Idrija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
Idrija
Flag of Slovenia.svg Slovenja
Idrija-pogled.jpg
Coat of arms of Idrija.png
Amministrazzjoni
Stat sovranSlovenja
Municipality of SloveniaMunicipality of Idrija (en) Translate
Isem uffiċjali Idrija
Ismijiet oriġinali Idrija
Kodiċi postali 5280
Ġeografija
Koordinati 46°00′09″N 14°01′39″E / 46.0025°N 14.0275°E / 46.0025; 14.0275Koordinati: 46°00′09″N 14°01′39″E / 46.0025°N 14.0275°E / 46.0025; 14.0275
Idrija is located in Slovenia
Idrija
Idrija
Idrija (Slovenia)
Superfiċjenti 293.7 kilometru kwadru
Għoli 326 mu 341 m
Demografija
Popolazzjoni 5,886 abitanti (1 Jannar 2020)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 386 05
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati San Luis Potosí (en) Translate
idrija.si

Idrija (pronunzjata [ˈiːdɾija], f’sorsi antiki: Zgornja Idrija;[1] bil-Ġermaniż: (Ober)idria[1][2], bit-Taljan: Idria) hija belt fil-Punent tas-Slovenja. Hija s-sede tal-Muniċipalità ta’ Idrija u tinsab fir-reġjun tradizzjonali tal-Karnjola Interna u fir-Reġjun Statistiku ta’ Gorizia. Idrija hija magħrufa għall-minjieri tal-merkurju tagħha b’imħażen u b’infrastruttura tal-minjieri, kif ukoll teatru u binjiet fejn kienu jgħixu l-minaturi.

Fl-2011, Idrija ingħatat il-premju tal-Belt Alpina tas-Sena. Flimkien mal-minjiera Spanjola f’Almadén, Idrija tniżżlet fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[3]

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-belt ta’ Idrija tinsab fil-Baċir ta’ Idrija li huwa mdawwar bl-Għoljiet ta’ Idrija. Ix-xmara Idrijca tgħaddi mill-belt fil-Qala ta’ Nikova. Tinkludi l-irħula ta’ Brusovše, Cegovnica, Prenjuta, u Žabja Vas qrib iċ-ċentru tal-belt, kif ukoll l-irħula iktar imbiegħda ta’ Češnjice, Ljubevč, Kovačev Rovt, Marof, Mokraška Vas, Podroteja, Razpotje, Staje, u Zahoda. L-impjant idroelettriku ta’ Marof jinsab fix-xmara Idrijca fil-periferija fit-Tramuntana ta’ Idrija, bejn Marof u Mokraška Vas. Fiż-żona hemm għadd ta’ fawwara, fosthom il-Fawwara ta’ Podroteja, u l-Lag Selvaġġ fix-xmara Idrijca fin-Nofsinhar tal-belt.[4][5]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-minjiera tal-merkurju ta’ Idrija, inċiżjoni tal-1679 ta’ Johann Weikhard von Valvasor

Il-merkurju ġie skopert f’Idrija (li kienet magħrufa bħala Idria taħt il-ħakma Awstrijaka) fl-aħħar tas-seklu 15 (għalkemm diversi sorsi jikkwotaw l-1490[6][7][8], l-1492[9][10], u l-1497[6][8]). L-operazzjonijiet tax-xogħol fil-minjieri ttieħdu f’idejn il-gvern fl-1580. L-idrialit huwa idrokarbur minerali rari, li ġie skopert hawn fl-1832, u ismu ngħata abbażi ta’ isem il-belt.

Leġġenda[immodifika | immodifika s-sors]

Ix-Xaft ta’ Antonijev, id-daħla tal-minjiera f’Idrija

Skont leġġenda, produttur tal-bramel li kien qed jaħdem f’fawwara lokali lemaħ ammont żgħir ta’ merkurju likwidu iktar minn 500 sena ilu. Idrija huwa wieħed mill-ftit postijiet fid-dinja fejn il-merkurju jokkorri kemm fl-istat likwidu elementari tiegħu kif ukoll bħala mineral taċ-ċinabru (sulfur tal-merkurju). Id-daħla tax-xaft tal-minjiera ta’ taħt l-art magħruf bħala x-Xaft ta’ Antonijev (Antonijev rov) issa tintuża għal żjarat turistiċi ggwidati tal-livelli ta’ fuq tal-minjiera. Il-livelli iktar fil-baxx, li jibqgħu neżlin sa kważi 400 metru taħt l-art u li ma għadhomx jintużaw attivament għall-estrazzjoni, attwalment qed jiġu mnaddfin.

Knisja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-knisja parrokkjali fil-belt hija ddedikata lil San Ġużepp Ħaddiem u tifforma parti mid-Djoċesi ta’ Koper. Hemm tliet knejjes oħra f’Idrija li huma ddedikati lit-Trinità Mqaddsa, lil Sant’Antnin ta’ Padova, u lid-Duluri.[11]

Sit ta’ Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-minjiera tal-merkurju ta’ Idrija

Flimkien mal-minjiera Spanjola f’Almadén, Idrija ġiet iddeżinjata bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012 bit-titlu “Wirt tal-Merkurju: Almadén u Idrija”.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.[3]

Persuni notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Kartolina ta’ Idrija

Fost in-nies notevoli li twieldu jew għexu f’Idrija nsibu:

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b Leksikon občin kraljestev in dežel zastopanih v državnem zboru, vol. 6: Kranjsko. Vienna: C. Kr. Dvorna in Državna Tiskarna. 1906. pp. 124–125.
  2. ^ "dLib.si - Bischoflack und Oberidria". www.dlib.si. Miġbur 2021-05-11.
  3. ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Heritage of Mercury. Almadén and Idrija". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-11.
  4. ^ "SURS". www.stat.si. Miġbur 2021-05-11.
  5. ^ "Hidrološki podatki: Podroteja I - Idrijca, graf za 1 dan". www.arso.gov.si. Miġbur 2021-05-11.
  6. ^ a b Arko, Mihael. 1931. Zgodovina Idrije: po raznih arhivalnih in drugih virih. Ljubljana: Katoliška knjigarna, p. 1.
  7. ^ Savnik, Roman, ed. 1968. Krajevni leksikon Slovenije, vol. 1. Ljubljana: Državna založba Slovenije, p. 70.
  8. ^ a b Kmecl, Matjaž. 1981. Treasures of Slovenia. Ljubljana: Cankarjeva založba, p. 262.
  9. ^ Budkovič, Tomaž, Robert Šajn, & Mateja Gosar. 2003. "Vpliv delujočih in opuščenih rudnikov kovin in topilniških obratov na okolje v Sloveniji ." Geologija 46(1): 135–140, p. 136.
  10. ^ Svetličič, Marjan, & Matija Rojec. 2000. "Kolektor." In Saul Estrin et al. (eds.), Foreign Direct Investment in Central Eastern Europe, pp. 3–28. New York: M. E. Sharpe, p. 3.
  11. ^ "Koper Diocese list of churches" (PDF). web.archive.org. 2009-03-06. Miġbur 2021-05-11.