Edinburgu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Veduta taċ-ċentru storiku ta' Edinburgu

Edinburgu (pronunzja bl-Ingliż: /ˈɛdɪnbərə/[1][2][3]; bl-Ingliż u bl-Iskoċċiż: Edinburgh; bil-Gaeliku Skoċċiż: Dùn Èideann [ˈt̪uːn ˈeːtʲən̪ˠ]) hija l-belt kapitali tal-Iskozja u waħda mit-32 żona tal-kunsilli tagħha. Storikament kienet parti mill-kontea ta' Midlothian (b'mod interkambjabblii Edinburghshire qabel l-1921)[4], u tinsab f'Lothian fix-xatt tan-Nofsinhar tal-Firth of Forth. Edinburgu hija t-tieni l-iktar belt popolata fl-Iskozja u s-sbatax-il belt l-iktar popolata fir-Renju Unit.

Rikonoxxuta bħala l-kapitali tal-Iskozja mill-inqas mis-seklu 15, Edinburgu hija s-sede tal-Gvern Skoċċiż, tal-Parlament Skoċċiż u tal-ogħla qrati fl-Iskozja. Il-Palazz ta' Holyroodhouse fil-belt huwa r-residenza uffiċjali tal-monarka tal-Iskozja. Il-belt ilha ċentru tal-edukazzjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-mediċina, il-liġi Skoċċiża, il-letteratura, il-filosofija, ix-xjenzi u l-inġinerija. Hija t-tieni l-ikbar ċentru finanzjarju fir-Renju Unit, u l-attrazzjonijiet storiċi u kulturali tal-belt wassluha biex tkun it-tieni l-iktar destinazzjoni fir-Renju Unit li jżuruha t-turisti. Fl-2018 attirat madwar 4.9 miljun turist, inkluż 2.4 miljun minn pajjiżi 'l barra mir-Renju Unit.[5][6]

Is-Sala tal-Kirurgi hija waħda mill-binjiet li wasslu biex Edinburgu ssir magħrufa bil-laqam ta' "Ateni tat-Tramuntana".

Huwa stmat li l-popolazzjoni uffiċjali ta' Edinburgu hija ta' 488,050 ruħ (lejn nofs l-2016) għal-lokalità ta' Edinburgu[7], 518,500 ruħ (lejn nofs l-2019) għaż-żona tal-kunsill tal-Belt ta' Edinburgu[8], u 1,339,380 ruħ (fl-2014) għar-reġjun usa' tal-belt.[9] Edinburgu tinsab fil-qalba tar-reġjun tal-belt ta' Edinburgu u tax-Xlokk tal-Iskozja li jinkludi l-Lvant ta' Lothian, Edinburgu, Fife, Midlothian, il-Fruntieri Skoċċiżi u l-Punent ta' Lothian.[10]

Kull sena fil-belt issir l-Assemblea Ġenerali tal-Knisja tal-Iskozja. Tospita istituzzjonijiet kulturali nazzjonali bħall-Mużew Nazzjonali tal-Iskozja, il-Librerija Nazzjonali u l-Gallerija Nazzjonali Skoċċiża. L-Università ta' Edinburgu, li ġiet stabbilita fl-1582 u issa waħda minn tlieta fil-belt, hija kklassifikata fis-16-il post fil-Klassifiki Universitarji Dinjin tal-QS għall-2022.[11] Il-belt hija magħrufa wkoll għall-Festival Internazzjonali Annwali ta' Edinburgu, il-Military Tatoo Annwali tal-Forzi Armati u The Fringe. Dan tal-aħħar huwa l-ikbar festival internazzjonali annwali tal-arti fid-dinja. Fost is-siti storiċi f'Edinburgu hemm il-Kastell ta' Edinburgu, il-Palazz ta' Holyroodhouse, il-knejjes ta' St. Giles, Greyfriars u Canongate, u r-Raħal il-Ġdid Ġorġjan li nbena fis-sekli 18-19. Iċ-ċentru storiku u r-raħal il-ġdid ta' Edinburgu[12] flimkien huma mniżżla fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[13]

Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

"Edin", l-għerq tal-isem tal-belt, joriġina minn Eidyn, l-isem tar-reġjun bil-Kumbrijan, il-lingwa Ċeltika Brittonika li kienet tiġi mitkellma hemmhekk. It-tifsira tal-isem mhijiex magħrufa. Id-distrett ta' Eidyn kien iċċentrat fuq il-fortizza ta' Din Eidyn, il-forti fl-għolja ta' Eidyn.[14] Din il-fortizza jingħad li kienet tinsab fuq il-Blata tal-Kastell, li issa hija s-sit tal-Kastell ta' Edinburgu. Eidyn ġiet maħkuma mill-Angoli ta' Bernicia fis-seklu 7 u iktar 'il quddiem ġiet okkupata mill-Iskoċċiżi fis-seklu 10.[15] Peress li l-lingwa nbidlet għall-Ingliż Antik ta' Northumbria, li evolva fl-Iskoċċiż, il-kelma Brittonika din f'Din Eidyn ġiet sostitwita b'burh, u ġiet prodotta l-kelma Edinburgu. B'mod simili, din saret dùn fil-Gaeliku Skoċċiż, u ġiet prodotta Dùn Èideann.[16]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Storja bikrija[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Siġġu ta' Arturu fl-isfond ta' Edinburgu, wieħed mill-eqdem siti fejn instabu traċċi ta' abitazzjoni umana fiż-żona.

L-iktar insedjament uman bikri magħruf fiż-żona ta' Edinburgu kien f'Cramond, fejn instabet evidenza ta' sit Mesolitiku datat għall-ħabta ta' 8500 Q.K.[17] Instabu wkoll traċċi ta' insedjamenti ta' Żmien il-Bronż u ta' Żmien il-Ħadid fejn il-Blata tal-Kastell (bl-Ingliż: Castle Rock), is-Siġġu ta' Arturu (bl-Ingliż: Arthur's Seat), l-Għolja ta' Craiglockhart u l-Għoljiet ta' Pentland.[18]

Meta r-Rumani waslu f'Lothian fl-aħħar tal-ewwel seklu W.K., sabu tribù Ċeltika Brittonika li rreġistraw fid-dokumenti antiki bħala l-Votadini.[19] Il-Votadini baqgħu fi tranżizzjoni fi ħdan ir-renju ta' Gododdin fil-Medju Evu Bikri, u Eidyn kienet isservi bħala wieħed mid-distretti tar-renju. Matul dan il-perjodu, is-sit tal-Blata tal-Kastell, li hu maħsub li kien il-fortizza ta' Din Eidyn, feġġ bħala ċ-ċentru maġġuri tar-renju.[20] Il-poeżija Medjevali Y Gododdin tiddeskrivi gwerra fejn inġemgħu bosta nies mid-dinja Brittonika f'Eidyn qabel assedju; dan jista' jkun li jiddeskrivi avveniment storiku li seħħ għall-ħabta tas-600 W.K.

Il-Monument ta' Scott

Fis-638, il-fortizza ta' Gododdin ġiet assedjata minn forzi li kienu leali għar-Re Oswald ta' Northumbria, u lejn dak iż-żmien, il-kontroll ta' Lothian għadda f'idejn l-Angoli. L-influwenza tagħhom kompliet għat-tliet sekli ta' wara sa madwar id-950, meta, matul ir-renju ta' Indulf, iben Kostantinu II, il-"burh" (fortizza), li ssemmiet fil-Ġrajja tal-Pitti tas-seklu 10 bħala oppidum Eden, ġie abbandunat mill-Iskoċċiżi. Minn dak iż-żmien 'il quddiem, baqa' taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

Il-fortizza rjali ġiet stabbilita mir-Re David I fil-bidu tas-seklu 12 fuq art ta' sjieda tal-Kuruna, għalkemm id-data preċiża mhijiex magħrufa. L-ewwel evidenza dokumentarja tal-fortizza Medjevali hija dokument irjali tal-ħabta tal-1124-1127, fejn ir-Re David I jagħti biċċa art fil-burgo meo de Edenesburg lill-Pirjol ta' Dunfermline. F'nofs is-seklu 14, il-kronista Franċiż Jean Froissart iddeskriviha bħala l-kapitali tal-Iskozja (madwar l-1365), u Ġakbu III (1451-1488) irrefera għaliha fis-seklu 15 bħala "l-fortizza prinċipali tar-renju tagħna". Minkejja l-qerda kkawżata mill-assedju Ingliż fl-1544, ir-raħal bil-mod il-mod irkupra, u kien fil-qalba tal-avvenimenti storiċi fir-Riformazzjoni Skoċċiża tas-seklu 16 u l-Gwerer tal-Patt tas-seklu 17.

Seklu 17[immodifika | immodifika s-sors]

Edinburgu fis-seklu 17

Fl-1603, ir-Re Ġakbu VI tal-Iskozja kien is-suċċessur fuq it-tron Ingliż, u għaqqad il-kuruni tal-Iskozja u tal-Ingilterra f'unjoni personali magħrufa bħala l-Unjoni tal-Kuruni, għalkemm l-Iskozja baqgħet renju separat, fl-aspett l-oħra kollha. Fl-1638, ir-Re Karlu I pprova jdaħħal forom tal-Knisja Anglikana fl-Iskozja u ntlaqa' minn oppożizzjoni qalila mill-Presbiteri li laħqet il-qofol tagħha fil-kunflitti tal-Gwerer tat-Tliet Renji. L-appoġġ Skoċċiż sussegwenti biex Charles Stuart jerġa' jitqiegħed fuq it-tron tal-Ingilterra rriżultaw fl-okkupazzjoni ta' Edinburgu mill-forzi tal-Commonwealth tal-Ingilterra ta' Oliver Cromwell – l-Armata tal-Mudell il-Ġdid – fl-1650.

Fis-seklu 17, il-konfini ta' Edinburgu kienu għadhom definiti mis-swar difensivi tal-belt. B'riżultat ta' dan, il-popolazzjoni dejjem tikber tal-belt ġiet moqdija billi żdied l-għoli tal-binjiet residenzjali b'filati addizzjonali. Binjiet bi 11-il sular jew iktar kienu xi ħaġa komuni, u ġew deskritti bħala l-pijunieri tal-iskyscrapers moderni. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-istrutturi antiki ġew sostitwiti bil-binjiet prevalentement Vittorjani li għad hemm sa llum fiċ-ċentru storiku jew il-Belt l-Antika. Fl-1611, att tal-Parlament ħoloq il-Kuntistabbli Għoljin ta' Edinburgu biex iżommu l-ordni fil-belt. Huwa maħsub li dawn x'aktarx huma l-eqdem forza statutorja tal-pulizija fid-dinja.

Seklu 18[immodifika | immodifika s-sors]

Pittura ta' Edinburgu bil-Katidral ta' San Giles fl-isfond fl-aħħar tas-seklu 18

Wara t-Trattat tal-Unjoni fl-1706, the Parlamenti tal-Ingilterra u tal-Iskozja għaddew l-Atti tal-Unjoni fl-1706 u fl-1707 rispettivament, u għaqdu ż-żewġ renji fir-Renju tal-Gran Brittanja effettivament mill-1 ta' Mejju 1707. B'konsegwenza ta' dan, il-Parlament tal-Iskozja sar ħaġa waħda mal-Parlament tal-Ingilterra biex jissawwar il-Parlament tal-Gran Brittanja, li kien jiltaqa' f'Westminster f'Londra. L-Unjoni ġiet opposta minn ħafna Skoċċiżi, u dan irriżulta f'irvelli fil-belt.

Sal-ewwel nofs tas-seklu 18, Edinburgu ġiet deskritta bħala waħda mill-iktar bliet b'popolazzjoni densa, iffullati u mhux iġjeniċi fl-Ewropa. Il-viżitaturi kien jistagħġbu mill-fatt li d-diversi klassijiet soċjali kienu jikkondividu l-istess spazju urban, u saħansitra jgħixu fl-istess binjiet xi kultant; għalkemm xorta kien hemm xi forma ta' segregazzjoni soċjali, fejn tal-ħwienet u n-negozjanti kienu jgħixu l-iktar fil-kantini jew fil-kmamar tal-bejt b'kera rħisa, filwaqt li l-klassijiet professjonali iktar għonja kienu jgħixu fis-sulari tan-nofs li kienu jiswew l-iktar flus.

Matul ir-rewwixta Ġakobita tal-1745, Edinburgu għal żmien qasir kienet okkupata mill-"Armata tal-Highlands" Ġakobita qabel l-avvanzar tagħha fl-Ingilterra. Wara t-telfa eventwali li ġarrbet f'Culloden, kien hemm perjodu ta' alternanza bejn tpattijiet u ta' paċifikazzjoni, diretti l-iktar lejn il-klans ribellużi. F'Edinburgu, il-Kunsill tal-Belt, li kien ħerqan biex jemula lil Londra u jagħti bidu għat-titjib u għall-espansjoni tal-belt lejn it-Tramuntana tal-kastell, afferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu fl-Unjoni u l-lealtà lejn il-monarka ta' Hannover, Ġorġ III, permezz tal-għażla tal-ismijiet tat-toroq tar-Raħal il-Ġdid: pereżempju, Triq il-Ward (bl-Ingliż: Rose Street) u Triq ix-Xtieli Mxewkin (bl-Ingliż: Thistle Street); u għall-familja rjali, Triq Ġorġ (bl-Ingliż: George Street), Triq ir-Reġina (bl-Ingliż: Queen Street), Triq Hannover (bl-Ingliż: Hanover Street), Triq Federiku (bl-Ingliż: Frederick Street) u Triq il-Prinċpijiet (bl-Ingliż: Princes Street) bħala ġieħ għaż-żewġt itfal tar-Re Ġorġ.

Ritratt tal-Kastell ta' Edinburgu mis-Suq tal-Ħaxix meħud minn George Washington Wilson fl-1865

Fit-tieni nofs tas-seklu, il-belt kienet fil-qalba tal-Illuminiżmu Skoċċiż, meta ħassieba bħal David Hume, Adam Smith, James Hutton u Joseph Black kienu persuni familjari fit-toroq tal-belt. Edinburgu saret ċentru intellettwali maġġuri, u b'hekk kienet magħrufa wkoll bil-laqam "Ateni tat-Tramuntana", minħabba l-bosta binjiet Neo-klassiċi tagħha u r-reputazzjoni li kellha għall-apprendiment u għat-tagħlim, li kienet tfakkar f'Ateni tal-qedem. Fir-rumanz tas-seklu 18 The Expedition of Humphry Clinker (bil-Malti: L-Ispedizzjoni ta' Humphry Clinker) ta' Tobias Smollett, karattru jiddeskrivi lil Edinburgu bħala "art għammiela ta' ġenji". Edinburgu kienet ukoll ċentru maġġuri għall-bejgħ tal-kotba Skoċċiżi. Il-bejjiegħ tal-kotba ta' suċċess f'Londra, Andrew Millar, għamel apprendistat lil James McEuen.

Mis-snin 70 tas-seklu 18 'il quddiem, il-klassijiet professjonali u tan-negozju ma baqgħux jgħixu fir-Raħal l-Antik u minflok marru jgħixu f'residenzi iktar eleganti għal "familja waħda" fir-Raħal il-Ġdid. Din kienet migrazzjoni li bidlet il-karattru soċjali tal-belt ta' taħt fuq. Skont l-ewwel storiku li kiteb dwar dan l-iżvilupp, "l-Unità tas-sentiment soċjali kienet wirt ta' valur kbir fir-Raħal l-Antik ta' Edinburgu, u l-fatt li għebet ġie mmaqdar sew".

Sekli 19 u 20[immodifika | immodifika s-sors]

Ritratt ta' Edinburgu mill-ajru fl-1920

Minkejja għajdut bla bażi li kien jgħid il-kontra ta' dan, Edinburgu saret ċentru industrijali bl-industriji tradizzjonali tagħha tal-istamperiji, tal-birreriji, u tad-distilleriji li baqgħu jikbru sas-seklu 19. Barra minn hekk, issieħbu industriji oħra bħall-produzzjoni tal-lastiku, l-inġinerija u oħrajn. Sal-1821, Edinburgu saret it-tieni l-iktar belt kbira fl-Iskozja wara Glasgow. Iċ-ċentru tal-belt bejn Triq il-Prinċpijiet u Triq Ġorġ saret distrett kummerċjali ewlieni u bil-ħwienet, żvilupp li ġie parzjalment xprunat mill-wasla tal-linji ferrovjarji fis-snin 40 tas-seklu 19. Ir-Raħal l-Antik kulma jmur ġie mitluq iktar, u xejn inqas minn "mandraġġ" iffullat b'rati għoljin ta' mortalità. It-titjib li twettaq taħt il-Lord Provost William Chambers fis-snin 60 tas-seklu 19 witta t-triq għat-trasformazzjoni taż-żona fir-Raħal l-Antik prevalentement Vittorjan kif inhu llum. Sar iktar titjib fil-bidu tas-seklu 20 bħala riżultat tax-xogħol ta' Patrick Geddes, iżda l-istaġnar ekonomiku relattiv matul iż-żewġ gwerer dinjin u wara wassal biex ir-Raħal l-Antik reġa' qabad it-triq tan-niżla, sakemm it-tneħħija tal-"mandraġġ" fis-snin 60 u 70 tas-seklu 20 ma bdietx tagħmel tajjeb għal dan il-proċess. L-iżviluppi tal-binjiet universitarji li ttrasformaw iż-żoni tal-Pjazza ta' Ġorġ (bl-Ingliż: George Square) u ta' Potterrow kienu kontroversjali ferm.

Il-Mil Irjali (bl-Ingliż: Royal Mile) huwa għadd ta' toroq dritti waħda wara l-oħra li jiffurmaw it-triq prinċipali fir-Raħal l-Antik ta' Edinburgu.

Mis-snin 90 tas-seklu 20, "distrett finanzjarju" ġdid, inkluż iċ-Ċentru tal-Konferenzi Internazzjonali ta' Edinburgu, kiber l-iktar fuq proprjetà mġarrfa tal-linji ferrovjarji fil-Punent tal-kastell sa Fountainbridge, subborg industrijali mitluq tas-seklu 19 li għadda minn bidla radikali mis-snin 80 tas-seklu 20 bl-għeluq tal-istabbilimenti industrijali u tal-birreriji. Dan l-iżvilupp kontinwu ppermetta lil Edinburgu żżomm il-post tagħha bħala t-tieni l-ikbar ċentru finanzjarju u amministrattiv tar-Renju Unit wara Londra. Is-servizzi finanzjarji issa jirrappreżentaw terz tal-ispazju kummerċjali bl-uffiċini fil-belt. L-iżvilupp tal-Park ta' Edinburgu (bl-Ingliż: Edinburgh Park), park kummerċjali u teknoloġiku ġdid ta' 38 akru (15 ha), erba' mili (6 km) fil-Punent taċ-ċentru tal-belt, ikkontribwixxa wkoll għall-istrateġija tal-Kunsill Distrettwali biex ikun hemm riġenerazzjoni ekonomika maġġuri.

Fl-1998, l-Att dwar l-Iskozja, li daħal fis-seħħ is-sena ta' wara, stabbilixxa Parlament Skoċċiż devolut u Eżekuttiv Skoċċiż (li sar magħruf bħala l-Gvern Skoċċiż minn Settembru 2007). It-tnejn għandhom is-sede tagħhom f'Edinburgu, u huma responsabbli għall-iggvernar tal-Iskozja, filwaqt li materji riżervati bħad-difiża, l-affarijiet barranin u xi elementi tat-taxxa fuq l-introjtu huma responsabbiltà tal-Parlament tar-Renju Unit f'Londra.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kastell ta' Edinburgu

Ir-Raħal l-Antik u r-Raħal il-Ġdid ta' Edinburgu ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.[13]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[13]

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Pajsaġġ urban[immodifika | immodifika s-sors]

Veduta panoramika ta' Edinburgu mill-Għolja ta' Blackford
Veduta panoramika tal-belt mill-Kastell ta' Edinburgu
Veduta panormaika tar-Raħal l-Antik ta' Edinburgu

Klima[immodifika | immodifika s-sors]

Data klimatika għall-Edinburgu (RBGE), elevazzjoni: 23 m (75 ft), temp. normali 1981-2010, temp. estremi 1960-sal-preżent
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord °C (°F) 15.0

(59.0)

15.2

(59.4)

20.0

(68.0)

22.8

(73.0)

29.0

(84.2)

27.8

(82.0)

31.6

(88.9)

31.4

(88.5)

26.7

(80.1)

24.4

(75.9)

20.6

(69.1)

15.4

(59.7)

31.6

(88.9)

Temp. medja °C (°F) 7.0

(44.6)

7.5

(45.5)

9.5

(49.1)

11.8

(53.2)

14.7

(58.5)

17.2

(63.0)

19.1

(66.4)

18.9

(66.0)

16.5

(61.7)

13.1

(55.6)

9.6

(49.3)

7.0

(44.6)

12.7

(54.9)

Temp. medja ta' kuljum °C (°F) 4.2

(39.6)

4.5

(40.1)

6.2

(43.2)

8.1

(46.6)

10.8

(51.4)

13.5

(56.3)

15.3

(59.5)

15.2

(59.4)

13.0

(55.4)

9.8

(49.6)

6.7

(44.1)

4.2

(39.6)

9.3

(48.7)

Temp. baxxa medja °C (°F) 1.4

(34.5)

1.5

(34.7)

2.8

(37.0)

4.3

(39.7)

6.8

(44.2)

9.7

(49.5)

11.5

(52.7)

11.4

(52.5)

9.4

(48.9)

6.5

(43.7)

3.7

(38.7)

1.3

(34.3)

5.9

(42.6)

Temp. baxxa rekord °C (°F) −15.5

(4.1)

−11.7

(10.9)

−11.1

(12.0)

−6.1

(21.0)

−2.4

(27.7)

1.1

(34.0)

4.4

(39.9)

2.2

(36.0)

−1.1

(30.0)

−3.7

(25.3)

−8.3

(17.1)

−11.5

(11.3)

−15.5

(4.1)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 67.5

(2.66)

47.0

(1.85)

51.7

(2.04)

40.5

(1.59)

48.9

(1.93)

61.3

(2.41)

65.0

(2.56)

60.2

(2.37)

63.7

(2.51)

75.6

(2.98)

62.1

(2.44)

60.8

(2.39)

704.3

(27.73)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 12.5 9.4 9.9 8.8 9.6 9.6 9.5 9.7 10.2 12.4 11.2 11.4 124.2
Sigħat medji ta' xemx fix-xahar 53.5 78.5 114.8 144.6 188.4 165.9 172.2 161.5 128.8 101.2 71.0 46.2 1,426.6
Indiċi ultravjola medju 0 1 2 3 5 5 5 5 3 1 1 0 3
Sors: Met Office, KNMI u Weather Atlas
Data klimatika għall-Edinburgu (Gogarbank), elevazzjoni: 57 m (187 ft), temp. normali 1981-2010
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 6.6

(43.9)

7.0

(44.6)

9.0

(48.2)

11.6

(52.9)

14.6

(58.3)

17.2

(63.0)

19.2

(66.6)

19.1

(66.4)

16.6

(61.9)

12.9

(55.2)

9.2

(48.6)

6.6

(43.9)

12.5

(54.5)

Temp. medja ta' kuljum °C (°F) 3.9

(39.0)

4.2

(39.6)

5.8

(42.4)

7.9

(46.2)

10.6

(51.1)

13.2

(55.8)

15.1

(59.2)

15.0

(59.0)

12.9

(55.2)

9.6

(49.3)

6.4

(43.5)

3.9

(39.0)

9.0

(48.2)

Temp. baxxa medja °C (°F) 1.1

(34.0)

1.3

(34.3)

2.6

(36.7)

4.1

(39.4)

6.5

(43.7)

9.1

(48.4)

10.9

(51.6)

10.8

(51.4)

9.2

(48.6)

6.2

(43.2)

3.6

(38.5)

1.1

(34.0)

5.6

(42.1)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 76.3

(3.00)

53.8

(2.12)

55.9

(2.20)

46.1

(1.81)

49.0

(1.93)

61.5

(2.42)

64.1

(2.52)

67.8

(2.67)

58.0

(2.28)

84.5

(3.33)

73.7

(2.90)

63.6

(2.50)

754.2

(29.69)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 13.6 9.8 11.8 9.8 11.4 10.4 10.2 11.2 10.4 12.8 13.0 12.9 137.2
Sigħat medji ta' xemx fix-xahar 45.5 69.6 106.9 136.3 188.3 154.1 170.7 149.0 125.5 96.1 65.2 35.3 1,342.7
Sors: Met Office
  1. ^ L-istazzjon tat-tbassir tat-temp jinsab 0.9 mili (1.4 km) miċ-ċentru tal-belt ta' Edinburgu.
  2. ^ L-istazzjoni tat-tbassir tat-temp jinsab 5.9 mili (9.5 km) miċ-ċentru tal-belt ta' Edinburgu.

Demografija[immodifika | immodifika s-sors]

Grupp etniku 2001 2011
Ammont % Ammont %
Bojod: Skoċċiżi 354,053 78.9% 334,987 70.2%
Bojod: Brittaniċi oħra 51,407 11.4% 56,132 11.7%
Bojod: Irlandiżi 6,470 1.4% 8,603 1.8%
Bojod: oħra 18,439 4.1% 37,445 7.9%
Bojod: total 430,369 95.9% 437,167 91.7%
Asjatiċi: 11,600 2.5% 26,264 5.5%
Afrikani: 1,285 0.2% 4,474 0.9%
Mill-Karibew/Karnaġġjon Sewda: 292† <0.1% 1,031 0.2%
Imħallta: 2,776 0.6% 4,087 0.8%
Oħrajn mhux bojod: 2,302 0.5% 3,603 0.8%
Mhux bojod: total 18,255 4.0% 39,459 8.2%
Total 448,624 100.00% 476,626 100.00%
† Mill-Karibew imqabbla ma' Suwed mill-Karibew

Il-proporzjon ta' nies imwielda 'l barra mir-Renju Unit kien 15.9 % meta mqabbel ma' 8 % fl-2001.

Post tat-twelid Stima tal-popolazzjoni residenti (2011)
Il-Polonja 11,651
L-Indja 4,888
L-Irlanda 4,743
Iċ-Ċina Kontinentali 4,188
L-Istati Uniti 3,700
Il-Ġermanja 3,500
Il-Pakistan 2,472
L-Awstralja 2,100
Franza 2,000
Spanja 2,000
L-Afrika t'Isfel 1,800
Il-Kanada 1,800
Hong Kong 1,600
Mappa tad-densità tal-popolazzjoni f'Edinburgu skont iċ-ċensiment tal-2011

Popolazzjoni storika[immodifika | immodifika s-sors]

1801-1951
Sena Pop. ± %
1801 82,560 —    
1811 102,987 +24.7%
1821 138,235 +34.2%
1831 161,909 +17.1%
1841 166,450 +2.8%
1851 193,929 +16.5%
1901 303,638 +56.6%
1911 320,318 +5.5%
1921 420,264 +31.2%
1931 439,010 +4.5%
1951 466,761 +6.3%

Relazzjonijiet internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Ġemellaġġi[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Belt ta' Edinburgu daħlet f'16-il arranġament ta' ġemellaġġ jew sħubija ta' ħbiberija mill-1954 'l hawn.

Belt u pajjiż Minn
Munich, il-Ġermanja 1954
Nizza, Franza 1958
Firenze, l-Italja 1964
Dunedin, New Zealand 1974
Vancouver, British Columbia, il-Kanada 1977
San Diego, California, l-Istati Uniti 1977
Xi'an, iċ-Ċina 1985
Segovia, Spanja 1985
Kjev, l-Ukrajna 1989
Aalborg, id-Danimarka 1991
Il-Prefettura ta' Kyoto, il-Ġappun 1994
Kathmandu, in-Nepal 1994
Krakovja, il-Polonja 1995
San Pietruburgu, ir-Russja 1995
Shenzhen, iċ-Ċina 2019

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Edinburgh: definition of Edinburgh in Oxford dictionary (British & World English)". web.archive.org. 2014-01-13. Miġbur 2021-08-09.
  2. ^ "edinburgh - Definition, pictures, pronunciation and usage notes | Oxford Advanced Learner's Dictionary at OxfordLearnersDictionaries.com". web.archive.org. 2017-09-22. Miġbur 2021-08-09.
  3. ^ "Edinburgh | Define Edinburgh at Dictionary.com". web.archive.org. 2017-10-05. Miġbur 2021-08-09.
  4. ^ "History of parishes - County and Parishes viewer - National Library of Scotland". web.archive.org. 2019-04-07. Miġbur 2021-08-09.
  5. ^ "Edinburgh, Financial Services UK | Invest Edinburgh". web.archive.org. 2017-10-03. Miġbur 2021-08-09.
  6. ^ "Edinburgh by Numbers 2019".
  7. ^ Team, National Records of Scotland Web (2013-05-31). "National Records of Scotland". National Records of Scotland . Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  8. ^ "Estimates of the population for the UK, England and Wales, Scotland and Northern Ireland - Office for National Statistics". www.ons.gov.uk. Miġbur 2021-08-09.
  9. ^ "About Us — Accelerating growth: The Edinburgh and South East Scotland City Region Deal". web.archive.org. 2015-11-25. Miġbur 2021-08-09.
  10. ^ "City Region Deal secured | The City of Edinburgh Council". web.archive.org. 2017-10-03. Miġbur 2021-08-09.
  11. ^ "QS World University Rankings 2022". Top Universities (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-09.
  12. ^ "Edinburgh World Heritage | Visit Scotland". web.archive.org. 2013-02-22. Miġbur 2021-08-09.
  13. ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Old and New Towns of Edinburgh". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-09.
  14. ^ Gelling, Margaret; Nicolaisen, W. F. H.; Richards, Melville (1970). The Names of Towns and Cities in Britain. Batsford. pp. 88–89. ISBN 978-0-7134-5235-8.
  15. ^ Driscoll, Stephen; Yeoman, Peter A. (1997). Excavations within Edinburgh Castle in 1988–91. Society of Antiquaries of Scotland monograph series. 12. Society of Antiquaries of Scotland. p. 229. ISBN 978-0-903-903127.
  16. ^ Room, Adrian (2006). Placenames of the World. McFarland. pp. 118–119. ISBN 978-0-7864-2248-7.
  17. ^ "British Archaeology magazine, August 2001". web.archive.org. 2013-11-02. Miġbur 2021-08-09.
  18. ^ Coghill, Hamish (2008). Lost Edinburgh. Birlinn Ltd. pp. 1–2. ISBN 978-1-84158-747-9.
  19. ^ Ritchie, J. N. G. and A. (1972). Edinburgh and South-East Scotland. Heinemann. p. 51. ISBN 978-0-435-32971-6.
  20. ^ Driscoll, Stephen; Yeoman, Peter A. (1997). Excavations within Edinburgh Castle in 1988–91. Society of Antiquaries of Scotland monograph series. 12. Society of Antiquaries of Scotland. p. 227. ISBN 978-0-903-903127.