Safranbolu
Safranbolu | |
---|---|
Turkija | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Turkija |
Province of Turkey | Karabük Province (en) |
Ġeografija | |
Koordinati | 41°14′58″N 32°41′00″E / 41.249388888889°N 32.6832°EKoordinati: 41°14′58″N 32°41′00″E / 41.249388888889°N 32.6832°E |
Superfiċjenti | 1,013 kilometru kwadru |
Għoli | 485 m |
Fruntieri ma' | Karabük (en) |
Demografija | |
Popolazzjoni | 67,042 abitanti (2018) |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC+3 |
bliet ġemellati | Yelabuga (en) u Oħrid |
safranbolu.bel.tr |
Safranbolu (bil-Grieg: Σαφράμπολις, Saframpolis) huwa raħal u distrett tal-Provinċja ta' Karabük fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed fit-Turkija. Jinsab madwar disa' kilometri fit-Tramuntana tal-belt ta' Karabük, 200 kilometru fit-Tramuntana ta' Ankara u madwar 100 kilometru fin-Nofsinhar tal-kosta tal-Baħar l-Iswed. L-ismijiet storiċi tar-raħal bil-Grieg kienu Theodoroupolis (Θεοδωρούπολις, jiġifieri l-belt ta' Teodoru jew Teodora) u iktar 'il quddiem Saframpolis (Σαφράμπολις). L-ismijiet preċedenti bit-Tork kienu Zalifre u Taraklıborlu. Ir-raħal kien parti mill-Provinċja ta' Kastamonu sal-1923 u mill-Provinċja ta' Zonguldak bejn l-1923 u l-1995.
Skont iċ-ċensiment tas-sena 2000, il-popolazzjoni tad-distrett kienet tammonta għal 47,257 ruħ, li minnhom 31,697 ruħ kienu jgħixu fir-raħal ta' Safranbolu.[1] Id-distrett ikopri erja ta' 1,000 km2, u r-raħal jinsab f'elevazzjoni ta' 485 metru.[2]
Skont il-Ġeneral Ottoman Census tal-1881/82-1893, il-kaza ta' Safranbolu kellha popolazzjoni totali ta' 52,523 ruħ, magħmula minn 49,197 Musulman u 3,326 Grieg.[3]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Fiċ-ċentru storiku ta' Safranbolu ġew ippreservati bosta binjiet storiċi, b'saħansitra 1,008 artefatt storiku rreġistrat. Fosthom hemm mużew privat, 25 moskea, ħames oqbra, tmien funtani storiċi, ħames banjijiet Torok, tliet karavanseraj, torri storiku b'arloġġ, arloġġ tax-xemx u mijiet ta' djar u vilel. Barra minn hekk, hemm tumbati tat-tajn u tal-ħamrija ta' insedjamenti antiki, oqbra fil-blat u pontijiet storiċi. Iċ-ċentru storiku jinsab f'irdum fond f'żona pjuttost niexfa fid-dell tal-muntanji. Il-parti l-ġdid tar-raħal tinsab fuq il-promontorju madwar żewġ kilometri fil-Punent taċ-ċentru storiku.[4]
L-isem tar-raħal oriġina miż-"żagħfran" u l-kelma bil-Grieg polis (πόλις) li tfisser "belt"/"raħal", peress li Safranbolu kien ċentru kummerċjali u ċentru għat-tkabbir taż-żagħfran.[5][6] Illum il-ġurnata, iż-żagħfran għadu jitkabbar fil-villaġġ ta' Davutobası fil-Lvant ta' Safranbolu, madwar 22 kilometru 'l bogħod mir-raħal.[5][6]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Safranbolu ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994 bis-saħħa tad-djar u tal-arkitettura ppreservati tajjeb ta' żmien l-Ottomani.[4]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[4]
Ġemellaġġi
[immodifika | immodifika s-sors]- Elabuga, ir-Russja
- Ohrid, il-Maċedonja ta' Fuq
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Karabaşzade Hüseyin Efendi (Cinci Hoca), il-mentor tas-Sultan Ottoman İbrahim fis-seklu 17
- Safranbolulu Izzet Mehmet Pasha, Gran Viżier Ottoman tas-seklu 18, inkarigat mill-1794 sal-1798
- Türker İnanoğlu (twieled fl-1936), produttur tal-films
- Ali Gümüş (1940-2015), President tal-Kummissjoni tar-Wrestling tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Istampa Sportiva (Association Internationale de la Presse Sportive, AIPS), ġurnalist u awtur.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Popolazzjoni". web.archive.org. 2007-09-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-09-27. Miġbur 2022-03-31.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Turkey Districts". web.archive.org. 2010-07-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-19. Miġbur 2022-03-31.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Kemal Karpat (1985), Ottoman Population, 1830-1914, Demographic and Social Characteristics, The University of Wisconsin Press, pp. 138-139.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Safranbolu". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-31.
- ^ a b "Safranbolu - World Heritage Site - Pictures, Info and Travel Reports". www.worldheritagesite.org. Miġbur 2022-03-31.
- ^ a b "Il-ħsad taż-żagħfran". www.cornucopia.net. Miġbur 2022-03-31.