-sors]

  • Katerynivka f’Antonivka, Khmelnytsky Oblast (49°33′57″N 26°45′22″E / 49.56583°N 26.75611°E / 49.56583; 26.75611 )
  • Felshtyn f’Hvardiiske, Khmelnytsky Oblast (49°19′48″N 26°40′55″E / 49.33000°N 26.68194°E / 49.33000; 26.68194 )
  • Baranivka f’Baranivka, Khmelnytsky Oblast (49°08′55″N 26°59′30″E / 49.14861°N 26.99167°E / 49.14861; 26.99167 )
  • Staro-Nekrasivka (Stara Nekrasivka) f’Nekrasivka, Odesa Oblast (45°19′54″N 28°55′41″E / 45.33167°N 28.92806°E / 45.33167; 28.92806 )[3]

Riżultati[immodifika | immodifika s-sors]

Storiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Meta ġew ippubblikati l-ewwel riżultati fl-1858, ġie stmat li l-ellittiċità (fenomenu matemiku tal-iċċattjar) tad-dinja fuq naħa kienet 294.26. Ġie stmat ukoll li r-raġġ ekwatorjali tad-dinja kien 6,378,360.7 metru.

Fl-2005, il-kejl reġa’ sar permezz tan-navigazzjoni bis-satellita. B’hekk, ġie stmat li l-ellittiċità tad-dinja fuq naħa kienet 298.257 222 101 u r-raġġ ekwatorjali tad-dinja kien 6,378,136.8 metru.

Stħarriġ iktar bikri, li kien sar fl-1740, kien irriżulta f’ellittiċità tad-dinja fuq naħa ta’ 178 u r-raġġ ekwatorjali tad-dinja kien 6,396,800 metru.[1]

Moderni[immodifika | immodifika s-sors]

L-iktar punt fit-Tramuntana: Hammerfest (Fuglenes): 70° 40′ 11.23″ N

L-iktar punt fin-Nofsinhar: Ismail (Staro-Nekrassowka): 45° 20′ 02.94″ N

Differenza fil-Latitudni Ġeodetika: 25° 20′ 08.29″

Distanza f’kilometri: 2,821.853 ± 0.012[1]

Sit ta’ Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Friedrich Georg Wilhelm von Struve

L-Ark Ġeodetiku ta’ Struve sar Sit ta’ Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fl-2005 b’ġabra ta’ 34 plakka kommemorattiva jew obeliski mill-265 punt oriġinali mmarkati b’toqob imħaffrin fil-blat, slaleb tal-ħadid, borġ ġebel, eċċ. f’għaxar pajjiżi differenti.

Il-valur universali straordinarju tiegħu ġie rrikonoxxut abbażi ta’ tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”, ladarba l-Ark jirrappreżenta l-ewwel kejl bir-reqqa ta’ segment twil ta’ meridjan, li għen biex jiġi stabbilit id-daqs preċiż u l-għamla tad-dinja, u huwa eżempju straordinarju tal-interskambju tal-valuri umani permezz tal-kollaborazzjoni xjentifika f’diversi pajjiżi u bejn monarki differenti; il-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba l-Ark huwa bla dubju eżempju straordinarju ta’ ħsieb teknoloġiku li wassal għall-punti tat-triangolazzjonijiet biex jitkejjel meridjan; u l-kriterju (vi) “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma’ avvenimenti jew ma’ tradizzjonijiet ħajjin, ma’ ideat jew ma’ twemmin, jew ma’ xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta’ valur universali straordinarju”, ladarba l-kejl permezz tal-Ark u r-riżultati tiegħu huma assoċjati direttament mal-ħsieb tal-bniedem dwar id-dinja li jgħixu fiha, u huma marbuta mat-teorija ta’ Sir Isaac Newton li d-dinja mhijiex sfera eżatta.[3]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b c Norwegian Directorate for Cultural Heritage,Dronningensg 13, P.O.Box 8196, Dep. 0034, Oslo, Norway (2005), Norwegian Points on The Struve Geodetic Arc (fuljett)
  2. ^ "The Struve Geodetic Arc". Atlas Obscura (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.
  3. ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Struve Geodetic Arc". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.