Taputapuātea
| Taputapuātea | |
|---|---|
|
| |
|
| |
| Amministrazzjoni | |
| Administrative territorial entity | Overseas France (en) |
| Overseas collectivity of France | Polineżja Franċiża |
| Arċipelagu | Gżejjer Leeward |
| Kodiċi postali |
98735 |
| Ġeografija | |
| Koordinati | 16°48′57″S 151°24′26″W / 16.8158°S 151.4072°WKoordinati: 16°48′57″S 151°24′26″W / 16.8158°S 151.4072°W |
|
| |
| Superfiċjenti | 88 kilometru kwadru |
| Fruntieri ma' |
Uturoa (en) |
| Demografija | |
| Popolazzjoni | 5,007 abitanti (2022) |
| commune-taputapuatea.com | |
Taputapuātea huwa komun tal-Polineżja Franċiża, territorju ekstra-Ewropew ta' Franza fl-Oċean Paċifiku. Il-komun ta' Taputapuātea jinsab fil-gżira ta' Raiatea, fis-suddiviżjoni amministrattiva tal-Gżejjer Leeward, li jagħmlu parti mill-Gżejjer Society. Skont iċ-ċensiment tal-2017 il-komun kellu popolazzjoni ta' 4,792 ruħ.[1] Il-komun ingħata isem kumpless kbir ta' marae li kien ċentru reliġjuż tal-Lvant tal-Polineżja għal bejn wieħed u ieħor 1,000 sena. Is-sit arkeoloġiku tal-marae ta' Taputapuātea huwa l-iżjed attrazzjoni famuża f'Raiatea u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.[2]
Il-komun ta' Taputapuātea huwa magħmul mill-komuni assoċjati li ġejjin:
- Avera;
- Opoa;
- Puohine.
Iċ-ċentru amministrattiv tal-komun huwa l-insedjament ta' Avera.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]
Taputapuātea ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Statistika" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-11-21. Miġbur 2023-10-11.
- 1 2 3 Centre, UNESCO World Heritage. "Taputapuātea". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-11.