Aqbeż għall-kontentut

Saltaire

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Saltaire
 Renju Unit
Amministrazzjoni
Stat sovranRenju Unit
Nazzjon konstitwentiv tar-Renju UnitIngilterra
Reġjun tal-IngilterraYorkshire and the Humber (en) Translate
Konteja metropolitanaWest Yorkshire (en) Translate
Distrett b'status ta' beltBradford
RaħalShipley (en) Translate
Ismijiet oriġinali Saltaire
Ġeografija
Koordinati 53°50′14″N 1°47′25″W / 53.83717°N 1.79026°W / 53.83717; -1.79026Koordinati: 53°50′14″N 1°47′25″W / 53.83717°N 1.79026°W / 53.83717; -1.79026
Saltaire is located in the United Kingdom
Saltaire
Saltaire
Saltaire (the United Kingdom)
Superfiċjenti 20 ha
Demografija
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC±0
saltairevillage.info

Saltaire huwa villaġġ Vittorjan f'Shipley, parti mid-Distrett Metropolitan tal-Belt ta' Bradford, fil-Punent ta' Yorkshire, l-Ingilterra. Salt's Mill (il-fabbrika ta' Salt) u d-distrett residenzjali assoċjat mal-fabbrika tal-era Vittorjana tul ix-xmara Aire u l-Kanal ta' Leeds u Liverpool tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO[1] u jitqiesu wkoll bħala wieħed mill-punti ewlenin tul ir-Rotta Ewropea tal-Wirt Industrijali.

Saltaire nbena fl-1851 minn Sir Titus Salt, industrijalista ewlieni fl-industrija tas-suf ta' Yorkshire. Isem il-villaġġ huwa kombinament tal-kunjom tal-fundatur u ta' isem ix-xmara. Salt ittrasferixxa n-negozju tiegħu (ħames fabbriki separati) minn Bradford għal dan is-sit ħdejn Shipley sabiex il-ħaddiema u l-fabbrika kbira tat-tessuti tiegħu jiġu stabbiliti tul il-Kanal ta' Leeds u Liverpool u l-linja ferrovjarja. Salt impjega lill-arkitetti lokali Francis Lockwood u William Mawson.[2]

Proġetti simili, iżda ferm iżgħar, kienu nbdew ukoll għall-ħabta tal-istess żmien minn Edward Akroyd f'Copley u minn Henry Ripley f'Ripley Ville. Il-villaġġ tal-fabbrika tal-qoton f'New Lanark, li wkoll huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ġie stabbilit minn David Dale fl-1786.[3]

Mappa ta' Saltaire tal-1893.

Salt bena djar tal-ġebel puliti għall-ħaddiema tiegħu (ferm aħjar mill-mandraġġi ta' Bradford), djar tal-ħasil bl-ilma tal-vit, djar bil-banjijiet, sptar u istitut għar-rikreazzjoni u l-edukazzjoni, b'librerija, kamra għall-qari, sala tal-kunċerti, kamra tal-billiard, laboratorju tax-xjenza u gymnasium. Il-villaġġ kellu skola għat-tfal tal-ħaddiema, djar għall-foqra, irqajja' għat-tkabbir tal-għelejjel, park u post imkenni għad-dgħajjes.[4] L-inizjattivi rikreattivi kienu mħeġġa wkoll, fosthom l-istabbiliment ta' banda tat-tnabar u tal-fifri għas-subien tal-età tal-iskola u banda tal-istrumenti tad-deheb isfar, prekursur tal-banda attwali msejħa Hammonds Saltaire Band, għall-irġiel tal-villaġġ.[5]

Bil-kombinament ta' akkomodazzjonijiet ta' kwalità, impjieg, rikreazzjoni, faċilitajiet edukattivi u servizzi soċjali, il-villaġġ mudell irrappreżenta eżempju ewlieni ta' ppjanar urban mill-aqwa tas-seklu 19.[6][7] F'Ottubru 1872, il-fabbriki ta' Saltaire u ta' Dean Clough f'Halifax kienu waqfiet ewlenin tal-Missjoni Iwakura tal-Gvern Ġappuniż fir-Renju Unit industrijali modern.[8]

Sir Titus miet fl-1876 u ndifen fil-mawżolew maġenb il-Knisja tal-Kongregazzjoni. Meta iben Sir Titus Salt, Titus Salt Junior, miet, Saltaire għadda f'idejn partenarjat li kien jinkludi lil Sir James Roberts minn Haworth.

Sir James Roberts kien ħadem fil-fabbriki tas-suf mill-età ta' ħdax-il sena. Huwa kellu interessi sinifikanti ta' negozju fir-Russja, u kien jitkellem ir-Russu b'mod mexxej. Roberts sar is-sid ta' Saltaire, iżda ddeċieda li jinvesti flusu bil-kbir fir-Russja, u tilef parti minn ġidu fir-Rivoluzzjoni Russa. Huwa inkariga president tar-Russu fl-Università ta' Leeds u xtara d-dar tal-kleru ta' Brontë f'Haworth għan-nazzjon. Huwa jissemma f'The Waste Land ta' T. S. Eliot. Roberts indifen f'Fairlight, fil-Lvant Sussex.[9] Il-legat tiegħu għadu jidher f'Saltaire fi ħdan il-park fit-Tramuntana tax-xmara, li huwa semma Roberts Park għal ibnu meta tah lill-Kunsill ta' Bradford fl-1920.[10]

Il-villaġġ ta' Saltaire baqa' taħt is-sjieda tal-fabbrika sa ma nbigħet mill-Messrs. Salts (Saltaire) Ltd. lill-Bradford Property Trust Ltd. fil-31 ta' Lulju 1933. F'Ottubru 1933, is-sidien il-ġodda waslu għal qbil mal-Kunsill Distrettwali Urban ta' Shipley li se jwettqu xi titjib, inkluż it-tiġdid tas-servizzi tal-gass, il-forniment tal-elettriku prinċipali, flimkien ma' titjib sanitarju u tad-dranaġġ. Dan kien jinkludi "skema komprensiva biex jiġu eliminati l-impjanti antiki tal-ilma mormi u t-tip antik ta' mħażen tal-faħam, u minflok jinbnew postijiet ġodda minflokhom". L-iskema sħiħa kienet tinkludi t-tneħħija ta' 43 dar biex ikun hemm iktar spazju f'ċerti partijiet tal-villaġġ.[11]

Saltaire fil-preżent

[immodifika | immodifika s-sors]
Id-djar residenzjali ta' Saltaire.

F'Diċembru 2001, Saltaire tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Dan ifisser li l-gvern għandu d-dmir li jipproteġi s-sit. Il-binjiet li jiffurmaw parti mill-villaġġ mudell huma elenkati waħda waħda, u l-ogħla livell ta' protezzjoni jingħata lill-Knisja tal-Kongregazzjoni (li mill-1972 saret il-Knisja Riformata Magħquda ta' Saltaire) li hija elenkata bħala binja tal-grad I. B'mod notevoli, il-villaġġ wasal sa żminijietna prattikament intatt, iżda hija meħtieġa iktar protezzjoni peress li l-villaġġ huwa maħnuq mit-traffiku tul il-Wied ta' Aire, rotta importanti mil-Lvant għall-Punent. Ġiet proposta bypass sabiex ittaffi l-pressjoni tat-traffiku. Roberts Park, fuq in-naħa tat-Tramuntana tax-xmara, ġie mitluq u vvandalizzat għal xi żmien iżda ġie rrestawrat mill-Kunsill ta' Bradford.[12] F'Lulju 2014 ġie mħabbar li l-uffiċjali tal-ippjanar kienu fasslu lista ta' bibien prinċipali li ġew sostitwiti fil-binjiet li tqiesu li "ma kinux konformi mal-istatus storiku tal-binjiet".[13]

Il-villaġġ ta' Saltaire huwa żona ta' konservazzjoni. Victoria Hall (is-Sala ta' Vitorja; oriġinarjament l-Istitut ta' Saltaire) tintuża għal-laqgħat, għall-avvenimenti tal-komunità u għall-kunċerti, u fiha orgni teatrali antik ta' Wurlitzer.[14] Il-villaġġ huwa moqdi mill-istazzjon ferrovjarju ta' Saltaire.

Il-Festival ta' Saltaire, li sar għall-ewwel darba fl-2003 biex jiġi ċċelebrat il-150 anniversarju ta' Saltaire, isir kull sena matul ħdax-il jum f'Settembru. Il-Festival tal-Arti ta' Saltaire huwa festival tal-arti viżiva li jsir kull sena f'Mejju. Fost l-avvenimenti pubbliċi jkun hemm wirjiet tal-arti, attivitajiet għat-tfal, fiera tal-produtturi, u djar miftuħa fejn ir-residenti jiftħu djarhom biex isiru galleriji temporanji tal-arti.

Politikament, Saltaire huwa parti mid-distrett elettorali ta' Shipley tal-Belt ta' Bradford, mid-distrett ta' Saltaire u Hirstwood tal-Kunsill tar-Raħal ta' Shipley[15], u parti mill-kostitwenza parlamentari ta' Shipley. Mill-1999 sal-2005, il-membri parlamentari Chris Leslie mill-House of Commons, Lord Wallace ta' Saltaire fil-House of Lords u Richard Corbett fil-Parlament Ewropew, kollha għexu f'Saltaire.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Knisja Riformata Magħquda ta' Saltaire.

Saltaire ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Bypass proposta

[immodifika | immodifika s-sors]

Saltaire huwa mdawwar b'żona ta' lqugħ stabbilit għall-protezzjoni tal-kuntest tas-Sit ta' Wiret Dinji tal-UNESCO. Tqajjem tħassib dwar pjanijiet imħabbra mill-Kunsill ta' Bradford u minn Action Airedale biex tinbena bypass li tgħaddi miż-żona ta' lqugħ għaż-żewġ naħat tas-Sit ta' Wirt Dinji u mina taħt il-villaġġ.[16] Qrib il-fabbrika, ġie propost li l-mina ssegwi l-linja ferrovjarja u toħroġ wara l-Knisja Riformata Magħquda.[17] Peress li tgħaddi maġenb il-Kanal ta' Leeds u Liverpool, jaf ikollha impatt fuq din iż-żona ta' konservazzjoni. Ir-rotta jkollha impatt fuq bosk antik seminaturali u fuq il-Ġnien ta' Mafkar fiċ-Ċimiterju ta' Nab Wood.[18]

Il-Fabbrika ta' Salt fil-preżent

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fabbrika ta' Salt għalqet bħala fabbrika tat-tessuti fi Frar 1986, u Jonathan Silver xtraha s-sena ta' wara u beda jwettaq xi rinnovazzjonijiet.[2] Illum il-ġurnata tospita taħlita ta' negozji u impriżi, u tintuża għal skopijiet ta' divertiment u residenzjali. Fil-binja prinċipali tal-fabbrika hemm:

  • Gallerija tal-arti tal-1853: diversi kmamar kbar iddedikati għax-xogħlijiet tal-artist imwieled f'Bradford David Hockney: inkluż pitturi, tpinġijiet, muntaġġi ta' ritratti u xenarji teatrali.
  • Kumpaniji industrijali, inkluż il-manifattur tal-elettronika ARRIS International plc (preċedentement Pace plc).
  • Diversi ħwienet. Fl-2006 kien hemm ħwienet tal-kotba, tal-provvisti tal-arti, tal-ġojjellerija, tal-ilbies ta' barra, tal-antikitajiet, tal-ilbies formali, tar-roti u tal-oġġetti tad-dar, fosthom oġġetti ta' disinjaturi magħrufa internazzjonalment bħal Alvar Aalto u Philippe Starck.
  • Ristoranti u kafetteriji.

Il-"Fabbrika l-Ġdida", fuq in-naħa l-oħra tal-kanal, hija maqsuma bejn uffiċċji għat-Trusts lokali tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa u appartamenti residenzjali.

Il-villaġġ intuża bħala post fejn inġibdu l-films u programmi televiżivi.

Filmati ta' Saltaire u tax-Shipley Glen Tramway fil-qrib fl-1914 huma miżmuma fl-Arkivju tal-Films ta' Yorkshire.[19] L-Istitut Brittaniku tal-Films għandu filmat qasir ta' żewġ minuti li juri l-ħaddiema tal-Fabbrika ta' Salt fl-24 ta' Lulju 1900.

2002

2009

  • Spanish Flu: The Forgotten Fallen (dramm televiżiv tal-BBC)[20]

2011

  • Antiques Roadshow (sensiela televiżiva tal-BBC)[21][22][23]

2013

  • Peaky Blinders (sensiela televiżiva tal-BBC)

2014

  • The Hunter's Prayer (film)[24]

2015

  • An Inspector Calls (film televiżiv tal-BBC)[25]
  • Black Work (sensiela televiżiva tal-ITV)
  • Countryfile, il-25 ta' Mejju 2015 (sensiela televiżiva tal-BBC)[26]

2017

2018

2019

2020

  • Countryfile, it-13 ta' Diċembru 2020 (sensiela televiżiva tal-BBC)[32]
  • Songs of Praise (sensiela televiżiva tal-BBC)

2022

  • Gentleman Jack (sensiela televiżiva)[33]
  • Our Great Yorkshire Life[34]
  • Canal Boat Diaries

Residenti notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Fost ir-residenti notevoli ta' Saltaire fl-imgħoddi kien hemm:

  1. 1 2 3 4 Centre, UNESCO World Heritage. "Saltaire". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  2. 1 2 Greenhalf, Jim (1997). Salt & Silver: A Story of Hope. Bradford Libraries. ISBN 0-907734-52-9.
  3. Centre, UNESCO World Heritage. "New Lanark". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  4. Holroyd, Abraham (2000) [1873]. Saltaire and its Founder. Piroisms Press. ISBN 0-9538601-0-8.
  5. "Hammonds Band — 1855 to 1894". Hammonds Band (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  6. Bell, C. u R. (1972) City Fathers: The early history of town planning in Britain, Penguin, Harmondsworth.
  7. Cherry, G. (1979) 'The Town Planning Movement and the Late Victorian City', Transactions of the Institute of British Geographers, New Series, Vol. 4, No. 2, pp. 306-319.
  8. Kunitake, Kume (2009). Chushichi Tsuzuki and R. Jules Young (ed.). Japan Rising: The Iwakura embassy to the USA and Europe. Cambridge: Cambridge University Press. p. 182. ISBN 978-0-521-73516-2.
  9. "SirJamesRoberts". www.umilta.net. Miġbur 2022-09-12.
  10. "Roberts Park, Saltaire, Yorkshire". victorianweb.org. Miġbur 2022-09-12.
  11. "Register | British Newspaper Archive". www.britishnewspaperarchive.co.uk. Miġbur 2022-09-12.
  12. "£4.5m Saltaire park scheme under way". Bradford Telegraph and Argus (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  13. "Enforcement warning by Council as it cracks down on 'rogue' front doors fitted to homes in historic Saltaire". Bradford Telegraph and Argus (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  14. "Famous Wurlitzer brings the generations together at Victoria Hall, Saltaire". Bradford Telegraph and Argus (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  15. "About" (bl-Ingliż). 2020-05-12. Miġbur 2022-09-12.
  16. "Saltaire World Heritage Site". web.archive.org. 2013-07-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-07-22. Miġbur 2022-09-12.
  17. "Saltaire and Shipley bypass proposals". Google My Maps. Miġbur 2022-09-12.
  18. "Saltaire World Heritage Site in Danger | Sweeble – Your news, not theirs". web.archive.org. 2007-06-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-30. Miġbur 2022-09-12.
  19. "archive.ph". archive.ph. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-07-22. Miġbur 2022-09-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  20. BBC. "Dewsbury Town Hall is small-screen star!". www.bbc.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  21. "BBC One - Antiques Roadshow, Series 33, Saltaire 1". BBC (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  22. "BBC One - Antiques Roadshow, Series 33, Saltaire 2". BBC (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  23. Jennyfreckles (2010-05-01). "Saltaire Daily Photo: BBC Antiques Roadshow in Saltaire". Miġbur 2022-09-12.
  24. "Hollywood film makers pick Saltaire as location for new movie". Bradford Telegraph and Argus (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  25. "Saltaire is filming location for TV adaptation of An Inspector Calls". Bradford Telegraph and Argus (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  26. "BBC One - Countryfile, Where Town Meets Country". BBC (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  27. "The Hunter's Prayer" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  28. tonyearnshaw (2018-03-10). "Telling Ghost Stories on location in Yorkshire" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  29. "Three films shot in district set for cinema release". Bradford Telegraph and Argus (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  30. "The ABC Murders" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  31. "Netflix are filming a new period drama written by Julian Fellowes in Saltaire". www.yorkshirepost.co.uk (bl-Ingliż). 2019-05-16. Miġbur 2022-09-12.
  32. "BBC One - Countryfile, Stour Estuary". BBC (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  33. "First look at Suranne Jones in new series of Gentleman Jack filmed in district". Bradford Telegraph and Argus (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  34. "Historic Saltaire building showcased on national TV show". Bradford Telegraph and Argus (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-12.
  35. "Martha Brown". www.bronte.org.uk. Miġbur 2022-09-12.
  36. "The Elizabeth and Arthur Raistrick Archive - Archives Hub". archiveshub.jisc.ac.uk. Miġbur 2022-09-12.
  37. "News From Nowhere: Sepia Saturday : The Gaiety Girl And The Sixpenny Signature". 2010-10-08. Miġbur 2022-09-12.
  38. "BROADBENT, Abraham" (bl-Ingliż). 2015-02-18. Miġbur 2022-09-12.