Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fis-Slovenja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Parti mix-xmara taħt l-art fl-Għerien ta' Škocjan

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Is-Slovenja, wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza mill-Jugoslavja fil-25 ta' Ġunju 1991, ratified the convention on 5 November 1992.[3]

Mill-2021, is-Slovenja għandha ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit fis-Slovenja li żdied mal-lista kienu l-Għerien ta' Škocjan, li tniżżlu fl-għaxar sessjoni tal-UNESCO fl-1986.[4] Fis-snin 10 tas-seklu 21, tniżżlu tliet Siti ta' Wirt Dinji oħra, kollha kemm huma siti transnazzjonali: is-Siti preistoriċi bil-puntali madwar l-Alpi f'Ig, fl-2011[5], Idrija, bħala parti mill-Wirt tal-Merkurju ta' Almadén u Idrija, fl-2012[6], u żewġ riżervi forestali, il-Foresti Verġni ta' Krokar u Snežnik–Ždrocle fl-2017, bħala parti mill-estensjoni tas-sit tal-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa.[7] L-iżjed sit li żdied dan l-aħħar kienu x-Xogħlijiet ta' Jože Plečnik f'Ljubljana – Disinn Urban Iċċentrat fuq il-Bniedem, fl-2021.[8] Minn dawn il-ħames siti, l-Għerien ta' Škocjan u l-Foresti Primordjali tal-Fagu huma siti naturali filwaqt li t-tliet siti l-oħra huma siti kulturali, abbażi tal-kriterji tal-għażla tal-UNESCO.[3]

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[9]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Għerien ta' Škocjan Interior of a cave with dripstone formations and a walking path Škocjan (il-Muniċipalità ta' Divača) 1986 vii, viii (naturali) Is-sistema tal-Għerien ta' Škocjan u l-madwar tagħhom jirrappreżentaw uħud mill-iżjed fenomeni topografiċi karstiċi sinifikanti, inkluż wieħed mill-ikbar kanjons bi xmara taħt l-art magħrufa fid-dinja. Jinsabu fil-Promontorju Karstiku li għandu importanza speċjali fl-istorja tax-xjenzi tad-Dinja.[4]
Siti preistoriċi bil-puntali madwar l-Alpi* Marshes with the remains of pile-dwellings near Ig il-Muniċipalità ta' Ig 2011 iv, v (kulturali) Dan is-sit transnazzjonali (kondiviż mal-Awstrija, ma' Franza, mal-Ġermanja, mas-Slovenja u mal-Iżvizzera) fih 111-il sit individwali bil-fdalijiet ta' abitazzjonijiet preistoriċi bil-puntali ta' insedjamenti preistoriċi madwar l-Alpi, li nbnew mill-5000 sal-500 Q.K. f'xifer il-lagi, ix-xmajjar jew l-artijiet mistagħdra. Fihom minjiera ta' informazzjoni dwar il-ħajja u l-kummerċ fil-kulturi agrarji Neolitiċi u ta' Żmien il-Bronż fl-Ewropa Alpina. Tnejn minnhom jinsabu fis-Slovenja: is-siti bil-puntali tat-Tramuntana ta' Ig (kolišča na Igu, severna skupina) u s-siti bil-puntali fin-Nofsinhar ta' Ig (kolišča na Igu, južna skupina).[5]
Wirt tal-Merkurju. Almadén u Idrija* A building which is the entrance to Antonijev rov, Idrija Idrija 2012 ii, iv (kulturali) Idrija kellha waħda mill-ikbar żewġ minjieri tal-merkurju fid-dinja. Il-merkurju ġie skopert għall-ewwel darba f'Idrija fl-1490. Is-sit jinkludi l-karatteristiċi tal-infrastruttura u tat-teknoloġija b'rabta max-xogħol fil-minjieri u l-produzzjoni tal-merkurju u huwa xhieda tal-kummerċ interkontinentali tal-merkurju, li ġġenera skambji importani bejn l-Ewropa u l-Amerka matul is-sekli. Id-daħla tal-minjiera ta' Antonijev rov tidher fir-ritratt. Is-sit huwa kondiviż mar-raħal tax-xogħol tal-minjieri ta' Almadén, Spanja.[6]
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* Krokar Virgin Forest Muniċipalitajiet ta' Kočevje, Ilirska Bistrica, u Loška Dolina 2017 ix (naturali) Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Żewġ riżervi forestali fis-Slovenja ġew elenkati fl-2017, il-Foresti Verġni ta' Krokar (fir-ritratt) u ta' Snežnik–Ždrocle.[7]
Xogħlijiet ta' Jože Plečnik f'Ljubljana – Disinn Urban Iċċentrat fuq il-Bniedem Tromostovje bridges above the Ljubljanica river Ljubljana u Črna Vas 2021 iv (kulturali) Is-sit jinkludi wħud mill-iżjed xogħlijiet prominenti tal-arkitett Sloven Jože Plečnik f'Ljubljana. Matul il-perjodu bejn il-gwerer, Plečnik ħadem biex jittrasforma Ljubljana minn belt provinċjali għall-belt kapitali tas-Slovenja billi ħoloq sensiela ta' spazji u istituzzjonijiet pubbliċi u integrahom fin-nisġa urbana eżistenti tal-belt. Fost is-siti hemm il-Knisja ta' San Mikiel f' Črna Vas, u s-siti li ġejjin f'Ljubljana: l-ispazju għall-mixi tul ix-xtut tax-xmara Ljubljanica u l-pontijiet li jaqsmu minn naħa għall-oħra tagħha (fir-ritratt jidher il-Pont Triplu), ix-"Xatt Aħdar": it-Triq Vegova bil-Librerija Nazzjonali u Universitarja mill-Pjazza tar-Rivoluzzjoni Franċiża sal-Pjazza tal-Kungress u l-Park tal-Istilla, il-Pont ta' Trnovo, il-Ħitan Rumani f'Mirje, il-Knisja ta' San Franġisk t'Assisi, u l-Ġnien tal-Qaddisin Kollha fiċ-Ċimiterju ta' Žale.[8]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ a b "Slovenia - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-01-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-01-13. Miġbur 2022-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ a b "Škocjan Caves - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2019-12-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-06. Miġbur 2022-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ a b "Prehistoric Pile dwellings around the Alps - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2012-02-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-02-26. Miġbur 2022-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ a b "Heritage of Mercury. Almadén and Idrija - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2019-12-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-16. Miġbur 2022-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-09.
  8. ^ a b "The works of Jože Plečnik in Ljubljana – Human Centred Urban Design - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-07-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-07-28. Miġbur 2022-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)