Stonehenge
Stonehenge huwa monument preistoriku fil-Pjanura ta' Salisbury f'Wiltshire, l-Ingilterra, tliet kilometri fil-Punent ta' Amesbury. Jikkonsisti minn ċirku megalitiku estern magħmul minn ħaġriet weqfin kbar tas-sarsen ħdejn xulxin, kull waħda għolja erba' metri, wiesgħa 2.1 metri, u b'piż ta' 25 tunnellata. Il-ħaġriet weqfin huma kkollegati flimkien permezz ta' ħaġriet mimdudin fuqhom. Fuq ġewwa taċ-ċirku hemm ċirku ieħor magħmul minn ħaġriet iżgħar, magħrufa bħala "Bluestone Horseshoe", b'piż ta' erba' tunnellati l-waħda. Dawn il-ħaġriet (bl-Ingliż: bluestones) ġew estratti mill-Għoljiet ta' Preseli fil-Lbiċ ta' Wales. Ġo dawn iċ-ċrieki hemm daħliet trilitiċi, magħmula minn żewġ menħir weqfin u ħaġra orizzontali fuqhom qisha arċitravu. Il-monument kollu, li issa huwa fdal, huwa orjentat lejn tlugħ ix-xemx fis-solstizju tas-sajf. Il-ħaġriet jinsabu fi ħdan borġ trab u ġebel li issa huwa miksi bil-ħaxix, u li jinsab fin-nofs tal-iktar kumpless dens ta' monumenti taż-Żmien Neolitiku u ta' Żmien il-Bronż fl-Ingilterra, inkluż diversi mijiet ta' tumuli (tumbati funebri tat-trab u l-ġebel).[1]
L-arkeologi jemmnu li Stonehenge nbena mit-3000 Q.K. sal-2000 Q.K. It-tumbata tal-madwar u l-ispazju bejnha u l-ħaġar, li jirrappreżentaw l-iktar fażi bikrija tal-monument, ġew datati għall-ħabta tat-3100 Q.K. Id-datazzjoni bir-radjukarbonju tissuġġerixxi li l-ewwel ħaġriet ittellgħu bejn l-2400 u l-2200 Q.K.[2], għalkemm jista' jkun li kienu fis-sit saħansitra mit-3000 Q.K.[3][4][5]
Stonehenge huwa wieħed mill-iktar monumenti ikoniċi famużi fir-Renju Unit u jitqies bħala ikona kulturali Brittanika.[6] Ilu Monument Antik Skedat protett bil-liġi mill-1882, meta kienet iddaħħlet leġiżlazzjoni fir-Renju Unit biex jiġu protetti l-monumenti storiċi. Is-sit u l-madwar tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986. Stonehenge huwa proprjetà tal-Kuruna u huwa ġestit minn English Heritage; l-art tal-madwar hija proprjetà tan-National Trust.[7][8]
Is-sit seta' kien post funebri mill-bidu nett tiegħu.[9] Depożiti b'għadam tal-bnedmin ġew datati saħansitra mit-3000 Q.K., meta saru t-tumbata u l-ispazju sa fejn iktar tard twaqqfu l-ħaġriet, u komplew għal mill-inqas 500 sena oħra.[10]
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]L-Oxford English Dictionary jikkwota l-glossarju ta' Ælfric tas-seklu 10, fejn henge-cliff tingħata t-tifsira ta' "preċipizju", jew ħaġra; u għaldaqstant, l-istanenges jew Stanheng "mhux 'il bogħod minn Salisbury" li ġew iddokumentati mill-kittieba tas-seklu 11 huma "ħaġar mirfuda fl-arja". Fl-1740, William Stukeley jinnota li, "Ħaġar mirfuda fuq xulxin issa jissejħu henges f'Yorkshire ... Jien ma għandix dubju, Stonehenge bis-Sassonu tfisser ħaġriet sospiżi".[11] F'Stonehenge Complete Christopher Chippindale jsostni li l-isem ta' Stonehenge oriġina mill-Ingliż Antik, mill-kelmiet stān li tfisser "ħaġra", u jew hencg li tfisser "pern" (għaliex il-ħaġar mimdud jinsab impernjat fuq il-ħaġar wieqaf) jew inkella hen(c)en li tfisser "għallaq" jew "forka" jew "strument tat-tortura" (minkejja li fil-kumplament tal-ktieb, Chippindale jikkwota l-etimoloġija tal-"ħaġriet sospiżi").[12]
Il-porzjon "-henge" intuża għat-tismija ta' klassi ta' monumenti magħrufa bħala henges.[11] L-arkeologi jiddefinixxuhom bħala monumenti preistoriċi b'tumbati f'għamla ta' ċirku bi spazju jew foss intern.[13] Bħalma jiġri spiss fit-terminoloġija arkeoloġika, dan huwa terminu li baqa' mill-użu antik.
Minkejja li huwa kontemporanju ta' henges u ċrieki tal-ġebel Neolitiċi oħra, Stonehenge huwa b'ħafna modi atipiku – pereżempju, b'għoli ta' iktar minn 7.4 metri, il-ħaġar orizzontali tad-daħliet trilitiċi, miżmuma fil-post b'ġonturi apposta, jagħmluh uniku.[14][15]
Skont Charles Mackay, l-isem oriġinali ta' Stonehenge kien coir-mhor[16] – li bil-Gaeliku Irlandiż Antik ifissru reat (coir) kbir (mhor).[17]
Storja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Mike Parker Pearson, kap tal-iStonehenge Riverside Project ibbażat madwar Durrington Walls, innota li Stonehenge jidher li kien assoċjat ma' post funebri mill-iktar perjodu bikri tal-eżistenza tiegħu:
Stonehenge kien post funebri mill-bidu nett tiegħu sal-eqqel mument tiegħu f'nofs it-tielet millenju Q.K. Id-dfin wara kremazzjoni, li jmur lura għall-fażi tal-ħaġriet tas-sarsen ta' Stonehenge x'aktarx li kien waħda minn ħafna fażijiet mill-aħħar perjodu tal-użu tal-monument u juri li kien baqa' sew għad-dfin tal-mejtin.[18]
Stonehenge evolva f'diversi fażijiet ta' kostruzzjoni tul mill-inqas 1,500 sena. Hemm evidenza ta' kostruzzjoni fuq skala kbira fuq il-monument u madwaru li probabbli testendi l-kronoloġija tal-pajsaġġ sa 6,500 sena. Id-datazzjoni u l-fehim tad-diversi fażijiet ta' attività huma kompitu kkumplikat minħabba d-disturb tal-ġibs naturali minn effetti periglaċjali u t-tħaffir ta' moħbiet mill-annimali, kwalità batuta tar-reġistri bikrin tal-iskavi, u nuqqas ta' dati preċiżi u vverifikati xjentifikament. L-istabbiliment modern tal-fażijiet li l-iktar hemm qbil fuqhom mill-arkeologi jinsab iktar fid-dettal hawn taħt. Il-karatteristiċi msemmija fit-test huma numerati u murija fil-pjanta fuq il-lemin.
Qabel il-monument (mit-8000 Q.K.)
[immodifika | immodifika s-sors]L-arkeologi sabu erba' ħofriet Mesolitiċi kbar ta' arbli, jew possibbilment ħamsa (waħda jaf kienet ħofra naturali ta' siġra), li jmorru lura għal madwar it-8000 Q.K., taħt il-parkeġġ antik tal-karozzi tat-turisti fil-qrib li kien jintuża sal-2013. F'dawn il-ħofriet x'aktarx li kien hemm arbli tal-arżnu b'dijametru ta' xi 0.75 metri, li kienu jittellgħu weqfin u eventwalment maż-żmien ittieklu fil-post. Tliet mill-arbli (u possibbilment erbgħa) kellhom allinjament ta' Lvant-Punent li jaf kellu sinifikat ritwali.[19] Sit astronomiku Mesolitiku ieħor fir-Renju Unit huwa s-sit ta' Warren Field f'Aberdeenshire, li jitqies bħala l-eqdem kalendarju tal-qamar fid-dinja, li jiġi korrett kull sena bl-osservazzjoni tas-solstizju ta' nofs ix-xitwa.[20] Siti simili iżda li ġew iktar tard instabu fl-Iskandinavja.[21] Insedjament li jaf kien kontemporanju mal-arbli nstab f'Blick Mead, fawwara affidabbli s-sena kollha li tinsab xi 1.6 km minn Stonehenge.[22][23]
Il-Pjanura ta' Salisbury dak iż-żmien kienet għadha msaġġra, iżda 4,000 sena wara, matul iż-Żmien Neolitiku Bikri, in-nies bnew konfini olzati b'daħliet speċifiċi f'Robin Hood's Ball, u tumbati tawwalin bħala oqbra fil-pajsaġġ tal-madwar. Bejn wieħed u ieħor fit-3500 Q.K., Il-Cursus (foss) ta' Stonehenge nbena 700 metru fit-Tramuntana tas-sit meta l-ewwel bdiewa bdew jaqtgħu s-siġar u jiżviluppaw iż-żona. Numru ta' strutturi tal-ħaġar jew tal-injam kif ukoll tumbati funebri li qabel kienu ġew injorati jaf imorru lura saħansitra sal-4000 Q.K.[24][25] Il-karbonju mill-kamp ta' Blick Mead xi 2.4 km minn Stonehenge (ħdejn is-sit tal-Kamp ta' Vespasjanu) ġie datat li jmur lura għall-4000 Q.K. L-Istitut tar-Riċerka tal-Umanitajiet tal-Università ta' Buckingham jemmen li l-komunità li bniet Stonehenge għexet hemm tul perjodu ta' diversi millenji, u b'hekk potenzjalment huwa "wieħed mill-postijiet ċentrali fl-istorja tal-pajsaġġ ta' Stonehenge".[26]
Stonehenge 1 (għall-ħabta tat-3100 Q.K.)
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel monument kien jikkonsisti minn tumbata ċirkolari kkonfinata minn foss magħmula bil-Ġibs ta' Seaford tal-Aħħar tal-Kretaċju (Żmien Santonjan), Id-dijametru tal-istruttura kien ta' madwar 110 metri, b'daħla kbira fil-Grigal u waħda iżgħar fin-Nofsinhar. Kienet tinsab fil-beraħ f'bur tal-ħaxix ġej ftit għan-niżla.[27] Il-bennejja tas-sit qiegħdu l-għadam ta' ċriev u ta' gniedes fil-qiegħ tal-foss, kif ukoll xi għodod maħduma biż-żnied. L-għadam kienu ferm eqdem mill-bqaqen magħmula bir-renni li ntużaw għat-tħaffir tal-foss, u n-nies li difnuhom kienu ħadu ħsiebhom għal xi żmien qabel id-dfin. Il-foss kien kontinwu iżda tħaffer f'sezzjonijiet, bħall-fossijiet tal-konfini iktar bikrin bid-daħliet li kien hemm fiż-żona. Il-ġibs li tħaffer mill-foss ġie akkumulat f'borġ biex tiġi ffurmata t-tumbata b'għamla ta' ċirku. Dan l-ewwel stadju jmur lura għal madwar it-3100 Q.K., u wara l-foss beda jimtela bis-sedimenti b'mod naturali. Fi ħdan it-tarf ta' barra taż-żona konfinata hemm ċirku b'56 ħofra, kull waħda b'dijametru ta' xi metru, magħrufa bħala l-ħofriet ta' Aubrey imsemmija għal John Aubrey, l-antikwarju tas-seklu 17 li jingħad li kien l-ewwel wieħed li identifikahom. Dawn il-ħofriet flimkien mat-tumbata u mal-foss huma magħrufa bħala l-Palizzata jew il-Foss tad-Daħla.[28] Il-ħofriet jaf kien fihom arbli tal-injam weqfin li kienu joħolqu ċirku tal-injam, għalkemm ma hemmx evidenza skavata tagħhom. Skavi reċenti ssuġġerew li l-Ħofriet ta' Aubrey oriġinarjament jaf intużaw biex jiġu mwaqqfa ħaġriet weqfin f'għamla ta' ċirku. Jekk dan kien il-każ, l-iktar struttura bikrija tal-ħaġar fil-monument inbniet saħansitra 500 sena qabel.[29]
Fl-2013, tim ta' arkeologi, immexxi minn Mike Parker Pearson, skavaw iżjed minn 50,000 framment tal-għadam ikkremat, minn 63 individwu, midfuna fi Stonehenge.[3][4] Dawn il-fdalijiet oriġinarjament kienu ndifnu individwalment fil-Ħofriet ta' Aubrey, u tneħħew minn skavi preċedenti li saru minn William Hawley fl-1920, u ladarba ġew meqjusa minnu bħala mhux importanti, ġew mirduma kollha flimkien f'ħofra waħda, il-Ħofra 7 ta' Aubrey, fl-1935.[30] L-analiżi fiżika u kimika tal-fdalijiet uriet li l-individwi kkremati kienu kważi nofshom irġiel u nofshom nisa, u kien hemm xi tfal ukoll.[3][4] Peress li kien hemm evidenza li l-ġibs ta' taħt l-oqbra kien qed jitgħaffeġ bil-piż sostanzjali, it-tim ikkonkluda li l-ewwel ħaġriet minn Wales x'aktarx li ntużaw bħala markaturi tal-oqbra. Id-datazzjoni tal-fdalijiet bir-radjukarbonju ressqet b'500 sena d-data tas-sit milli stmat inizjalment, jiġifieri għall-ħabta tat-3000 Q.K.[3][4] Minn studju tal-2018 tal-kontenut tal-istronzju tal-għadam instab li ħafna mill-individwi midfuna hemmhekk għall-ħabta tal-kostruzzjoni x'aktarx li ġew mis-sors tal-ħaġar, jiġifieri minn Wales, u ma kinux għexu fiż-żona ta' Stonehenge għal żmien estensiv qabel mewthom.[31]
Bejn l-2017 u l-2021, studji mill-Professur Pearson (UCL) u t-tim tiegħu ssuġġerew li l-ħaġar li nstab fi Stonehenge kien ġiet ttrasferit hemmhekk wara li żżarma ċirku tal-ħaġar ta' daqs identiku għall-ewwel ċirku ta' Stonehenge (110 metri) fis-sit ta' Waun Mawn fl-Għoljiet ta' Preseli f'Wales.[32][33] Waħda mill-ħaġriet kellha evidenza li kienet reġgħet intużat fi Stonehenge. Il-ħaġra ġiet identifikata mill-għamla pentagonali mhux tas-soltu tagħha u bid-datazzjoni tal-ħamrija bil-luminixxenza mill-ħofriet mimlijin li kienu juru li ċ-ċirku kien inbena għall-ħabta tat-3400-3200 Q.K., u żżarma xi 300-400 sena wara, b'mod konsistenti mad-dati attribwiti lill-ħolqien ta' Stonehenge. Il-waqfien tal-attività umana f'dik iż-żona fl-istess żmien issuġġeriet il-migrazzjoni bħala raġuni plawżibbli, iżda huwa maħsub li ħaġriet oħra jaf ġew minn sorsi oħra.[32][33]
Stonehenge 2 (għall-ħabta tat-3000 Q.K.)
[immodifika | immodifika s-sors]L-evidenza tat-tieni fażi mhijiex viżibbli iktar. In-numru ta' ħofriet tal-arbli li jmorru lura għat-tielet millenju Q.K. jissuġġerixxi li xi forma ta' struttura tal-injam kienet inbniet fi ħdan il-konfini b'għamla ta' ċirku matul dan il-perjodu. Iktar biċċiet weqfin tal-injam kien imqiegħda fid-daħla tal-Grigal, u allinjament parallel ta' arbli kien jidħol 'il ġewwa mid-daħla tan-Nofsinhar. Il-ħofriet tal-arbli huma iżgħar mill-ħofriet ta' Aubrey, b'dijametru ta' madwar 0.4 metri biss, u huma spazjati b'mod ferm inqas regolari. L-għoli tat-tumbata tnaqqas apposta u l-foss kompla jimtela bis-sedimenti. Huwa magħruf li mill-inqas ħamsa u għoxrin ħofra ta' Aubrey iktar tard kien fihom difniet intrusivi bil-kremazzjoni li jmorru lura sa żewġ sekli wara l-ewwel bini tal-monument. Milli jidher kienet x'kienet il-funzjoni inizjali tal-ħofriet, din inbidlet u saret waħda funebri matul it-tieni fażi. Tletin kremazzjoni oħra tqiegħdu fil-foss tat-tumbata u f'punti oħra fi ħdan il-monument, l-iktar fin-nofs tal-Lvant. Għalhekk, huwa interpretat li Stonehenge f'dan iż-żmien iffunzjona bħala l-iktar ċimiterju kkonfinat bikri tal-kremazzjoni fil-Gżejjer Brittaniċi. Fil-foss instabu wkoll frammenti ta' għadam uman mhux maħruq. L-evidenza tad-datazzjoni hija pprovduta permezz tal-bċejjeċ tal-fuħħar bl-istrixxi mnaqqxin tal-aħħar tan-Neolitiku li nstabu u li huma kkollegati mal-karatteristiċi ta' din il-fażi.
Stonehenge 3 I (għall-ħabta tal-2600 Q.K.)
[immodifika | immodifika s-sors]L-iskavi arkeoloġiċi indikaw li għall-ħabta tal-2600 Q.K., il-bennejja ma baqgħux jużaw l-injam u minflok bdew jużaw il-ħaġar u ħaffru żewġ serje konċentriċi ta' ħofriet (il-ħofriet Q u R) fiċ-ċentru tas-sit. Dawn is-sokits tal-ħaġar huma parzjalment magħrufin biss (għaldaqstant skont l-evidenza attwali xi kultant jiġu deskritti bħala "għamliet ta' qamar felli"); madankollu, jistgħu jkunu l-fdalijiet ta' ċirku doppju. Mill-ġdid, ma tantx hemm evidenza konkreta bid-datazzjoni għal din il-fażi. Il-ħofriet kien jifilħu sa 80 ħaġra wieqfa, u llum jidhru biss it-traċċi ta' 43 minnhom. Ġeneralment huwa aċċettat li l-ħaġriet interni (uħud minnhom magħmula bid-dolerit, blata volkanika), ġew ittrasportati mill-Għoljiet ta' Preseli, xi 240 km 'il bogħod, illum il-ġurnata Pembrokeshire f'Wales. Teorija oħra hi li ġew ittrasportati minn ħafna iktar mill-qrib tas-sit bħala mases glaċjali erratiċi mill-Glaċier tal-Baħar Irlandiż, għalkemm ma hemm l-ebda evidenza ta' depożiti glaċjali fin-Nofsinhar tal-Ingilterra ċentrali.[34][35] Pubblikazzjoni tal-2019 ħabbret li nstabet evidenza ta' xogħol fil-barrieri megalitiċi f'Wales identifikati bħala sors tal-ħaġar intern ta' Stonehenge, li tindika li l-ħaġriet kien ġew estratti minn dawk il-barrieri mill-bniedem u mhux ġew ittrasportati b'azzjoni glaċjali.[36]
It-teorija tat-trasport uman fuq distanza twila ġiet imsaħħa fl-2011 bl-iskoperta ta' barriera megalitika tal-bluestone f'Craig Rhos-y-felin, ħdejn Crymych f'Pembrokeshire, li x'aktarx li huwa l-post minn fejn inkisbu wħud mill-ħaġriet. Ħaġriet weqfin oħra setgħu kienu ħaġriet tas-sarsen żgħar magħmula mill-blat ramli, li mbagħad intużaw bħala ħaġar mimdud fuq il-ħaġriet weqfin.[35] Il-ħaġriet, li kienu jiżnu xi żewġ tunnellati, setgħu ġew imċaqilqa billi ġew olzati u billi nġarru fuq ringieli ta' arbli u oqfsa rettangolari bl-arbli, kif irreġistrat fiċ-Ċina, fil-Ġappun u fl-Indja. Mhuwiex magħruf jekk il-ħaġriet itteħdux direttament mill-barrieri tagħhom lejn il-Pjanura ta' Salisbury jew jekk kinux ir-riżultat tat-tneħħija ta' ċirku tal-ħaġar venerat minn Preseli lejn il-Pjanura ta' Salisbury sabiex "titwettaq il-fużjoni ta' żewġ ċentri sagri f'ċentru wieħed, sabiex jiġu unifikati żewġ reġjuni politikament separati, jew biex tiġi leġittimata l-identità ta' missirijiet il-migranti li ċċaqilqu minn reġjun għall-ieħor". Instabet evidenza ta' ċirku tal-ħaġar ta' 110 metri f'Waun Mawn ħdejn Preseli, li seta' kellu wħud mill-ħaġriet ta' Stonehenge jew kollha kemm huma, inkluż ħofra minn blata li taqbel "qisha muftieħ f'sokra" mas-sezzjoni trasversali mhux tas-soltu ta' ħaġra ta' Stonehenge.[37] Kull ħaġra monolitika hija għolja żewġ metri, wiesgħa bejn metru u metru u nofs, u ħoxna madwar 0.8 metri. Dik li saret magħrufa bħala l-Ħaġra tal-Artal hija kważi ċertament ġejja mill-Formazzjoni ta' Senni, xi 80 kilometru fil-Lvant tal-Għoljiet ta' Preseli f'Brecon Beacons.[35]
Id-daħla tal-Grigal twessgħet għall-ħabta ta' dan iż-żmien, bir-riżultat li ġiet taqbel eżatt mad-direzzjoni ta' tlugħ ix-xemx ta' nofs is-sajf u ma' nżul ix-xemx ta' nofs ix-xitwa ta' dak iż-żmien. Din il-fażi tal-monument ġiet abbandunata qabel ma tlestiet, madankollu, il-ħaġriet weqfin żgħar milli jidher tneħħew u l-ħofriet Q u R reġgħu ġew mimlijin apposta.
Il-Ħaġra tal-Għarqub, blata ramlija Terzjarja, jaf ukoll ġiet imwaqqfa 'l barra mid-daħla tal-Grigal f'dak iż-żmien. Ma tistax tiġi datata bir-reqqa u jaf ġiet installata f'xi żmien matul il-fażi 3. Għall-ewwel, kienet akkumpanjata minn ħaġra oħra, li ma għadhiex viżibbli iktar. Żewġ ħaġriet tal-portal, possibbilment tlieta, ġew stabbiliti eżatt kif tidħol fuq ġewwa tad-daħla tal-Grigal, u minnhom għad fadal waħda biss, il-Ħaġra mwaqqa' tal-Qatla, twila 4.9 metri. Karatteristiċi oħra, datati fuq fuq għall-ħabta tal-fażi 3, jinkludu l-erba' Ħaġriet tal-Istazzjon, li tnejn minnhom kienu jinsabu fuq it-tumbati magħmula minn borġ ġebel u trab. Dawn it-tumbati huma magħrufa bħala "oqbra tawwalin" għalkemm ma kinux funebri. Il-Mogħdija ta' Stonehenge, par fossijiet u tumbati paralleli li jwasslu għal tliet kilometri sax-xmara Avon, żdiedet ukoll.
Stonehenge 3 II (2600 Q.K. sal-2400 Q.K.)
[immodifika | immodifika s-sors]Matul il-fażi ewlenija ta' attività li kien imiss, 30 ħaġra enormi tas-sarsen miż-żmien Oligoċen–Mijoċen (murija bil-griż fil-pjanta fuq ix-xellug) inġabu fis-sit. Dawn ġew minn barriera madwar 25 kilometru fit-Tramuntana ta' Stonehenge, f'West Woods, Wiltshire.[38] Il-ħaġriet kienu maħduma u mżejnin b'ġonturi li jidħlu f'xulxin qabel ma 30 ħaġra ma ġew imwaqqfa f'ċirku ta' ħaġriet weqfin b'dijametru ta' 33 metru, b'sensiela ta' 30 ħaġra mimdudin fuqhom. Dawn tal-aħħar kienu jidħlu f'xulxin b'metodu ieħor tax-xogħol tal-injam, b'ġonturi b'ilsien u b'kanal. Kull ħaġra wieqfa kienet għolja madwar 4.1 metri, wiesgħa 2.1 metri u tiżen xi 25 tunnellata. Kien ċar li kull waħda kienet maħduma b'effett viżiv finali maħsub; il-ħaġriet ortostatiċi jitwessgħu kemxejn lejn il-parti ta' fuq tagħhom sabiex il-perspettiva tagħhom tibqa' kostanti meta wieħed iħares lejhom mill-art, filwaqt li l-ħaġriet mimdudin għandhom ftit ta' kurvatura biex titkompla d-dehra ċirkolari tal-monumenti ta' qabel.
Is-superfiċi tal-ħaġriet li jħarsu 'l ġewwa huma iktar lixxi u iktar maħduma b'mod mirqum mis-superfiċi ta' barra. Il-ħxuna medja tal-ħaġriet hija ta' 1.1 metru u d-distanza medja bejniethom hija ta' metru. Total ta' 75 ħaġra kienu meħtieġa biex iċ-ċirku (60 ħaġra) jiġi komplut flimkien man-nagħla trilitika (15-il ħaġra). Kien maħsub li ċ-ċirku jaf tħalla mhux komplut, iżda sajf eċċezzjonalment niexef fl-2013 żvela rqajja' ta' ħaxix aridu li jistgħu jikkorrispondu għall-post minn fejn kienu tneħħew il-ħaġriet tas-sarsen. Il-ħaġriet mimdudin huma kollha kemm huma twal xi 3.2 metri, wesgħin metru u ħoxnin 0.8 metri. Il-parti ta' fuq tal-ħaġriet mimdudin jinsabu xi 4.9 metri 'l fuq mill-art.[39]
Fi ħdan dan iċ-ċirku kien hemm ħames daħliet trilitiċi ta' ħaġriet tas-sarsen maħduma li kienu rranġati f'għamla ta' nagħla ta' 13.7-il metru min-naħa għall-oħra, bil-parti miftuħa tħares lejn il-Grigal. Dawn il-ħaġriet enormi, għaxra weqfin u ħamsa mimdudin, kienu jiżnu sa 50 tunnellata l-waħda. Kienu kkollegati b'sistema kumplessa ta' ġonturi u rranġati b'mod simetriku. L-iżgħar par ta' daħliet trilitiċi kienu għoljin xi sitt metri, il-par ta' wara ftit ogħla, u l-ikbar daħla trilitika fir-rokna tal-Lbiċ kienet għolja 7.3 metri. Ħaġra wieqfa waħda mid-Daħla Trilitika l-Kbira għadha hemm; 6.7 metri minnha huma viżibbli u 2.4 metri oħra tagħha jinsabu taħt l-art. L-immaġnijiet ta' "sejf" u 14-il "biċċa ta' fuq ta' mannara" ġew imnaqqxa fuq waħda mill-ħaġriet tas-sarsen, magħrufa bħala l-ħaġra 53; iktar tinqix ta' biċċiet ta' fuq ta' mannara ġew osservati fis-superfiċi ta' barra tal-ħaġriet 3, 4 u 5. Diffiċli li ssir datazzjoni tat-tinqix iżda morfoloġikament huma simili għall-armi tal-aħħar parti ta' Żmien il-Bronż. Fil-bidu tas-seklu 21, l-iskennjar bil-laser tat-tinqix appoġġa din l-interpretazzjoni. Il-par daħliet trilitiċi fil-Majjistral huma l-iżgħar, b'għoli ta' sitt metri; l-ikbar waħda li tinsab fil-Lbiċ tan-nagħla, hija għolja 7.5 metri.
Din il-fażi ambizzjuża ġiet datata bir-radjukarbonju għall-ħabta ta' bejn l-2600 u l-2400 Q.K.[40], ħarira qabel il-Qawwas ta' Stonehenge, li ġie skopert fil-foss ta' barra tal-monument fl-1978, u ż-żewġ settijiet ta' postijiet funebri, magħrufa bħala l-Qawwas ta' Amesbury u l-Irġiel bil-Qaws ta' Boscombe, li ġew skoperti ħames kilometri lejn il-Punent. L-analiżi tas-snien tal-annimali li nstabu xi tliet kilometri 'l bogħod minn Durrington Walls, li Parker Pearson kien tal-fehma li kienu fil-"kamp tal-bennejja", tissuġġerixxi li, għall-ħabta ta' bejn l-2600 u l-2400 Q.K., sa 4,000 ruħ kienu jinġabru fis-sit għall-festivals ta' nofs ix-xitwa u ta' nofs is-sajf; l-evidenza wriet li l-annimali kienu jinqatlu xi disa' xhur jew 15-il xahar wara t-twelid tagħhom fir-rebbiegħa. L-analiżi tal-isotopi tal-istronzju tas-snien tal-annimali wriet li wħud kienu ġabuhom minn ferm 'il bogħod għaċ-ċelebrazzjonijiet, saħansitra mill-Highlands Skoċċiżi.[4][5] Għall-ħabta tal-istess żmien, ċirku kbir tal-injam u t-tieni mogħdija nbnew f'Durrington Walls biswit ix-xmara Avon. Iċ-ċirku tal-injam kien orjentat lejn tlugħ ix-xemx fis-solstizju ta' nofs ix-xitwa, kontra tal-allinjamenti solari fi Stonehenge. Il-mogħdija kienet allinjata ma' nżul ix-xemx fis-solstizju tas-sajf u kienet twassal mix-xmara saċ-ċirku tal-injam. Evidenza min-nirien kbar fuq ix-xtut tax-xmara Avon bejn iż-żewġ mogħdijiet tissuġġerixxi wkoll li ż-żewġ ċrieki kienu kkollegati. X'aktars li kienu jintużaw bħala rotta ta' purċissjoni fl-itwal u fl-iqsar jiem tas-sena. Parker Pearson jispekula li ċ-ċirku tal-injam f'Durrington Walls kien jirrappreżenta ċ-ċentru ta' "art tal-ħajjin", filwaqt li ċ-ċirku tal-ħaġar kien jirrappreżenta "art tal-mejtin", u x-xmara Avon kienet isservi bħala vjaġġ bejn iż-żewġ artijiet.[41]
Stonehenge 3 III (2400 Q.K. sal-2280 Q.K.)
[immodifika | immodifika s-sors]Iktar 'il quddiem fi Żmien il-Bronż, minkejja li d-dettalji preċiżi tal-attivitajiet f'dan il-perjodu mhumiex daqstant ċari, milli jidher il-ħaġriet ta' ġewwa reġgħu ġew imwaqqfa. Dawn ġew impoġġija fi ħdan iċ-ċirku ta' barra tal-ħaġar tas-sarsen u jaf kienu maħduma jew imżejna b'xi mod. Bħall-ħaġar tas-sarsen, uħud għandhom qatgħat tax-xogħol tal-injam fihom li jissuġġerixxu li matul din il-fażi jaf kienu kkollegati mal-ħaġar mimdud u kienu parti minn struttura akbar.
Stonehenge 3 IV (2280 Q.K. sal-1930 Q.K.)
[immodifika | immodifika s-sors]F'din il-fażi l-ħaġriet fuq ġewwa reġgħu ġew irranġati f'għamla ta' ċirku bejn iż-żewġ ċrieki tas-sarsen u f'għamla ovali fiċ-ċentru taċ-ċirku fuq ġewwa. Xi arkeologi jsostnu li dawn il-ħaġriet kienu parti mit-tieni grupp ta' ħaġriet minn Wales. Il-ħaġriet kollha ffurmaw ħaġriet weqfin spazjati sew mingħajr l-ebda waħda mill-ħaġriet mimdudin ta' kollegament bħalma ssemma fi Stonehenge 3 III. Il-Ħaġra tal-Artal jaf ġiet imċaqilqa fi ħdan l-għamla ovali f'dan iż-żmien u ġiet imwaqqfa vertikalment mill-ġdid. Għalkemm din forsi tidher bħala l-iktar fażi impressjonanti tal-ħidma, Stonehenge 3 IV inbena b'mod pjuttost traskurat meta mqabbel mal-predeċessuri tiegħu, peress li l-ħaġriet fuq ġewwa l-ġodda ma kellhomx pedamenti soda u bdew jaqgħu. Madankollu, ftit bidliet biss seħħew wara din il-fażi.
Stonehenge 3 V (1930 Q.K. sal-1600 Q.K.)
[immodifika | immodifika s-sors]Ftit wara, is-sezzjoni tat-Tramuntana taċ-ċirku ta' ġewwa tal-fażi 3 IV tneħħa, u nħolqot konfigurazzjoni b'għamla ta' nagħla (Bluestone Horseshoe) li kienet tirrifletti l-għamla tad-daħliet trilitiċi ċentrali tas-sarsen. Din il-fażi hija kontemporanja mas-sit ta' Seahenge f'Norfolk.
Wara l-monument (1600 Q.K. 'il quddiem)
[immodifika | immodifika s-sors]Il-ħofriet Y u Z Holes huma l-aħħar kostruzzjoni magħrufa fi Stonehenge, għall-ħabta tal-1600 Q.K., u l-aħħar użu tagħhom kien x'aktarx fi Żmien il-Ħadid. Instabu muniti Rumani u artefatti Medjevali fil-monument jew qribu iżda mhuwiex magħruf jekk il-monument baqax jintuża b'mod kontinwu matul il-preistorja Brittanika kollha u lil hinn, jew eżattament kif kien jintuża. Huwa notevoli wkoll il-forti kbir fuq għolja ta' Żmien il-Ħadid magħruf bħala l-Kamp ta' Vespasjanu (li minkejja l-isem, mhuwiex sit Ruman) li nbena tul il-Mogħdija ħdejn ix-xmara Avon. Raġel Sassonu dekapitat tas-seklu 7 ġie skavat minn Stonehenge fl-1923.[42] Is-sit kien magħruf fost l-istudjużi matul il-Medju Evu u minn dak iż-żmien 'l hawn ġie studjat minn diversi gruppi.
Funzjoni u kostruzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Stonehenge ġie prodott minn kultura li ma ħalliet l-ebda rekord bil-miktub. Ħafna aspetti ta' Stonehenge, bħal kif inbena u għal liema skopijiet kien jintuża, għadhom jiġu diskussi. Jeżistu għadd ta' miti dwar il-ħaġriet.[43] Is-sit, b'mod speċifiku d-daħla trilitika l-kbira, l-arranġament tan-nagħla li tħaddanha magħmul minn ħames daħliet trilitiċi ċentrali, il-ħaġra tal-għarqub, u l-mogħdija max-xtut, huma allinjati ma' nżul ix-xemx tas-solstizju tax-xitwa u t-tlugħ ix-xemx opposta tas-solstizju tas-sajf.[44][45] Il-pajsaġġ naturali fil-pożizzjoni tal-monument isegwi din il-linja, u jaf ispira l-kostruzzjoni tiegħu.[46] Il-fdalijiet skavati ta' għadam ta' annimali maqtula jissuġġerixxi li n-nies jaf kienu jinġabru fis-sit għax-xitwa iktar milli għas-sajf.[47] Assoċjazzjonijiet astronomiċi ulterjuri, u s-sinifikat astronomiku preċiż tas-sit għan-nies tiegħu, huma kwistjoni ta' ħafna spekulazzjoni u dibattiti.
Ma hemm l-ebda evidenza jew ftit li xejn li tiżvela x'kienu t-tekniki tal-kostruzzjoni li ntużaw mill-bennejja ta' Stonehenge. Matul is-snin, diversi awturi ssuġġerew li ntużaw metodi sovranaturali jew anakronistiċi, is-soltu bl-bil-ħsieb li kien impossibbli li l-ħaġriet ġew imċaqilqa b'xi mod ieħor minħabba d-daqs enormi tagħhom. Madankollu, intwera li tekniki konvenzjonali li jużaw teknoloġija Neolitika bażika bħall-argnu, kienu effettivi għaċ-ċaqliq u għat-tqegħid ta' ħaġriet ta' daqs simili.[48] L-iżjed teorija komuni dwar kif in-nies preistoriċi ċaqilqu l-ħaġriet megalitiċi ssostni li ħolqu medda ta' zkuk ħdejn xulxin u l-ħaġriet kienu jiġu rromblati fuqhom.[49] Teorija oħra tat-trasport tal-ħaġriet megalitiċi tinvolvi l-użu ta' tip ta' slitta li kienet timxi fuq medda mdellka bix-xaħam tal-annimali.[49] Esperiment simili bi slitta li ġġorr ħaġra kbira ta' 40 tunnellata twettaq b'suċċess ħdejn Stonehenge fl-1995. Tim ta' iktar minn 100 ħaddiem irnexxielhom jimbuttaw u jiġbdu l-ħaġra għall-vjaġġ ta' 29 kilometru minn Marlborough Downs.[49]
Fost il-funzjonijiet proposti għas-sit hemm l-użu bħala osservatorju astronomiku jew bħala sit reliġjuż. Iktar reċentement, ġew proposti żewġ teoriji ewlenin ġodda. Geoffrey Wainwright, il-President tas-Soċjetà tal-Antikwarjat ta' Londra, u Timothy Darvill tal-Università ta' Bournemouth, issuġġerew li Stonehenge kien post ta' fejqan—l-ekwivalenti preistorika ta' Lourdes.[50] Huma jargumentaw li dan ifisser l-għadd kbir ta' difniet fiż-żona u l-evidenza tad-deformitajiet minħabba trawma f'xi oqbra. Madankollu, jikkonċedu li s-sit x'aktarx li kien multifunzjonali u li kien jintuża għall-qima tal-antenati wkoll.[51] L-analiżi tal-isotopi tindika li wħud mill-individwi midfuna kienu ġejjin minn reġjuni oħra. Tifel adolexxenti midfun għall-ħabta tal-1550 Q.K. trabba ħdejn il-Baħar Mediterran; ħaddiem tal-metall mill-2300 Q.K. imlaqqam il-"Qawwas ta' Amesbury", trabba ħdejn l-għoljiet tal-Ġermanja ta' qabel l-Alpi; u l-"Irġiel bil-Qaws ta' Boscombe" x'aktarx li waslu minn Wales jew mill-Bretagne, Franza.[52]
Min-naħa l-oħra, Mike Parker Pearson tal-Università ta' Sheffield issuġġerixxa li Stonehenge kien parti minn pajsaġġ ritwali u kien magħqud ma' Durrington Walls permezz tal-mogħdijiet korrispondenti u x-xmara Avon. Huwa jissuġġerixxi li ż-żona madwar il-henge ta' Durrington Walls kienet post tal-ħajjin, filwaqt li Stonehenge kien post tal-mejtin. Vjaġġ tul ix-xmara Avon biex wieħed jasal sa Stonehenge kien parti minn passaġġ ritwali mill-ħajja għall-mewt, biex jiġu ċċelebrati l-missirijiet tal-imgħoddi u dawk li jkunu għadhom kemm mietu.[41] Iż-żewġ spjegazzjonijiet ingħataw l-ewwel darba fis-seklu 12 minn Geoffrey ta' Monmouth, li faħħar ferm il-proprjetajiet ta' fejqan tal-ħaġriet u kien l-ewwel wieħed ukoll li ħareġ bl-idea li Stonehenge nbena bħala monument funebri. Kienu x'kienu l-elementi reliġjużi, mistiċi jew spiritwali li kienu ċentrali għal Stonehenge, id-disinn tiegħu jinkludi funzjoni ta' osservatorju tas-smewwiet, li seta' ntuża għat-tbassir tal-eklissi, tas-solstizju, tal-ekwinozju u ta' avvenimenti oħra tas-smewwiet li kienu importanti għar-reliġjon ta' dak iż-żmien.[53]
Hemm ipoteżijiet u teoriji oħra wkoll. Skont tim ta' riċerkaturi mir-Renju Unit immexxija minn Mike Parker Pearson tal-Università ta' Sheffield, Stonehenge jista' jkun li nbena bħala simbolu ta' "paċi u għaqda", indikat parzjalment mill-fatt li fiż-żmien tal-kostruzzjoni, in-nies Neolitiċi fir-Renju Unit kienu qed jesperjenzaw perjodu ta' unifikazzjoni kulturali.[43][54]
Il-ħaġar megalitiku ta' Stonehenge jinkludi ħaġriet iżgħar fuq ġewwa u ħaġriet ikbar tas-sarsen fuq barra (it-terminu sarsen jirreferi għal ħaġriet tal-blat ramli bis-siliċju min-Nofsinhar tal-Ingilterra). Il-ħaġriet fuq ġewwa huma magħmulin mid-dolerit, mit-tufu, mir-riolit, jew mill-blat ramli. Bosta minn dawn il-ħaġriet huma ta' oriġini vulkanika mill-Għoljiet ta' Preseli fil-Lbiċ ta' Wales xi 230 kilometru mill-monument.[55] Il-Ħaġra tal-Artal magħmula mill-blat ramli jaf oriġinat fil-Lvant ta' Wales. Analiżi reċenti indikat li l-ħaġriet tas-sarsen oriġinaw minn West Woods, madwar 26 kilometru mill-monument.[56]
Tim ta' riċerkaturi mill-Kulleġġ Irjali tal-Arti f'Londra skoprew li l-ħaġriet vulkaniċi fuq ġewwa tal-monument għandhom "proprjetajiet akustiċi mhux tas-soltu" – meta wieħed iħabbat fuqhom jipproduċu "ħoss qawwi li jirbombja". Skont it-tim, din l-idea tista' tispjega għaliex ċerti ħaġriet kienu jinġarru minn distanza daqshekk twila, li kienet kisba teknika notevoli għal dak iż-żmien. F'ċerti kulturi tal-qedem, il-ħaġriet li jirbumbjaw, magħrufa bħala ħaġriet litofoniċi, kienu jemmnu li kellhom poteri mistiċi jew ta' fejqan, u Stonehenge għandu storja ta' assoċjazzoni mar-ritwali. Il-preżenza ta' dawn il-"ħaġriet li jirbumbjaw" jidher li tappoġġa l-ipoteżi li Stonehenge kien "post għall-fejqan", kif ġie indikat mill-arkeologu tal-Università ta' Bournemouth Timothy Darvill, li kkonsulta mar-riċerkaturi. Il-ħaġriet fuq ġewwa ta' Stonehenge x'aktarx li ġew minn barriera qrib raħal f'Wales li jismu Maenclochog, li jfisser "ħaġra li tirbombja", fejn il-ħaġriet lokali kienu jintużaw bħala qniepen tal-knisja sas-seklu 18.[57]
Studji tad-DNA jiċċaraw il-kuntest storiku
[immodifika | immodifika s-sors]Xi riċerkaturi li studjaw id-DNA estratt mill-fdalijiet umani Neolitiċi fir-Renju Unit iddeterminaw li l-antenati tan-nies li bnew Stonehenge kienu bdiewa mil-Lvant tal-Mediterran, li kienu qed jivvjaġġaw lejn il-Punent. L-istudji tad-DNA jindikaw li kellhom nisel predominanti mill-Eġew, għalkemm it-tekniki agrikoli tagħhom milli jidher oriġinaw mill-Anatolja. Dawn il-bdiewa tal-Eġew imbagħad marru lejn l-Iberja qabel ma komplew sejrin iktar lejn it-Tramuntana, u laħqu r-Renju Unit għall-ħabta tal-4,000 Q.K.[58][59]
Barra minn hekk, dawn il-migranti Neolitiċi lejn ir-Renju Unit jaf daħħlu t-tradizzjoni tal-bini ta' monumenti bl-użu ta' ħaġriet megalitiċi kbar, u Stonehenge kienet parti minn din it-tradizzjoni.[58][59]
Dak iż-żmien, ir-Renju Unit kien abitat minn gruppi ta' kaċċaturi tal-Punent, simili għar-Raġel ta' Cheddar. L-istudji tad-DNA juru li meta l-bdiewa waslu, dawn iż-żewġ gruppi ma tantx kienu jitħalltu wisq. Minflok, kien hemm sostituzzjoni sostanzjali tal-popolazzjoni.[58]
Iktar 'il quddien waslu n-nies ta' Bell Beaker, għall-ħabta tal-2,500 Q.K., li wettqu migrazzjoni mill-Ewropa kontinentali. L-iktar nies bikrin minnhom kienu simili għan-nies mir-Renu.[60] Mill-ġdid kien hemm sostituzzjoni kbira tal-popolazzjoni fir-Renju Unit. Il-Bell Beakers ħallew ukoll l-impatt tagħhom fuq il-kostruzzjoni ta' Stonehenge. Huma jiġu assoċjati wkoll mal-kultura ta' Wessex.[61]
Din tal-aħħar jidher li kellha rabtiet kummerċjali wesgħin mal-Ewropa kontinentali, saħansitra sal-Greċja ta' Mycenae. Il-ġid minn dan il-kummerċ ippermetta lin-nies ta' Wessex jibnu t-tieni u t-tielet fażijiet megalitiċi ta' Stonehenge u jindika wkoll forma b'saħħitha ta' organizzazzjoni soċjali.[62]
Il-Bell Beakers kienu assoċjati wkoll mal-kummerċ tal-landa, li kienet l-unika esportazzjoni fir-Renju Unit f'dak iż-żmien. Il-landa kienet importanti minħabba li kienet tintuża biex ir-ram isir bronż, u l-Beakers kattru ħafna rikkezzi permezz tagħha.[63]
Storja moderna
[immodifika | immodifika s-sors]Folklor
[immodifika | immodifika s-sors]"Ħaġra tal-Għarqub", "Għarqub il-Patri", jew "Ħaġra tax-Xemx"
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Ħaġra tal-Għarqub tinsab fil-Grigal taċ-ċirku tal-ħaġriet tas-sarsen, maġenb l-aħħar parti tal-Mogħdija ta' Stonehenge.[64] Hija ħaġra ħarxa, għolja 4.9 metri, li xxaqleb 'il ġewwa lejn iċ-ċirku tal-ħaġar.[64] Kienet magħrufa b'diversi ismijiet fl-imgħoddi, fosthom "Għarqub il-Patri" u "Ħaġra tax-Xemx".[65][66] Fis-solstizju tas-sajf, jekk osservatur joqgħod bilwieqfa fi ħdan iċ-ċirku tal-ħaġar, u jħares lejn il-Grigal minn ġod-daħla, jara x-xemx titla' bejn wieħed u ieħor fid-direzzjoni tal-Ħaġra tal-Għarqub, u ttieħdu bosta ritratti tax-xemx tiela' minn fuqha.
Ġrajja folkloristika tirrakkonta dwar l-oriġini tal-isem ta' Għarqub il-Patri.[67][68]
- Ix-xitan xtara l-ħaġriet mingħand mara fl-Irlanda, qartashom, u ħadhom fil-Pjanura ta' Salisbury. Waħda mill-ħaġriet waqgħet fix-xmara Avon, u l-kumplament inġarru fil-pjanura. Imbagħad ix-xitan werżaq, "Ħadd mhu qatt se jkun jaf kif dawn il-ħaġriet ġew hawnhekk!". U patri wieġeb, "Dak inti qed tgħidu!", u f'dak il-mument stess ix-xitan waddablu waħda mill-ħaġriet u laqtu fuq l-għarqub. Il-ħaġra weħlet fl-art u għadha hemm sa llum.[69]
Il-Brewer's Dictionary of Phrase and Fable jattribwixxi din il-ġrajja lil Geoffrey ta' Monmouth, iżda għalkemm it-tmien ktieb tal-Historia Regum Britanniae ta' Geoffrey tassew tiddeskrivi kif inbena Stonehenge, iż-żewġ ġrajjiet m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin.
L-isem mhuwiex uniku; kien hemm ħaġra monolitika bl-istess isem iddokumentata fis-seklu 19 mill-antikwarju Charles Warne f'Long Bredy f'Dorset.[70]
Leġġenda ta' Arturu
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Historia Regum Britanniae ("Storja tar-Rejiet tar-Renju Unit") tas-seklu 12, ta' Geoffrey ta' Monmouth, tinkludi ġrajja ħelwa ta' kif Stonehenge ġie miġjub mill-Irlanda bl-għajnuna tas-saħħar Merlin.[71] Il-ġrajja ta' Geoffrey infirxet b'mod wiesa', b'varjazzjonijiet tagħha li tfaċċaw f'adattamenti tax-xogħol tiegħu, bħal Roman de Brut bil-Franċiż tan-Normanni ta' Wace, Brut bl-Ingliż Ċentrali ta' Layamon, u Brut y Brenhinedd bil-Welsh.
Skont il-ġrajja, il-ħaġriet ta' Stonehenge kienu ħaġriet tal-fejqan, li xi ġganti kienu ġabu mill-Afrika sal-Irlanda. Dawn ittellgħu fuq l-Għolja ta' Killaraus biex jiffurmaw ċirku tal-ħaġar, magħruf bħala ċ-Ċirku tal-Ġganti jew it-Tondjatura tal-Ġganti. Ir-Re Awrelju Ambrosju tas-seklu 5 xtaq jibni mafkar kbir għan-nobbli Ċeltiċi Brittaniċi li ġew maqtula mis-Sassoni f'Salisbury. Merlin tah parir biex juża ċ-Ċirku tal-Ġganti. Ir-re bagħat lil Merlin u lil Uther Pendragon (missier ir-Re Arturu) flimkien ma' 15,000 raġel biex iġibu l-ħaġar mill-Irlanda. Huma rebħu kontra armata Irlandiża mmexxija minn Gillomanius, iżda ma setgħux iċaqilqu l-ħaġriet enormi. Bl-għajnuna ta' Merlin, huma ttrasportaw il-ħaġriet lejn ir-Renju Unit u reġgħu għamluhom fil-konfigurazzjoni li kellhom qabel.[72] L-Għolja ta' Killaraus jaf kienet tirreferi għall-Għolja ta' Uisneach.[73] Għalkemm il-ġrajja hija fizzjoni, l-arkeologu Mike Parker Pearson jissuġġerixxi li jaf fiha "tikka verità", peress li l-evidenza tissuġġerixxi li l-ħaġriet fuq ġewwa ta' Stonehenge twasslu miċ-ċirku tal-ħaġar ta' Waun Mawn fil-kosta tal-Baħar Irlandiż ta' Wales.[74]
Leġġenda oħra tirrakkonta kif ir-re Sassonu Hengist stieden lill-ġellieda Ċeltiċi Brittaniċi għal festa iżda fl-istess ħin bla ħniena ordna lill-irġiel tiegħu jimmassakraw lill-mistednin, u qatlu 420 minnhom. Hengist bena lil Stonehenge f'dan is-sit biex juri r-rimors tiegħu għal għemilu.[75]
Seklu 16 sal-preżent
[immodifika | immodifika s-sors]Stonehenge bidel is-sjieda tiegħu diversi drabi minn mindu r-Re Enriku VIII akkwiżixxa l-Abbazija ta' Amesbury u l-artijiet ta' madwarha. Fl-1540 Enriku ta l-art lill-Earl ta' Hertford. Sussegwentement għaddiet għand il-Lord Carleton u mbagħad għand il-Markiża ta' Queensberry. Il-familja Antrobus ta' Cheshire xtrat l-art fl-1824. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, ajrudrom ("l-Iskola Nru 1 tan-Navigazzjoni bl-Ajru u t-Twaqqigħ tal-Bombi" tal-Korp Irjali tat-Titjir)[76] inbena fiż-żona tal-Punent taċ-ċirku tal-ħaġar, u fil-wied niexef f'Stonehenge Bottom, inbena salib it-toroq prinċipali, flimkien ma' diversi djar tal-kampanja u kaffetterija. Stonehenge kien wieħed minn ħafna lottijiet tal-art li tqiegħdu għall-irkant fl-1915 minn Sir Cosmo Gordon Antrobus, ftit wara li wiret l-art mingħand ħuh.[77] L-irkant tal-aġenti tal-proprjetà Knight Frank & Rutley f'Salisbury sar fil-21 ta' Settembru 1915 u kien jinkludi l-"Lott 15. Stonehenge b'madwar 12.44-il ettaru ta' art għan-niżla biswitu".[78]
Cecil Chubb xtara s-sit għal £6,600 (£532,800 fl-2021) u ta lin-nazzjon tliet snin wara, b'ċerti kundizzjonijiet mehmuża. Għalkemm ġie spekulat li kien xtara s-sit fuq suġġeriment ta' martu – jew saħansitra bħala rigal għaliha, fil-fatt xtrah bħala kapriċċ, peress li kien jemmen li xi ħadd lokali kellu jkun is-sid il-ġdid.[78]
Fl-aħħar tas-snin 20 tas-seklu 20, ġie mniedi appell man-nazzjon kollu biex Stonehenge jiġi ssalvagwardjat mill-kostruzzjoni ta' binjiet moderni qribu li kienu bdew jinbnew bil-mod il-mod.[79] Sal-1928, l-art madwar il-monument inxtrat bid-donazzjonijiet tal-appell u ngħatat lin-National Trust għall-preservazzjoni. Il-binjiet li kienu nbnew tneħħew (għalkemm it-toroq baqgħu hemm), u l-art reġgħet tħalliet għall-agrikoltura. Iktar reċentement, l-art kienet parti minn skema ta' treġġigħ lura tal-bur tal-ħaxix, biex b'hekk l-għelieqi tal-madwar jerġgħu jsiru bwar tal-ħaxix nattiv fuq il-ġibs.[80]
Neo-Paganiżmu
[immodifika | immodifika s-sors]Matul is-seklu 20, Stonehenge beda jerġa' jieħu l-ħajja bħala post b'sinifikat reliġjuż, din id-darba għall-aderenti tat-twemmin tan-Neo-Paganiżmu u tal-Era l-Ġdida (bl-Ingliż: New Age), partikolarment in-Neo-Druwidi. L-istoriku Ronald Hutton iktar 'il quddiem irrimarka li "kienet ironija kbir, u potenzjalment skomda, li d-Druwidi moderni kienu waslu fi Stonehenge eżatt kif l-arkeologi kienu qed ikeċċu d-Druwidi tal-qedem minnu".[81] L-ewwel grupp Neo-Druwidiku li uża l-monument megalitiku kien dak tal-Ordni Antik tad-Druwidi, li ċċelebra ċerimonja ta' inizjazzjoni tal-massa hemmhekk f'Awwissu 1905, fejn ġew ammessi 259 membru ġdid fl-organizzazzjoni tagħhom. Din l-assemblea ġiet irredikolata ferm mill-istampa, li żżuffjettat rigward il-fatt li n-Neo-Druwidi kien lebsin kostumi magħmula minn ilbies abjad u daqna falza.[82]
Bejn l-1972 u l-1984, Stonehenge kien is-sit tal-Festival Ħieles ta' Stonehenge. Wara l-Battalja tal-Għalqa tal-Fażola bejn il-pulizija u l-vjaġġaturi tal-Era l-Ġdida fl-1985, dan l-użu tas-sit ġie mwaqqaf għal diversi snin u l-użu ritwali ta' Stonehenge issa huwa ristrett ferm.[83] Xi Druwidi ħadu ħsieb jirranġaw ġabra ta' monumenti fuq l-istil ta' Stonehenge f'inħawi oħra tad-dinja bħala forma ta' qima Druwidika.[84]
Ir-ritwali iktar bikrin kienu kkomplementati mill-Festival Ħieles ta' Stonehenge, organizzat b'mod laxk miċ-Ċirku Politantriku, li seħħ bejn l-1972 u l-1984, u matul dan iż-żmien l-għadd ta' viżitaturi ta' nofs is-sajf kien żdied għal 30,000 ruħ.[85] Madankollu, fl-1985 is-sit ingħalaq għall-festivals minn rimedju b'mandat ta' inibizzjoni minn Qorti Superjuri.[86] Konsegwenza ta' tmiem il-festival fl-1985 kienet il-konfrontazzjoni vjolenti bejn il-pulizija u l-vjaġġaturi tal-Era l-Ġdida li saret magħrufa bħala l-Battalja tal-Għelieqi tal-Fażola, meta l-pulizija bblukkat konvoj ta' vjaġġaturi milli jaslu fi Stonehenge. Mill-bidu tal-1985, is-sena tal-Battalja, l-ebda permess ta' aċċess fiċ-ċrieki tal-ħaġar ma ngħata fi Stonehenge għal kwalunkwe raġuni reliġjuża. Din il-politika taż-"żona ta' esklużjoni" kompliet għal kważi ħmistax-il sena: eżatt qabel il-wasla tas-seklu 21, il-viżitaturi ma kinux jitħallew jidħlu fiċ-ċrieki tal-ħaġar fi żminijiet ta' sinifikat reliġjuż, jiġifieri s-solstizji tax-xitwa u tas-sajf, u l-ekwinozji tar-rebbiegħa u tal-ħarifa.[87]
Madankollu, wara sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li kisbu dawk li kienu qed imexxu l-kampanja, bħal Arthur Uther Pendragon, ir-restrizzjonijiet tneħħew.[86] Is-sentenza rrikonoxxiet li l-membri ta' kwalunkwe reliġjon ġenwina għandhom id-dritt tal-qima fi ħdan il-knejjes tagħhom stess, u Stonehenge huwa post tal-qima għan-Neo-Druwidi, għall-Pagani u għal reliġjonijiet oħra "bbażati fid-Dinja" jew għal reliġjonijiet "antika".[88] Il-laqgħat ġew organizzati min-National Trust u oħrajn biex jiġu diskussi l-arranġamenti.[89] Fl-1998, festin ta' 100 ruħ ġie mogħti l-aċċess u dawn kienu jinkludu astronomi, arkeologi, Druwidi, nies lokali, pagani u vjaġġaturi.[89] Fl-2000, avveniment fil-beraħ tas-solstizju tas-sajf sar u madwar sebat elef ruħ attendew.[89] Fl-2001, in-numri żdiedu għal madwar 10,000.[89]
Ambjent u aċċess
[immodifika | immodifika s-sors]Meta Stonehenge nfetaħ għall-pubbliku għall-ewwel darba, wieħed seta' jimxi qalb il-ħaġriet jew saħansitra jixxabbat fuqhom, iżda fl-1977 il-ħaġriet ġew imdawrin b'ħabel li jipprevjeni l-aċċess minħabba erożjoni serja.[90] Il-viżitaturi ma għadhomx jistgħu jmissu l-ħaġriet iżda jistgħu jduru mal-monument minn distanza qasira. Madankollu, English Heritage tippermetti l-aċċess matul is-solstizju tas-sajf u tax-xitwa u matul l-ekwinozju tar-rebbiegħa u tal-ħarifa. Barra minn hekk, il-viżitaturi jistgħu jagħmlu prenotazzjonijiet speċjali biex ikollhom aċċes għall-ħaġriet is-sena kollha.[91] Ir-residenti lokali għadhom intitolati għal dħul bla ħlas fi Stonehenge minħabba ftehim rigward id-dritt legali li jgħaddu mill-proprjetà.[92]
Is-sitwazzjoni tal-aċċess u l-prossimità taż-żewġ toroq wasslu għal ħafna kritika, enfasizzata minn stħarriġ tal-2006 imwettaq min-National Geographic. Fl-istħarriġ dwar il-kundizzjonijiet ta' 94 Sit ta' Wirt Dinji ewlenin, 400 espert tal-konservazzjoni u tat-turiżmu kklassifikaw lil Stonehenge fil-75 post fil-lista ta' destinazzjonijiet, u ddikjaraw li l-qagħda tal-konservazzjoni tiegħu hija waħda "moderata".[93]
Peress li t-traffiku tal-vetturi żdied, l-ambjent tal-monument beda jiġi affettwat mill-prossimità taż-żewġ toroq fuq kull naħa—l-A344 li tagħti għal Shrewton fin-naħa tat-Tramuntana, u l-A303 li tagħti għal Winterbourne Stoke fin-naħa tan-Nofsinhar. Minn mindu l-monument sar Sit ta' Wirt Dinji ġew ikkunsidrati pjanijiet biex l-A303 tiġi mkabbra u tingħalaq l-A344 sabiex il-veduta mill-ħaġriet terġa' lura għal kif kienet fl-imgħoddi. Madankollu, il-kontroversja rigward l-ispiża kbira biex tinbidel il-pożizzjoni tat-toroq wasslet biex l-iskema tiġi kkanċellata diversi drabi. Fis-6 ta' Diċembru 2007, ġie mħabbar li l-pjanijiet estensivi biex tinbena mina taħt il-pajsaġġ ta' Stonehenge u ċentru tal-viżitaturi permanenti kienu ġew ikkanċellati.[94]
Fit-13 ta' Mejju 2009, il-gvern approva skema ta' £25 miljun biex jinħoloq ċentru tal-viżitaturi iżgħar u tingħalaq l-A344, għalkemm dan kien jiddependi fuq il-finanzjament u l-kunsens tal-awtorità lokali tal-ippjanar.[95] Fl-20 ta' Jannar 2010, il-Kunsill ta' Wiltshire ta l-permess biex jinbena ċentru 2.4 kilometri fil-Punent u l-English Heritage kkonfermat li l-fondi biex jinbena kienu se jkunu disponibbli, bl-appoġġ ta' għotja ta' £10 miljun mill-Fond tal-Lotterija għall-Wirt.[96] Fit-23 ta' Ġunju 2013, l-A344 ingħalqet biex jinbeda x-xogħol tat-tneħħija tat-triq u biex tiġi sostitwita bil-ħaxix.[97][98] Iċ-ċentru, iddisinjat minn Denton Corker Marshall, infetaħ għall-pubbliku fit-18 ta' Diċembru 2013.[99]
Riċerka arkeoloġika u restawr
[immodifika | immodifika s-sors]1600-1900
[immodifika | immodifika s-sors]Tul l-istorja ddokumentata, Stonehenge u l-monumenti tal-madwar ġibdu l-attenzjoni tal-antikwarji u tal-arkeologi. John Aubrey kien wieħed minn tal-bidu li eżamina s-sit b'lenti xjentifika fl-1666, u fil-pjanta tiegħu tal-monument, huwa ddokumenta l-ħofriet li issa ngħataw kunjomu, il-ħofriet ta' Aubrey. William Stukeley kompla x-xogħol ta' Aubrey fil-bidu tas-seklu 18, iżda interessa ruħu wkoll fil-monumenti tal-madwar, u identifika (kemxejn b'mod żbaljat) il-Cursus u l-Mogħdija. Huwa beda wkoll l-iskavi ta' ħafna tumbati funebri tawwalin fiż-żona, u kienet l-interpretazzjoni tiegħu tal-pajsaġġ li assoċjat il-monument mad-Druwidi.[100] Stukeley tant baqa' msaħħar bid-Druwidi li oriġinarjament lit-tumbati magħrufa bħala Disc Barrows (tumbati funebri tawwalin b'għamla tonda) sejħilhom Druids' Barrows (it-Tumbati tad-Druwidi). L-iktar pjanta bikrija preċiża ta' Stonehenge kienet dik imfassla mill-arkitett minn Bath John Wood fl-1740.[101] L-istħarriġ annotat oriġinali tiegħu dan l-aħħar ġie mfassal mill-ġdid bil-kompjuter u ġie ppubblikat. Kien tassew importanti li l-pjanta ta' Wood saret qabel ma ċediet id-daħla trilitika tax-Xlokk, li waqgħet fl-1797 u li ġiet restawrata fl-1958.[102]
William Cunnington kompla bi skavi fiż-żona fil-bidu tas-seklu 19. Huwa skava xi 24 tumbata funebri tawwalija qabel ma skava fi ħdan u madwar iċ-ċrieki tal-ħaġar, u skopra injam maħruq, għadam tal-annimali, bċejjeċ tal-fuħħar u urni. Huwa identifika wkoll il-ħofra li fiha xi darba kien hemm il-Ħaġra tal-Qatla. Richard Colt Hoare appoġġa x-xogħol ta' Cunnington u skava xi 379 tumbata funebri fil-Pjanura ta' Salisbury, fosthom xi 200 fiż-żona madwar iċ-ċrieki tal-ħaġar, u wħud minnhom ġew skavati flimkien ma' William Coxe. Sabiex jallertaw lil skavaturi futuri bix-xogħol tagħhom, qagħdu attenti li jħallu sinjali tal-metall bl-inizjali f'kull tumbata funebri li fetħu. Is-sejbiet ta' Cunnington jintwerew fil-Mużew ta' Wiltshire. Fl-1877, Charles Darwin innaviga fl-arkeoloġija fiċ-ċrieki tal-ħaġar, u sperimenta bir-rata li biha l-fdalijiet jinżlu taħt l-art għall-ktieb tiegħu The Formation of Vegetable Mould Through the Action of Worms.
Il-Ħaġra 22 waqgħet wara maltempata qalila fil-31 ta' Diċembru 1900.[103]
1901-2000
[immodifika | immodifika s-sors]William Gowland issorvelja l-ewwel restawr maġġuri tal-monument fl-1901, li kien jinvolvi l-iddrittar u t-tqegħid stabbli tal-ħaġra tas-sarsen 56 li kienet fil-periklu li taqa'. Hu u jiddritta l-ħaġra, ċaqlaqha b'xi nofs metru mill-pożizzjoni oriġinali tagħha.[102] Gowland ħataf ukoll l-opportunità biex ikompli jiskava l-monument, tant li l-iskavi tiegħu baqgħu meqjusa bħala l-iktar skavi xjentifiċi sa llum, u żvela iktar dwar it-twaqqif tal-ħaġriet milli kien ġie żvelat mill-mitt sena xogħol preċedenti li kien sar. Matul ir-restawr tal-1920, William Hawley, li kien skava s-sit ta' Sarum tal-Qedem fil-qrib, skava l-bażi ta' sitt ħaġriet u l-foss ta' barra. Huwa sab ukoll flixkun port fejn kien hemm il-Ħaġra tal-Qatla li kien ħalla Cunnington, għen biex jerġgħu jiġu skoperti l-ħofriet ta' Aubrey fuq ġewwa tal-foss u sab il-ħofriet ċirkolari konċentriċi 'l barra miċ-ċirku tal-ħaġriet tas-sarsen imsejħa l-ħofriet Y u Z.[104]
Richard Atkinson, Stuart Piggott u John F. S. Stone reġgħu skavaw ħafna mix-xogħol ta' Hawley fis-snin 40 u 50 tas-seklu 20, u skoprew il-mannari u s-sejfijiet imnaqqxin fuq il-ħaġriet tas-sarsen. Ix-xogħol ta' Atkinson kien strumentali biex jiġi approfondit il-fehim tat-tliet fażijiet maġġuri tal-kostruzzjoni tal-monument.
Fl-1958, il-ħaġriet ġew restawrati mill-ġdid, u tlieta mill-ħaġriet tas-sarsen weqfin ġew imwaqqfa mill-ġdid fuq bażijiet tal-konkos. L-aħħar restawr twettaq fl-1963 wara li l-ħaġra 23 taċ-ċirku tal-ħaġar tas-sarsen waqgħet. Reġgħet twaqqfet mill-ġdid, u ttieħdet l-opportunità biex jitqiegħdu tliet ħaġriet oħra fuq bażijiet tal-konkos. Iktar 'il quddiem, l-arkeologi bħal Christopher Chippindale tal-Mużew tal-Arkeoloġija u tal-Antropoloġija tal-Università ta' Cambridge u Brian Edwards tal-Università tal-Punent tal-Ingilterra, għamlu kampanja biex il-pubbliku jingħata iktar għarfien dwar id-diversi fażijiet ta' restawr, u fl-2004 English Heritage inkludiet ritratti tax-xogħlijiet li saru fil-ktieb Stonehenge: A History in Photographs.[105][106][107]
Fl-1966 u fl-1967, qabel ma nbena parkeġġ ġdid għall-karozzi fis-sit, l-art immedjatament fil-Majjistral tal-ħaġriet ġiet skavata minn Faith u Lance Vatcher. Huma skoprew il-ħofriet Mesolitiċi tal-arbli li jmorru lura għas-7000 u għat-8000 Q.K., kif ukoll tul ta' għaxar metri ta' foss bil-palizzati – foss maqtugħ f'għamla ta' V li fih kienu ddaħħlu arbli tal-injam li baqgħu hemm sa ma ttieklu biż-żmien. L-arkeoloġija mill-ajru sussegwenti tissuġġerixxi li dan il-foss jgħaddi mill-Punent sat-Tramuntana ta' Stonehenge, ħdejn il-mogħdija.[104]
Mill-ġdid twettqu skavi fl-1978 minn Atkinson u John Evans, li matulhom skoprew il-fdalijiet tal-Arċier ta' Stonehenge fil-foss ta' barra, u fl-1979 l-arkeoloġija ta' salvataġġ kienet meħtieġa maġenb il-Ħaġra tal-Għarqub wara li bi żball ġie mħaffer foss għall-kejbils moderni tul it-triq, u żvela ħofra ġdida ta' ħaġra ħdejn il-Ħaġra tal-Għarqub.[108]
Fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20, Julian C. Richards mexxa l-iStonehenge Environs Project, studju dettaljat tal-pajsaġġ tal-madwar ta' Stonehenge. Il-proġett irnexxielu jwettaq id-datazzjoni tal-Cursus iż-Żgħir, tal-Coneybury Henge u ta' diversi karatteristiċi iżgħar oħrajn.
Fl-1993, il-mod kif Stonehenge ġie ppreżentat lill-pubbliku ġie deskritt bħala "mistħija nazzjonali" mill-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-House of Commons. Parti mir-rispons tal-English Heritage għal din il-kritika kienet li tikkummisjona riċerka biex jinġabar flimkien ix-xogħol arkeoloġiku kollu li sar fuq il-monument sa dik id-data. Dan il-proġett ta' riċerka ta' sentejn irriżulta fil-pubblikazzjoni fl-1995 tal-monografu Stonehenge in its landscape, li kienet l-ewwel pubblikazzjoni li ppreżentat l-istratigrafija kumplessa u s-sejbiet mis-sit. Ippreżentat tqassim ġdid tal-fażijiet tal-monument.[109]
Seklu 21
[immodifika | immodifika s-sors]Iktar skavi reċenti jinkludu serje ta' skavi li saru fl-2003 u fl-2008 magħrufa bħala l-iStonehenge Riverside Project, immexxi minn Mike Parker Pearson. Dan il-proġett investiga b'mod prinċipali monumenti oħra fil-pajsaġġ u r-rabta tagħhom mal-ħaġriet — b'mod partikolari, Durrington Walls, fejn ġiet skoperta "Mogħdija" oħra li twassal sax-xmara Avon. Il-punt fejn il-Mogħdija ta' Stonehenge tiltaqa' max-xmara ġie skavat ukoll u żvela żona ċirkolari li qabel ma kinitx magħrufa li x'aktarx li kien fiha erba' ħaġriet oħra fl-imgħoddi, wisq probabbli bħala markaturi għall-bidu tal-mogħdija.
F'April 2008, Tim Darvill tal-Università ta' Bournemouth u Geoff Wainwright tas-Soċjetà tal-Antikwarji bdew skavi oħrajn fi ħdan iċ-ċirku tal-ħaġar biex jiksbu frammenti databbli tal-pilastri oriġinali tal-ħaġar fuq ġewwa. Irnexxielhom jaslu għad-datazzjoni ta' wħud mill-ħaġar fuq ġewwa mill-2300 Q.K., għalkemm din id-data jaf ma tirriflettix l-iktar twaqqif bikri tal-ħaġriet fi Stonehenge. Skoprew ukoll materjal organiku mis-7000 Q.K., li, flimkien mal-ħofriet Mesolitiċi tal-arbli, iżid is-sostenn għall-ħsieb li s-sit ilu jintuża mill-inqas 4,000 sena qabel inbena Stonehenge. F'Awwissu u f'Settembru 2008, bħala parti mir-Riverside Project, Julian C. Richards u Mike Pitts skavaw il-ħofra ta' Aubrey 7, u neħħew il-fdalijiet ikkremati minn diversi ħofriet ta' Aubrey li kienu ġew skavati minn Hawley fis-snin 20 tas-seklu 20, u ġew mirduma mill-ġdid fl-1935. Liċenzja għat-tneħħija tal-fdalijiet umani fi Stonehenge kienet ingħatat mill-Ministeru għall-Ġustizzja f'Mejju 2008, f'konformità mal-iStatement on burial law and archaeology (l-Istqarrija dwar il-liġi tad-dfin u l-arkeoloġija) li nħarġet f'Mejju 2008. Waħda mill-kundizzjonijiet tal-liċenzja kienet li l-fdalijiet kellhom jerġgħu jiġu mirduma fi żmien sentejn u matul il-perjodu tal-intervent kellhom jinżammu b'mod sikur, privat u deċenti.[110][111]
Investigazzjoni ġdid tal-pajsaġġ twettqet f'April 2009. Tumbata baxxa, għolja madwar 40 ċentimetru ġiet identifikata bejn il-ħaġriet 54 (taċ-ċirku fuq ġewwa) u 10 (taċ-ċirku ta' barra), separata b'mod ċar min-niżla naturali. Ma ġietx datata iżda spekulazzjoni li tirrappreżenta radam traskurat wara skavi preċedenti jidher li ma għandhiex bażi għaliex tidher f'illustrazzjonijiet tas-sekli 18 u 19. Hemm xi evidenza li, bħala karatteristika ġeoloġika mhux komuni, jaf ġiet inkorporata apposta fil-monument mill-bidu nett.[27] Foss ċirkolari u baxx, fond ftit iktar minn 10 ċentimetri, instab bejn iċ-ċrieki bil-ħofriet Y u Z, b'foss ulterjuri fi ħdan iċ-ċirku bil-ħofra Z. Dawn ġew interpretati bħala t-tifrix tar-radam mill-ħofriet Y u Z oriġinali, jew b'iktar spekulazzjoni bħala ħitan tas-sies bil-veġetazzjoni biex jgħattu l-attivitajiet li kienu jsiru ġo fihom.[27]
Fl-2010, l-iStonehenge Hidden Landscape Project wassal għall-iskoperta ta' monument "qisu henge" inqas minn kilometru mis-sit prinċipali.[112] Dan il-monument sussegwentement ġie żvelat li kien jinsab "fis-sit ta' Amesbury 50", tumbata tonda tal-grupp ta' Cursus Barrows.[113]
F'Novembru 2011, arkeologi mill-Università ta' Birmingham ħabbru l-iskoperta ta' evidenza ta' żewġ ħofriet enormi ppożizzjonati fi ħdan il-mogħdija tal-Cursus ta' Stonehenge, u allinjati f'pożizzjoni mas-smewwiet lejn tlugħ ix-xemx u nżul ix-xemx ta' nofs is-sajf meta osservati mill-Ħaġra tal-Għarqub.[114][115] L-iskoperta l-ġdida saret bħala parti mill-iStonehenge Hidden Landscape Project li beda fis-sajf tal-2010.[116] Il-proġett uża teknika tat-teħid tal-immaġnijiet ġeofiżiċi mhux invażiva biex il-pajsaġġ jiġi żvelat u maħluq mill-ġdid viżivament. Skont il-mexxej tat-tim Vince Gaffney, din l-iskoperta jaf tipprovdi rabta diretta bejn ir-ritwali u l-avvenimenti astronomiċi mal-attivitajiet fi ħdan il-Cursus fi Stonehenge.[115]
F'Diċembru 2011, ġeologi mill-Università ta' Leicester u mill-Mużew Nazzjonali ta' Wales ħabbru l-iskoperta tas-sors ta' wħud mill-frammenti tar-riolit li nstabu fil-materjal ta' skart preistoriku ta' Stonehenge. Dawn il-frammenti milli jidher ma qablu mal-ebda ħaġra wieqfa ta' barra jew fuq ġewwa. Ir-riċerkaturi identifikaw is-sors f'ħajt tal-blat twil 70 metru msejjaħ Craig Rhos-y-felin (51°59′30″N 4°44′41″W), ħdejn Pont Saeson fit-Tramuntana ta' Pembrokeshire, xi 220 km minn Stonehenge.[117][118]
Fl-2014, l-Università ta' Birmingham ħabbret li nstabu fdalijiet li jinkludu evidenza ta' strutturi tal-ħaġar u tal-injam kif ukoll tumbati funebri qrib Durrington, li qabel kienu ġew injorati, li jaf imorru lura saħansitra sal-4000 Q.K.[119] Żona estiża ta' 12 km2 ġiet studjata fid-dettall sa fond ta' tliet metri b'tagħmir bir-radar li jippenetra l-art. Saħasitra sbatax-il monument ġdid, żvelati fil-qrib, jaf huma monumenti tal-aħħar tan-Neolitiku li jixbħu lil Stonehenge. L-interpretazzjoni tissuġġerixxi kumpless ta' diversi monumenti relatati. Inkluż ukoll fl-iskoperta hemm li l-mogħdija tal-Cursus tintemm b'żewġ ħofriet wesgħin ħames metri u estremament fondi, li l-iskop tagħhom għadu misteru.[120]
Fi tħabbira f'Novembru 2020 ġie ddikjarat li kien ġie approvat pjan ta' kostruzzjoni ta' mina b'erba' karreġġati għat-traffiku minn taħt is-sit. Dan kellu l-ħsieb li jelimina s-sezzjoni tal-A303 li tgħaddi qrib iċ-ċirku tal-ħaġar. Il-pjan intlaqa' b'oppożizzjoni minn grupp ta' "arkeologi, ambjentalisti u Druwidi moderni" skont in-National Geographic iżda ġie appoġġat minn oħrajn li riedu "jerġgħu jiksbu l-pajsaġġ oriġinali u jtejbu l-esperjenza għall-viżitaturi". L-oppożituri tal-pjan kienu mħassba li l-artefatti li jaf jinsabu taħt l-art fiż-żona jintilfu jew li t-tħaffir fiż-żona seta' jiddestabilizza l-ħaġriet, u jwassal biex ikomplu jinżlu taħt l-art, jiċċaqilqu ftit jew saħansitra jaqgħu.[121][122]
Fi Frar 2021, arkeologi ħabbru l-iskoperta ta' "ġabra vasta ta' artefatti Neolitiċi u ta' Żmien il-Bronż" waqt it-tħaffir għall-mina proposta tal-awtostrada ħdejn Stonehenge.[122] Instabu oqbra ta' Żmien il-Bronż, bċejjeċ tal-fuħħar tal-aħħar tan-Neolitiku u konfini f'għamla ta' C fis-sit maħsub tal-mina għat-traffiku qrib Stonehenge. Il-fdalijiet kienu jinkludu oġġett tax-shale f'wieħed mill-oqbra, żnied maħruq fil-konfini f'għamla ta' C u l-post funebri aħħari ta' tarbija.[123]
Oriġini tal-ħaġriet tas-sarsen u tal-ħaġriet fuq ġewwa
[immodifika | immodifika s-sors]F'Lulju 2020, studju mmexxi minn David Nash tal-Università ta' Brighton ikkonkluda li l-ħaġriet il-kbar tas-sarsen kienu "jaqblu direttament b'mod kimiku" ma' dawn li nstabu f'West Woods ħdejn Marlborough, Wiltshire, xi 25 km fit-Tramuntana ta' Stonehenge.[124] Kampjun, li ġie estratt oriġinarjament fl-1958, reċentement ġie rritornat. L-ewwel ġew analizzati t-tnejn u ħamsin ħaġra tas-sarsen b'metodi bħall-ispettrometrija tal-fluworexxenza bir-raġġi-X sabiex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni kimika tagħhom li żvelat li kienu pjuttost simili. Imbagħad il-kampjun ġie analizzat b'mod distruttiv u mqabbel ma' kampjuni ta' ħaġriet minn diversi postijiet fin-Nofsinhar tar-Renju Unit. Instab li ħamsin mit-tnejn u ħamsin ħaġra megalitika kienu jaqblu mal-ħaġriet tas-sarsen f'West Woods, u b'hekk ġiet identifikata l-oriġini probabbli tal-ħaġriet.[124][125][126]
Matul l-2017 u l-2018, skavi mit-tim tal-Professur Pearson (UCL) f'Waun Mawn, sit b'ċirku tal-ħaġar żgħir fl-Għoljiet ta' Preseli, żvelaw li s-sit oriġinarjament kien jospita ċirku tal-ħaġar b'dijametru ta' 110 metri bl-istess daqs taċ-ċirku tal-ħaġar fuq ġewwa ta' Stonehenge, orjentat ukoll lejn is-solstizju ta' nofs is-sajf.[32][33] Iċ-ċirku tal-ħaġar f'Waun Mawn kien fih ukoll ħofra minn waħda mill-ħaġriet li kellha għamla pentagonali distinta, qrib ħafna għall-ħaġra pentagonali fi Stonehenge (il-ħofra tal-ħaġra 91 f'Waun Mawn/il-ħaġra 62 fi Stonehenge). Id-datazzjoni tas-sedimenti tal-ħamrija fi ħdan il-ħofriet tal-ħaġar żvelat, permezz ta' luminixxenza stimolata b'mod ottiku (OSL), issuġġeriet li l-ħaġriet neqsin f'Waun Mawn kienu twaqqfu għall-ħabta tal-3400-3200 Q.K., u tneħħew madwar 300-400 sena wara, data li hija konsistenti mat-teoriji li l-istess ħaġriet kienu ġew imċaqilqa u ntużaw fi Stonehenge, qabel ma iktar 'il quddiem ġew organizzati mill-ġdid fil-pożizzjonijiet attwali tagħhom u ssupplimentati b'ħaġriet tas-sarsen lokali kif kien mifhum diġà.[32][33] L-attività umana f'Waun Mawn waqfet għall-ħabta tal-istess żmien li ssuġġeriet li xi nies jaf marru jgħixu lejn Stonehenge.[32][33] Ġie ssuġġerit ukoll li ħaġriet minn sorsi oħra jaf ġew miżjuda fi Stonehenge, forsi minn ċrieki tal-ħaġar oħra li ġew żarmati fir-reġjun.[32][33]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Stonehenge, Avebury u s-Siti Assoċjati ġew iddiżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[127] Fl-2008 kien hemm modifika żgħira fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Fl-2021 l-UNESCO kkonfermat it-tħassib tagħha dwar il-proġett ta' mina li suppost se jitwettaq u kkunsidrat li tqiegħed is-sit fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'periklu.[128]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[127]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Young, Christopher & Chadburn, Amanda & Bedu, Isabelle (July 2008). "Stonehenge World Heritage Site Management Plan". UNESCO: 18.
- ^ "BBC NEWS | Science/Nature | Dig pinpoints Stonehenge origins". web.archive.org. 2008-09-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-09-22. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b ċ d "Stonehenge may have been burial site for Stone Age elite, say archaeologists | Science | The Guardian". web.archive.org. 2013-09-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-09-09. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b ċ d e "Stonehenge: new study suggests landmark started life as a graveyard for the 'prehistoric elite' - Home News - UK - The Independent". web.archive.org. 2013-03-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-03-12. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "BBC News - Stonehenge builders travelled from far, say researchers". web.archive.org. 2013-03-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-03-10. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Scott, Julie; Selwyn, Tom (2010). Thinking Through Tourism. Berg. p. 191.
- ^ "History of Stonehenge | English Heritage". web.archive.org. 2016-06-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-02. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "National Trust | Stonehenge Landscape". web.archive.org. 2008-06-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-06-10. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Pitts, Mike (8 August 2008). "Stonehenge: one of our largest excavations draws to a close". British Archaeology (102): 13. ISSN 1357-4442.
- ^ "Study: Stonehenge was a burial site for centuries - USATODAY.com". web.archive.org. 2015-09-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-04. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b Oxford English Dictionary (2 ed.), Oxford: Oxford University Press (1989). "Stonehenge; henge".
- ^ Chippindale, C (2004), Stonehenge Complete, Londra: Thames and Hudson, ISBN 0-500-28467-9.
- ^ "English Heritage definition". Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-11-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Stonehenge - Neolithic England - The Age of the Megaliths". web.archive.org. 2009-05-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-05-30. Miġbur 2021-08-14.
- ^ "Stonehenge - National Geographic Magazine". web.archive.org. 2009-09-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-02-28. Miġbur 2021-08-14.
- ^ Mackay, Charles (1877). The Gaelic etymology of the languages of western Europe : and more especially of the English and Lowland Scotch and of their slang, cant, and colloquial dialects. London : Published for the author by N. Trübner.
- ^ "coir". Irishionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-14.
- ^ "Study: Stonehenge was a burial site for centuries - USATODAY.com". web.archive.org. 2015-09-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-04. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Exon, 30-31; Southern, Patricia, The Story of Stonehenge, Ch. 2 Archived 7 April 2018 at the Wayback Machine, 2012, Amberley Publishing Limited, ISBN 1-4456-1587-8, 978-1-4456-1587-5.
- ^ V. Gaffney u oħrajn. "Time and a Place: A luni-solar 'time-reckoner' from 8th millennium BC Scotland". Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-07-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Exon, 30.
- ^ "The New Discoveries at Blick Mead: the Key to the Stonehenge Landscape | University of Buckingham". web.archive.org. 2017-05-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-05-27. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "'The Cradle of Stonehenge'? Blick Mead - a Mesolithic Site in the Stonehenge Landscape". web.archive.org. 2017-01-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-01-16. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Webb, John (1665). Stone-Henge Restored with Observations on Rules of Architecture. London: Tho. Bassett. p. 17.
- ^ Charlton, Dr. Walter (1715). The Chorea Gigantum, Or, Stone-Heng Restored to the Danes. London: James Bettenham. p. 45.
- ^ "The New Discoveries at Blick Mead: the Key to the Stonehenge Landscape | University of Buckingham". web.archive.org. 2014-12-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-27. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b ċ Field, David; et al. (March 2010). "Introducing 'Stonehedge'". British Archaeology (111): 32–35. ISSN 1357-4442.
- ^ Cleal et al, 1996. Antiquity, 1996 Jun, Vol.70(268), pp. 463-465.
- ^ "BBC NEWS | UK | England | Wiltshire | Stonehenge 'older than believed'". web.archive.org. 2008-10-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Stonehenge Riverside Project". web.archive.org. 2008-10-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-10-26. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Christophe Snoeck; et al. (2 August 2018). "Strontium isotope analysis on cremated human remains from Stonehenge support links with west Wales". Scientific Reports. 8 (1): 10790.
- ^ a b ċ d e f Pearson, Mike Parker; Pollard, Josh; Richards, Colin; Welham, Kate; Kinnaird, Timothy. "The original Stonehenge? A dismantled stone circle in the Preseli Hills of west Wales". Antiquity (bl-Ingliż). 95 (379): 85–103.
- ^ a b ċ d e f CurryFeb. 11, rew; 2021; Pm, 7:01 (2021-02-11). "England's Stonehenge was erected in Wales first". Science | AAAS (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: ismijiet bħala numri: authors list (link)
- ^ John, Brian. "Stonehenge: glacial transport of bluestones now confirmed? (Press release)" (PDF). University of Leicester. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2012-09-04.
- ^ a b ċ Parker Pearson, Michael; et al. (December 2015). "Craig Rhos-y-felin: a Welsh bluestone megalith quarry for Stonehenge". Antiquity. 89 (348): 1331–1352.
- ^ "Megalith quarries for Stonehenge's bluestones | Antiquity | Cambridge Core". web.archive.org. 2019-03-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-03-06. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Dramatic discovery links Stonehenge to its original site – in Wales". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-02-12. Miġbur 2021-08-14.
- ^ Nash, David; Ciborowski, T. Jake R.; Ullyott, J. Stewart; Pearson, Mick Parker (29 July 2020). "Origins of the sarsen megaliths at Stonehenge". Science Advances. American Association for the Advancement of Acience. 5 (31): eabc0133.
- ^ Banton, Simon; Bowden, Mark; Daw, Tim; Grady, Damian; Soutar, Sharon (July 2013). "Patchmarks at Stonehenge". Antiquity. 88 (341): 733–739.
- ^ Pearson, Mike; Cleal, Ros; Marshall, Peter; Needham, Stuart; Pollard, Josh; Richards, Colin; Ruggles, Clive; Sheridan, Alison; Thomas, Julian; Tilley, Chris; Welham, Kate; Chamberlain, Andrew; Chenery, Carolyn; Evans, Jane; Knüsel, Chris (September 2007). "The Age of Stonehenge". Antiquity. 811 (313): 617–639.
- ^ a b Pearson, M. Parker (2005). Bronze Age Britain. pp. 63–67. ISBN 978-0-7134-8849-4.
- ^ "Stone Pages Archaeo News: Skeleton unearthed at Stonehenge was decapitated". web.archive.org. 2010-06-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-06-30. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Stonehenge a monument to unity, new theory claims - CBS News". web.archive.org. 2012-06-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-06-24. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Understanding Stonehenge: Two Explanations : Discovery News". web.archive.org. 2015-09-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-28. Miġbur 2021-08-14.
- ^ "Stonehenge". web.archive.org. 2015-04-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-04-24. Miġbur 2021-08-14.
- ^ "Stonehenge was built on solstice axis, dig confirms | UK news | The Guardian". web.archive.org. 2016-12-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-12-01. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Stonehenge revealed: Why Stones Were a "Special Place" | Stonehenge News and Information". web.archive.org. 2015-05-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-05-26. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ John Coles (2014), Archaeology by Experiment, Routledge, pp. 76–77, ISBN 9781317606086.
- ^ a b ċ "Stonehenge Facts, information, pictures | Encyclopedia.com articles about Stonehenge". web.archive.org. 2015-11-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-11-07. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UK experts say Stonehenge was place of healing - USATODAY.com". web.archive.org. 2015-10-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-10-06. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "The magic of Stonehenge: new dig finds clues to power of bluestones | Science | The Guardian". web.archive.org. 2013-10-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-10-02. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "BBC News - Stonehenge boy 'was from the Med'". web.archive.org. 2010-09-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-09-29. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Hawkins, GS (1966). Stonehenge Decoded. ISBN 978-0-88029-147-7.
- ^ Williams, Thomas; Koriech, Hana (2012). "Interview with Mike Parker Pearson". Papers from the Institute of Archaeology. 22: 39–47.
- ^ Pearson, Mike Parker; et al. (December 2015). "Craig Rhos-y-felin: a Welsh bluestone megalith quarry for Stonehenge". Antiquity. 89 (348): 1331–1352.
- ^ Nash, David; Ciborowski, T. Jake; Ullyott, J. Stewart; Pearson, Mike Parker; Darvill, Timothy; Greaney, Susan; Maniatis, Georgios; Whitaker, Katy A. (29 July 2020). "Origins of the sarsen megaliths at Stonehenge". Science Advances. 6 (31): eabc0133.
- ^ "Sonic Stones and Stonehenge: The Landscape Perception Project | Royal College of Art". web.archive.org. 2017-12-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-12-05. Miġbur 2021-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b ċ "Stonehenge: DNA reveals origin of builders - BBC News". web.archive.org. 2019-09-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-09-08. Miġbur 2021-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b Brace, Selina; Diekmann, Yoan; Booth, Thomas J.; van Dorp, Lucy; Faltyskova, Zuzana; Rohland, Nadin; Mallick, Swapan; Olalde, Iñigo; Ferry, Matthew; Michel, Megan; Oppenheimer, Jonas; Broomandkhoshbacht, Nasreen; Stewardson, Kristin; Martiniano, Rui; Walsh, Susan; Kayser, Manfred; Charlton, Sophy; Hellenthal, Garrett; Armit, Ian; Schulting, Rick; Craig, Oliver E.; Sheridan, Alison; Parker Pearson, Mike; Stringer, Chris; Reich, David; Thomas, Mark G.; Barnes, Ian (2019). "Ancient genomes indicate population replacement in Early Neolithic Britain". Nature Ecology & Evolution. 3 (5): 765–771.
- ^ Needham, S. (2005). "Transforming Beaker Culture in North-West Europe: processes of fusion and fission". Proceedings of the Prehistoric Society. 71: 171–217.
- ^ Barry W. Cunliffe, The Oxford Illustrated History of Prehistoric Europe. Oxford University Press, 2001. p. 254.
- ^ "HutchieArchaeology: Wessex Culture-an elitist sub group?". web.archive.org. 2019-08-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-08-25. Miġbur 2021-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Bradley, Richard (2007). The prehistory of Britain and Ireland. Cambridge, UK: Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-84811-4. p. 146.
- ^ a b Stanford, Peter (2011). The Extra Mile: A 21st century Pilgrimage. Bloomsbury Publishing. p. 20.
- ^ Stevens, Edward (July 1866). "Stonehenge and Abury". The Gentleman's Magazine and Historical Review. Vol. 11. Londra: Bradbury, Evans & Co. p. 69.
- ^ Measuring Time: Teacher's Guide. Burlington, NC: National Academy of Sciences. 1994. p. 173. ISBN 978-0-89278-707-4.
- ^ Andrew Oliver, ed. (1972). "July 1776". The Journal of Samuel Curwen, loyalist. 1. Harvard University Press. p. 190. ISBN 978-0-674-48380-4.
- ^ "Jeffery of Monmouth's Account of Stonehenge". A Description of Stonehenge on Salisbury Plain. Salisbury: J Easton. 1809. p. 5.
- ^ Brewer, Ebenezer Cobham. Brewer's Dictionary of Phrase and Fable. New York: Harper and Brothers. p. 380.
- ^ Warne, Charles, 1872, Ancient Dorset. Bournemouth.
- ^ "Historia Regum Britanniae, Book 8, ch. 10".
- ^ Ring, Trudy (editur). International Dictionary of Historic Places, Volume 2: Northern Europe. Routledge, 1995. pp. 34-35.
- ^ Dames, Michael. Ireland: A Sacred Journey. Element Books, 2000. p. 190.
- ^ Alberge, Dalya. "Dramatic Stonehenge discovery boosts 'Irish' account of its origins". The Irish Times (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-15.
- ^ Drawing on the writings of Nennius, the tale is noted in Spenser's Faerie Queene, and given further circulation in William Dugdale's Monasticon Anglicanum of 1655. Sors: The illustrated guide to Old Sarum and Stonehenge. Salisbury, England: Brown and Company. 1868. pp. 35–39.
- ^ "Joysticks and Fiddlesticks: (the Unofficial History of a Flying Kangaroo) Or ... - Francis Stewart Briggs, S. H. Harris - Google Books". web.archive.org. 2016-01-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-01. Miġbur 2021-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ dhwty. "Cecil Chubb: The Man Who Bought Stonehenge". www.ancient-origins.net (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-15.
- ^ a b "Stonehenge". web.archive.org. 2009-06-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-06-25. Miġbur 2021-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ The London Mercury, Vol. XVII, No. 98, 1927.
- ^ English Heritage. "The Future of Stonehenge: Public consultation" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-12-02. Miġbur 2021-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Hutton 2009. p. 323.
- ^ Hutton 2009. pp. 321–322.
- ^ MacLeod, Nicola E.; Aitchison, Cara; Shaw, Stephen Joseph (2000). Leisure and tourism landscapes: social and cultural geographies. New York: Routledge. pp. 103–104. ISBN 978-0-415-27166-0.
- ^ "Air Force Academy adapts to pagans, druids, witches and Wiccans - Los Angeles Times". web.archive.org. 2012-09-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-09-20. Miġbur 2021-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Rivers, Julian (2010). The Law of Organized Religions: Between Establishment and Secularism. Oxford University Press. p. 231.
- ^ a b "Summer solstice: How the Stonehenge battles faded - BBC News". web.archive.org. 2018-07-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-07-21. Miġbur 2021-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "BBC News - Summer solstice: How the Stonehenge battles faded". web.archive.org. 2015-02-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-02-28. Miġbur 2021-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Freedom of Thought, Conscience and Religion" (PDF).
- ^ a b ċ d English, Penny (1 June 2002). "Disputing stonehenge: Law and access to a national symbol". Entertainment Law. 1 (2): 1–22.
- ^ "The World Archaeological Congress". web.archive.org. 2008-05-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-15. Miġbur 2021-08-16.
- ^ "Planning Your Visit to Stonehenge : Planning Your Visit : Visit Stonehenge : Properties : Days Out & Events : English Heritage". web.archive.org. 2008-02-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-02-10. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Local Residents Pass". English Heritage. Miġbur 2021-08-16.
- ^ "Troubled Stonehenge 'lacks magic' - This Britain, UK - The Independent". web.archive.org. 2009-12-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-12-20. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "House of Commons Hansard Debates for 06 Dec 2007 (pt 0003)". web.archive.org. 2017-11-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-11-20. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "BBC NEWS | England | Wiltshire | Stonehenge centre gets go-ahead". web.archive.org. 2009-05-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-05-18. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Morris, Steven (19 November 2010). "Stonehenge development saved by lottery's £10m". The Guardian. UK. p. 14.
- ^ "BBC News - Stonehenge permanent road closure work begins". web.archive.org. 2013-06-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-06-28. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "End in sight after 'decades of dithering' as Government steps in to help secure future for Stonehenge". web.archive.org. 2011-10-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Stonehenge Visitor Centre by Denton Corker Marshall opens tomorrow". web.archive.org. 2013-12-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-12-17. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Stukeley, William, 1740, Stonehenge A Temple Restor'd to the British Druids, Londra.
- ^ Wood, John, 1747, Choir Guare, Vulgarly called Stonehenge, on Salisbury Plain, Oxford.
- ^ a b Johnson, Anthony (2008). Solving Stonehenge: The New Key to an Ancient Enigma. Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-05155-9.
- ^ "Silent Earth: Restorations at Stonehenge". www.silentearth.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-16.
- ^ a b "Y AND Z HOLES". web.archive.org. 2009-02-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-02-28. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Concrete evidence - 09 January 2001 - New Scientist". web.archive.org. 2010-09-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-09-23. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Stonehenge Rebuilt". web.archive.org. 2008-03-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-03-09. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Richards, Julian C. (2004). Stonehenge: A History in Photographs. Londra: English Heritage. ISBN 978-1-85074-895-3.
- ^ "BBC News | SCI/TECH | Stonehenge execution revealed". web.archive.org. 2008-04-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-04-13. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Whittle, Alasdair (1996). "Eternal stones: Stonehenge completed". Antiquity. 70 (268): 463–465.
- ^ "StonehengeBones - epetition response | Number10.gov.uk". web.archive.org. 2009-10-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-02. Miġbur 2021-08-16.
- ^ "Statement on burial law and archaeology" (PDF). web.archive.org. 2009-11-11. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-11-11. Miġbur 2021-08-16.
- ^ "A new henge discovered at Stonehenge". web.archive.org. 2012-07-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-11. Miġbur 2021-08-16.
- ^ Gaffney, C.; Gaffney, V.; Neubauer, W.; Baldwin, E.; Chapman, H.; Garwood, P.; Moulden, H.; Sparrow, T.; Bates, R.; Löcker, K.; Hinterleitner, A.; Trinks, I.; Nau, E.; Zitz, T.; Floery, S.; Verhoeven, G.; Doneus, M. (2012). "The Stonehenge Hidden Landscapes Project". Archaeological Prospection. 19 (2): 147.
- ^ "Cosmic Log - Pits add to Stonehenge mystery". web.archive.org. 2011-12-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-01. Miġbur 2021-08-16.
- ^ a b "Discoveries provide evidence of a celestial procession at Stonehenge". web.archive.org. 2012-01-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-01-18. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Birmingham archaeologists turn back clock at Stonehenge". web.archive.org. 2012-01-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-01-18. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Scientists discover source of rock used in Stonehenge's first circle | News | The Independent". web.archive.org. 2016-03-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Press Releases | National Museum Wales". web.archive.org. 2013-06-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-06-20. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Video: Technology unearths 17 new monuments at Stonehenge - Telegraph". web.archive.org. 2015-02-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-14. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "What Lies Beneath Stonehenge? | History | Smithsonian". web.archive.org. 2014-10-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-10-19. Miġbur 2021-08-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Controversial tunnel under Stonehenge approved over archaeologists' objections". History (bl-Ingliż). 2020-11-12. Miġbur 2021-08-16.
- ^ a b "Archaeological Excavations Near Stonehenge Have Turned Up Ancient Graves and Scores of Other Fascinating Discoveries". news.artnet.com. Miġbur 2021-08-16.
- ^ "Archaeologists unearth bronze age graves at Stonehenge tunnel site". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-02-04. Miġbur 2021-08-16.
- ^ a b "Stonehenge: Sarsen stones origin mystery solved". BBC News (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-16.
- ^ "Origin of Stonehenge's huge standing stones discovered". ITV News (bl-Ingliż). 2020-07-29. Miġbur 2021-08-16.
- ^ Lu, Donna. "We've finally figured out where Stonehenge's giant boulders came from". New Scientist (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-16.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Stonehenge, Avebury and Associated Sites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-14.
- ^ "Why could Stonehenge be stripped of world heritage site status?". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-07-23. Miġbur 2021-08-14.