Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fir-Renju Unit

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Stonehenge.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Ir-Renju Unit irratifika l-Konvenzjoni fl-1946 flimkien ma' 25 pajjiż ieħor, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox ir-Renju Unit għandu 35 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Ewropa u fit-Territorji Brittaniċi Ekstra-Ewropej. Elenkati fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO hemm komponent kull wieħed kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Iskozja li jagħmlu parti mill-istess sit (il-Fruntieri tal-Imperu Ruman) flimkien ma' tmintax-il sit oħra fl-Ingilterra, ħamsa fl-Iskozja, erbgħa f'Wales, wieħed fl-Irlanda ta' Fuq, and wieħed f'kull wieħed fit-Territorji Brittaniċi Ekstra-Ewropej li ġejjin: Bermuda, Ġibiltà, il-Gżejjer Pitcairn, u Saint Helena. Hemm sit ieħor li huwa parzjalment fit-territorju tar-Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia (is-Sit Arkeoloġiku ta' Paphos), iżda jitqies uffiċjalment bħala parti mil-lista ta' Ċipru. L-ewwel siti li ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-Renju Unit kienu l-Mogħdija tal-Ġgant u l-Kosta tal-Mogħdija tal-Ġgant; il-Kastell u l-Katidral ta' Durham; il-Fondoq ta' Ironbridge; il-Park Irjali ta' Studley inkluż il-Fdalijiet tal-Abbazija ta' Fountains; Stonehenge, Avebury u Siti Assoċjati; u l-Kastelli u s-Swar tal-Irħula tar-Re Dwardu f'Gwynedd fl-1986. Fl-2021 żdiedu mal-lista l-Pajsaġġ tal-Lavanja tal-Majjistral ta' Wales u l-iSpa ta' Bath (bħala komponent tal-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa).[4] Fl-2024 żdiedu l-Flow Country u l-Insedjamenti tal-Knisja Moravjana.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[5]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Stampa Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-Għażla Deskrizzjoni
Pajsaġġ Industrijali ta' Blaenavon Blaenavon,  Wales

51.78°N 3.08°W

2000 iii, iv (kulturali) Fis-seklu 19, Wales kienet l-ikbar produttur ta' ħadid u faħam fid-dinja. Blaenavon huwa eżempju ta' pajsaġġ maħluq mill-proċessi industrijali assoċjati mal-produzzjoni ta' dawn il-materjali. Is-sit jinkludi barrieri, binjiet pubbliċi, djar tal-ħaddiema u linja ferrovjarja.[6]
Palazz ta' Blenheim Woodstock, Oxfordshire,  l-Ingilterra

51.841°N 1.361°W

1987 ii, iv (kulturali) Il-Palazz ta' Blenheim, ir-residenza ta' John Churchill, l-Ewwel Duka ta' Marlborough, ġiet iddisinjata mill-arkitetti John Vanbrugh u Nicholas Hawksmoor. Il-park assoċjat ġie ppjanat minn Capability Brown. Il-palazz iċċelebra r-rebħa kontra l-Franċiżi u huwa sinifikanti għall-istabbiliment tal-arkitettura Romantika Ingliża bħala entità separata mill-arkitettura Klassika Franċiża.[7]
Katidral ta' Canterbury, l-Abbazija ta' Santu Wistin, u l-Knisja ta' San Martin Canterbury, Kent, l-Ingilterra

51.28°N 1.08°E

1988 i, ii, vi (kulturali) Il-Knisja ta' San Martin hija l-eqdem knisja fl-Ingilterra. Il-knisja u l-Abbazija ta' Santu Wistin ġew stabbiliti matul l-istadji bikrin tal-introduzzjoni tal-Kristjaneżmu fost l-Anglo-Sassoni. Il-katidral għandu arkitettura Rumaneska u Gotika, u huwa s-sede tal-Knisja tal-Ingilterra.[8]
Kastelli u Swar tal-Irħula tar-Re Dwardu f'Gwynedd Conwy, Gżejra ta' Anglesey u Gwynedd, Wales

53.139°N 4.276°W

1986 i, iii, iv (kulturali) Matul ir-renju ta' Dwardu I tal-Ingilterra (1272-1307), sensiela ta' kastelli nbnew f'Wales bl-iskop li tiġi kkontrollata l-popolazzjoni lokali u jiġu stabbiliti kolonji Ingliżi f'Wales. Is-Sit ta' Wirt Dinji jkopri bosta kastelli, fosthom dawk ta' Beaumaris, Caernarfon, Conwy u Harlech. Il-kastelli ta' Dwardu I jitqiesu bħala l-quċċata tal-arkitettura militari mill-istoriċi militari.[9]
Belt ta' Bath Bath, Somerset, l-Ingilterra

51.380°N 2.360°W

1987 i, ii, iv (kulturali) Stabbilita mir-Rumani bħala spa, ċentru importanti tal-industrija tas-suf fil-perjodu Medjevali, u raħal bi spa fis-seklu 18, Bath għandha storja varjata. Il-belt ippreservat il-fdalijiet Rumani u l-arkitettura Palladjana tagħha.[10]
Pajsaġġ tax-Xogħol fil-Minjieri ta' Cornwall u l-Punent ta' Devon Cornwall u Devon, l-Ingilterra

50.13°N 5.38°W

2006 ii, iii, iv (kulturali) L-estrazzjoni tal-landa u tar-ram f'Devon u f'Cornwall kienet fl-aqwa tagħha fis-sekli 18 u 19, meta kienu jiġu prodotti żewġ terzi tar-ram dinji. It-tekniki u t-teknoloġija involuti fl-estrazzjoni fil-fond żviluppati f'Devon u f'Cornwall intużaw mad-dinja kollha.[11]
Fabbriki tal-Wied ta' Derwent Wied ta' Derwent, Derbyshire, l-Ingilterra

53.020°N 1.499°W

2001 ii, iv (kulturali) Il-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent kienu l-post fejn twieldet is-sistema tal-fabbriki; l-innovazzjonijiet fil-wied, inkluż l-iżvilupp tad-djar tal-ħaddiema – bħal fi Cromford – u l-magni bħal dik tal-għażil, kienu importanti fir-Rivoluzzjoni Industrijali. Il-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent influwenzaw l-Amerka ta' Fuq u l-Ewropa.[12]
Kosta ta' Dorset u tal-Lvant ta' Devon Dorset u Devon, l-Ingilterra

50.70°N 2.98°W

2001 viii (naturali) L-irdumijiet tal-kosta ta' Dorset u tal-Lvant ta' Devon huma sit importanti għall-fossili u jipprovdu rekord kontinwu tal-ħajja fuq l-art u fil-baħar fl-inħawi minn 185 miljun sena ilu.[13]
Kastell u Katidral ta' Durham Durham, il-Kontea ta' Durham, l-Ingilterra

54.774°N 1.575°W

1986 ii, iv, vi (kulturali) Il-Katidral ta' Durham huwa "l-ikbar u l-ifjen" eżempju ta' arkitettura Normanna fl-Ingilterra u l-volti tal-katidral kienu parti mill-istabbilment tal-arkitettura Gotika. Il-katidral jospita r-relikwi ta' San Cuthbert u San Bede. Il-kastell tan-Normanni kien ir-residenza tal-prinċpijiet-isqfijiet ta' Durham.[14]
Lake District Cumbria, l-Ingilterra

54°28′26″N 3°4′56″W

2017 ii, v, vi (kulturali) Famuż għall-pajsaġġ xeniku ta' muntanji, lagi, djar, ġonna u parks, il-Lake District ġie ċċelebrat permezz tal-arti viżiva pittoreska u Romantika u tal-letteratura mis-seklu 18 'il quddiem.[15]
Pont ta' Forth Edinburgu, Inchgarvie u Fife, l-Iskozja

56.000421°N 3.388726°W

2015 i, iv (kulturali) Il-Pont ta' Forth huwa pont ferrovjarju fuq il-Firth of Forth fil-Lvant tal-Iskozja, 9 mili (14-il kilometru) fil-Punent taċ-ċentru ta' Edinburgu. Jitqies bħala struttura ikonika u simbolu tal-Iskozja. Ġie ddisinjat mill-inġinieri Ingliżi Sir John Fowler u Sir Benjamin Baker u nbena minn Sir William Arrol minn Glasgow li bena wkoll Tower Bridge f'Londra.[16]
Fruntieri tal-Imperu Ruman it-Tramuntana tal-Ingilterra u n-Nofsinhar tal-Iskozja

54.99°N 2.60°W

1987 (modifiki fl-2005 u fl-2008) ii, iii, iv (kulturali) Il-Ħajt ta' Adrijanu nbena fil-122 W.K. u l-Ħajt Antoninjan inbena fil-142 W.K. biex jiddefendu lill-Imperu Ruman mill-"barbari". Is-Sit ta' Wirt Dinji qabel kien elenkat bħala l-Ħajt ta' Adrijanu biss, iżda iktar 'il quddiem ġie estiż sabiex jiġi inkluż il-Ħajt Antoninjan fl-Iskozja u s-swar, il-ħitan u l-fortijiet fil-Ġermanja moderna.[17]
Mogħdija tal-Ġgant u l-Kosta tal-Mogħdija tal-Ġgant il-Kontea ta' Antrim, l-Irlanda ta' Fuq

55.240°N 6.511°W

1986 vii, viii (naturali) Il-mogħdija hija magħmula minn 40,000 kolonna tal-bażalt li jibqgħu ħerġin 'il barra lejn il-baħar. Inħolqot minn attività vulkanika fil-perjodu Terzjarju. Kienet ispirazzjoni għal-leġġendi u kienet is-sit tal-iżvilupp fil-ġeoloġija matul dawn l-aħħar 300 sena.[18]
Kumpless tal-Għar ta' Gorham in-naħa tal-Lvant tal-Blata tal-Ġibiltà, il-Ġibiltà

36.120397°N 5.342075°W

2016 iii (kulturali) Magħmul minn erba' għerien marittimi naturali, il-kumpless huwa l-aħħar sit magħruf li fih għexu n-Neandertal xi 28,000 sena ilu. Evidenzi tal-okkupazzjoni mill-bniedem modern huma preżenti wkoll fis-sit.[19]
Gżejjer Gough u Inaċċessibbli Tristan da Cunha, Saint Helena u Ascension, in-Nofsinhar tal-Oċean Atlantiku

40.3181°S 9.9353°W

1995 (modifikat fl-2004) vii, x (naturali) Flimkien, il-Gżejjer Gough u Inaċċessibbli jippreservaw ekosistema kważi mhux mimsusa mill-bniedem, b'bosta speċijiet endemiċi ta' pjanti u ta' annimali.[20]
Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa Bath, Somerset, l-Ingilterra

(sit transnazzjonali)

2021 ii, iii (kulturali) L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huwa sit magħmul minn 11-il raħal bi spa f'seba' pajjiżi Ewropej fejn l-ilmijiet minerali kienu jintużaw għal skopijiet ta' fejqan u terapewtiċi qabel l-iżvilupp tal-mediċina industrijali fis-seklu 19.[21]
Qalba Neolitika tal-Gżejjer Orkney Orkney, l-Iskozja

58.996°N 3.188°W

1999 i, ii, iii, iv (kulturali) Is-sit huwa ġabra ta' siti Neolitiċi bi skopijiet li jvarjaw minn abitazzjonijiet għal ċerimonji. Jinkludi l-insedjament ta' Skara Brae, il-qabar bil-kompartimenti ta' Maes Howe u ċ-ċrieki tal-ġebel ta' Stenness u Brodgar.[22]
Gżira ta' Henderson Gżira ta' Henderson, il-Gżejjer Pitcairn, l-Oċean Paċifiku

24.35°S 128.31°W

1988 vii, x (naturali) Il-gżira hija gżira tal-qroll fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku, b'ekoloġija li kważi qatt ma ntmisset mill-bniedem. L-iżolament tagħha joħroġ fid-dieher id-dinamiki tal-evoluzzjoni. Hemm għaxar speċijiet endemiċi ta' pjanti u erba' speċijiet endemiċi ta' annimali fil-gżira.[23]
Raħal Storiku ta' St. George u l-Fortifikazzjonijiet Relatati, Bermuda St. George, Bermuda

32.379444°N 64.677778°W

2000 iv (kulturali) Stabbilit fl-1612, St. George's huwa l-eqdem raħal Ingliż fid-Dinja l-Ġdida u huwa eżempju tal-insedjamenti urbani ppjanati fid-Dinja l-Ġdida fis-seklu 17 mis-setgħat kolonjali. Il-fortifikazzjonijiet joħorġu fid-dieher it-tekniki difensivi żviluppati matul is-sekli 17 sa 20.[24]
Fondoq ta' Ironbridge Ironbridge, Shropshire, l-Ingilterra

52.626°N 2.486°W

1986 i, ii, iv, vi (kulturali) Il-Fondoq ta' Ironbridge jinkludi l-minjieri, il-fabbriki, id-djar tal-ħaddiema, u l-infrastruttura tat-trasport li nħolqu fil-fondoq matul ir-Rivoluzzjoni Industrijali. L-iżvilupp tal-produzzjoni tal-kokk fl-inħawi għen biex tibda r-Rivoluzzjoni Industrijali. Il-pont tal-ħadid kien l-ewwel pont fid-dinja li nbena bil-ħadid u kien ferm influwenti arkitettonikament u teknoloġikament.[25]
Osservatorju ta' Jodrell Bank Cheshire, l-Ingilterra

53°14.5′N 2°18.7′W

2019 i, ii, iv, vi (kulturali) L-osservatorju jinsab f'żona rurali fil-Majjistral tal-Ingilterra, ħieles mir-radjuintereferenzi, u huwa wieħed mill-osservatorji ewlenin fid-dinja fil-qasam tar-radjuastronomija. Fil-bidu li beda jintuża, fl-1945, is-sit kien jospita r-riċerka dwar ir-raġġi kożmiċi individwati bl-eki tar-radar. Dan l-osservatorju, li għadu operattiv, jinkludi diversi radjuteleskopji u binjiet tax-xogħol, inkluż binjiet tal-inġinerija u l-Binja tal-Kontroll. L-Osservatorju ta' Jodrell Bank kellu impatt xjentifiku sostanzjali f'oqsma bħall-istudju tal-metjoriti u tal-qamar, l-iskoperta tal-kważars, l-ottika kwantistika, u l-intraċċar tal-inġenji spazjali. Dan il-kumpless teknoloġiku eċċezzjonali joħroġ fid-dieher it-tranżizzjoni mill-astronomija ottika tradizzjonali għar-radjuastronomija (is-snin 40 sas-snin 60 tas-seklu 20), li wasslet għal bidliet radikali fil-fehim tal-univers.[26]
Greenwich Marittima Greenwich, Londra, Żona Kbira ta' Londra, l-Ingilterra

51.4791°N 0°E

1997 i, ii, iv, vi (kulturali) Minbarra l-preżenza tal-ewwel eżempju ta' arkitettura Palladjana fl-Ingilterra, u opri ta' Christopher Wren u Inigo Jones, l-inħawi tas-sit huma sinifikanti għall-Osservatorju Rjali fejn żviluppa l-fehim tal-astronomija u tan-navigazzjoni.[27]
New Lanark New Lanark, in-Nofsinhar ta' Lanarkshire, l-Iskozja

55.66°N 3.78°W

2001 ii, iv, vi (kulturali) Imqanqla mis-sistema tal-fabbriki ta' Richard Arkwright żviluppata fil-Wied ta' Derwent, il-komunità ta' New Lanark inħolqot sabiex jiġu pprovduti l-abitazzjonijiet lill-ħaddiema fil-fabbriki. Il-filantropu Robert Owen xtara s-sit u kkonvertih f'komunità mudell, li tipprovdi faċilitajiet pubbliċi u tal-edukazzjoni, u li tappoġġa r-riformi tal-fabbriki.[28]
Ċentru Storiku u Ġdid ta' Edinburgu Edinburgu, l-Iskozja

55.947°N 3.191°W

1995 ii, iv (kulturali) Iċ-ċentru storiku antik ta' Edinburgu ġie stabbilit fil-Medju Evu, u ż-żona l-ġdida ġiet żviluppata fl-1767-1890. Hemm kuntrast bejn il-konfigurazzjoni tal-insedjamenti tal-Medju Evu u tal-perjodu modern. Il-konfigurazzjoni u l-arkitettura taż-żona l-ġdida, li d-disinjaturi tagħha kienu jinkludu lil William Chambers u lil William Playfair, influwenzaw id-disinn urban Ewropew fis-sekli 18 u 19.[29]
Palazz ta' Westminster u l-Abbazija ta' Westminster inkluż il-Knisja ta' Santa Margarita Westminster, iż-Żona Kbira ta' Londra, l-Ingilterra

51.4997°N 0.1286°W

1987 (modifikat fl-2008) i, ii, iv (kulturali) Is-sit ilu involut fl-amministrazzjoni tal-Ingilterra mis-seklu 11, u iktar 'il quddiem tar-Renju Unit. Mill-inkurunazzjoni ta' William il-Konkwistatur, il-monarki Ingliżi u Brittaniċi kollha ġew inkurunati fl-Abbazija ta' Westminster. Il-Palazz ta' Westminster, li jospita l-Parlament Brittaniku, huwa eżempju tal-arkitettura Gotika Vittorjana; il-Knisja ta' Santa Margerita hija l-knisja parrokkjali tal-palazz, u għalkemm hija eqdem mill-palazz u nbniet fis-seklu 11, imbagħad ġiet rikostruwita.[30]
Akkwedott u Kanal ta' Pontcysyllte Trevor, Wrexham, Wales u Shropshire, l-Ingilterra

52.970°N 3.087°W

2009 i, ii, iv (kulturali) L-akkwedott inbena għall-Kanal ta' Ellesmere fuq il-Wied ta' Dee. L-akkwedott tlesta matul ir-Rivoluzzjoni Industrijali u ġie ddisinjat mill-inġinier Skoċċiż Thomas Telford, bl-użu innovattiv tal-ħadid ferrobattut u fondut, li influwenza l-inġinerija ċivili madwar id-dinja.[31]
Ġonna Botaniċi Rjali ta' Kew Kew, Żona Kbira ta' Londra, l-Ingilterra

51.474°N 0.295°W

2003 ii, iii, iv (kulturali) Maħluqa fl-1759, il-Ġonna ta' Kew influwenti ġew iddisinjati minn Charles Bridgeman, William Kent, Capability Brown, u William Chambers. Il-ġonna ntużaw għall-istudju tal-botanika u tal-ekoloġija u avvanzaw il-fehim tagħhom.[32]
St. Kilda St. Kilda, l-Iskozja

57.816°N 8.583°W

1987 (modifikat fl-2005 u fl-2008) iii, v, vii, ix, x (imħallat) Għalkemm abitat għal iktar minn 2,000 sena, l-arċipelagu iżolat ta' St. Kilda ilu ma jkollu residenti permanenti mill-1930. Il-wirt uman tal-gżejjer jinkludi diversi karatteristiċi arkitettoniċi mill-perjodi storiċi u preistoriċi. St. Kilda huwa post tat-tnissil għal bosta speċijiet ta' għasafar tal-baħar importanti, inkluż l-ikbar kolonja ta' suli u sa 136,000 par ta' purċinelli tal-baħar.[33]
Saltaire Saltaire, Shipley, il-Punent ta' Yorkshire, l-Ingilterra

53.837°N 1.790°W

2001 ii, iv (kulturali) Saltaire ġie stabbilit mis-sid tal-fabbrika Titus Salt bħala villaġġ mudell għall-ħaddiema tiegħu. Is-sit, li jinkludi l-Fabbrika ta' Salts, joħroġ fid-dieher binjiet pubbliċi għall-abitanti u kien eżempju tal-paternaliżmu tas-seklu 18.[34]
Il-Pajsaġġ tal-Lavanja tal-Majjistral ta' Wales Gwynedd, Wales 2021 ii, v (kulturali) Is-sitt żoni ewlenin, li kollha jinsabu f'Gwynedd, huma: il-Barriera tal-Lavanja ta' Penrhyn u ta' Bethesda, il-Wied ta' Ogwen sal-Port ta' Penrhyn; il-Pajsaġġ Muntanjuż tal-Barriera tal-Lavanja ta' Dinorwig; il-Pajsaġġ tal-Barriera tal-Lavanja tal-Wied ta' Nantlle; il-Barrieri tal-Lavanja, il-Linji Ferrovjarji u l-Impjant ta' Gorseddau u tal-Prinċep ta' Wales; il-Minjieri u l-Barrieri tal-Lavanja ta' Ffestiniog, il-"belt tal-lavanja" u l-linji ferrovjarji sa Porthmadog; il-Barriera tal-Lavanja ta' Bryneglwys, il-Villaġġ ta' Abergynolwyn u l-Linja Ferrovjarja ta' Talyllyn.[35]
Stonehenge, Avebury u Siti Assoċjati Wiltshire, l-Ingilterra

51.1788°N 1.8252°W

1986 (modifikat fl-2008) i, ii, iii (kulturali) Is-siti Neolitiċi ta' Avebury u ta' Stonehenge huma tnejn mill-ikbar monumenti megalitiċi u l-iktar famużi fid-dinja. Huma marbuta mal-interazzjoni tal-bniedem mal-ambjent. L-iskop tal-monumenti megalitiċi ilu sors ta' spekulazzjoni, b'suġġerimenti li jvarjaw minn skopijiet ċerimonjali għall-interpretazzjoni kożmika. Is-"siti assoċjati" jinkludu Silbury Hill, Beckhampton Avenue, u West Kennet Avenue.[36]
Park Irjali ta' Studley inkluż il-Fdalijiet tal-Abbazija ta' Fountains it-Tramuntana ta' Yorkshire, l-Ingilterra

54.116°N 1.573°W

1986 i, iv (kulturali) Qabel ix-Xoljiment tal-Monasteri f'nofs is-seklu 16, l-Abbazija ta' Fountains kienet waħda mill-ikbar abbaziji Ċisterċensi u l-iżjed rikki fir-Renju Unit u hija waħda mill-ftit li għadhom jeżistu mis-seklu 12. Il-ġnien li nħoloq wara, li jinkorpora l-abbazija, għadu jeżisti fil-biċċa l-kbira bid-disinn oriġinali tiegħu u influwenza d-disinn tal-ġonna fl-Ewropa.[37]
Torri ta' Londra il-Kwartieri tat-Torri, iż-Żona Kbira ta' Londra, l-Ingilterra

51.5080°N 0.0761°W

1988 ii, iv (kulturali) Mibdi minn William il-Konkwistatur fl-1066 matul il-konkwista Normana tal-Ingilterra, it-Torri ta' Londra huwa simbolu tal-poter u eżempju tal-arkitettura militari Normanna li kienet mifruxa mal-Ingilterra kollha. Permezz ta' żidiet minn Enriku III u Dwardu I fis-seklu 13, il-kastell sar wieħed mill-iżjed binjiet influwenti fl-Ingilterra.[38]
Flow Country Caithness u Sutherland, l-Iskozja

58°20′53″N 3°59′0″W

2024 ix (kulturali) Is-sit jitqies bħala eżempju straordinarju ta' pajsaġġ dejjem jikber magħruf bħala blanket bog. Din l-ekosistema ta' art bil-pit, li ilha takkumula għall-aħħar 9,000 sena, tipprovdi diversità ta' ħabitats li jospitaw għadd ta' speċijiet ta' għasafar u fiha diversità ta' karatteristiċi uniċi fid-dinja.[39]
Insedjamenti tal-Knisja Moravjana* il-Ġermanja, id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti 2024 iii, iv (kulturali) L-insedjamenti tal-Knisja Moravjana, denominazzjoni Protestanta, mit-tieni nofs tas-seklu 18 huma bliet ippjanati, li jirriflettu l-filosofija egalitarja tal-komunità. Għandhom konfigurazzjonijiet urbani simili, inkluż spazji miftuħa u ġonna, binja kongregazzjonali, ċimiterju, santwarju u djar għal għajxien komunali, isseparati skont l-età, il-ġeneru u l-istatus taż-żwieġ. Christiansfeld fid-Danimarka ilha li tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-2015. Fl-2024 is-sit ġie estiż biex jinkludi d-Distrett ta' Bethlehem fl-Istati Uniti, Herrnhut (fl-istampa) fil-Ġermanja, u Gracehill fir-Renju Unit.[40]

Sit mhux meqjus bħala parti mil-lista tar-Renju Unit

[immodifika | immodifika s-sors]

Barra minn hekk, hemm Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinsab fi ħdan il-Bażijiet Sovrani ta' Akrotiri u ta' Dhekelia li jitqies bħala sit ta' Ċipru. Dan peress li t-Trattat tal-1960 ma' Ċipru jistipula li "l-monumenti antiki u l-antikitajiet jiġu amministrati u miżmuma mir-Repubblika ta' Ċipru".[41]

Sit Stampa Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-Għażla Deskrizzjoni
Paphos (parti ta' Kourion) Distrett ta' Episkopi, Akrotiri u Dhekelia

Episkopi, Limassol, Ċipru

iii, vi (kulturali) 1980 Il-qima ta' allat tal-fertilità pre-Elleniċi f'Ċipru bdiet fin-Neolitiku fis-sitt millenju Q.K. Paphos kien is-sit b'wieħed mill-eqdem insedjamenti ta' Mycenae. Fis-seklu 12 Q.K., dawn bnew tempju ddedikat lil Afrodite, l-alla femminili tal-imħabba u tas-sbuħija, li jingħad li twieldet fil-gżira, skont il-mitoloġija klassika. Is-sit arkeoloġiku jinkludi l-fdalijiet tal-vilel, tal-palazzi, tal-fortizzi u tal-oqbra mħaffrin fil-blat. Il-vilel kienu mżejna b'mod rikk b'artijiet bil-mużajk, b'motivi li jirrappreżentaw temi mill-mitoloġija u mill-ħajja ta' kuljum. Dan il-mużajk ta' kwalità artistika għolja sar mill-perjodu Ellenistiku sal-perjodu Biżantin.[42]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  4. ^ "Welsh Slate Landscape UK's newest UNESCO World Heritage Site". GOV.UK (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  5. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Blaenavon Industrial Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Blenheim Palace". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Canterbury Cathedral, St Augustine's Abbey, and St Martin's Church". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Castles and Town Walls of King Edward in Gwynedd". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Bath". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cornwall and West Devon Mining Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Derwent Valley Mills". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Dorset and East Devon Coast". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Durham Castle and Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The English Lake District". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Forth Bridge". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Giant's Causeway and Causeway Coast". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gorham's Cave Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gough and Inaccessible Islands". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Great Spa Towns of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Heart of Neolithic Orkney". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Henderson Island". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of St George and Related Fortifications, Bermuda". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ironbridge Gorge". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jodrell Bank Observatory". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  27. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Maritime Greenwich". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  28. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "New Lanark". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  29. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old and New Towns of Edinburgh". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  30. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palace of Westminster and Westminster Abbey including Saint Margaret’s Church". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  31. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pontcysyllte Aqueduct and Canal". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  32. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Royal Botanic Gardens, Kew". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  33. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "St Kilda". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  34. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Saltaire". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  35. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Slate Landscape of Northwest Wales". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  36. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Stonehenge, Avebury and Associated Sites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  37. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Studley Royal Park including the Ruins of Fountains Abbey". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  38. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tower of London". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-15.
  39. ^ "The Flow Country". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-30.
  40. ^ "Moravian Church Settlements". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-30.
  41. ^ "Sovereign Base Areas - Administration". web.archive.org. 2012-09-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-09-13. Miġbur 2023-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  42. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Paphos". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-02.