Baħar Eġew

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Baħar Eġew.

Il-Baħar Eġew (mill-Grieg: Αιγαίον Πέλαγος, Aigaion Pelagos) jinsab fil-Baħar Mediterran, bejn il-peniżola Griega u Anatolja fl-Asja Minuri. Ifiġġ fil-Baħar Marmara u fil-Baħar l-Iswed permezz tad-Dardanelli u tal-Bosforu.