Oħrid

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Oħrid
 Maċedonja ta' Fuq
Amministrazzjoni
Stat sovranMaċedonja ta' Fuq
Municipality of North MacedoniaMuniċipalità ta' Ohrid
Kap tal-Gvern Nikola Bakracheski (en) Translate
Isem uffiċjali Охрид
Ismijiet oriġinali Охрид
Kodiċi postali 6000
Ġeografija
Koordinati 41°07′01″N 20°48′07″E / 41.1169°N 20.8019°E / 41.1169; 20.8019Koordinati: 41°07′01″N 20°48′07″E / 41.1169°N 20.8019°E / 41.1169; 20.8019
Oħrid is located in North Macedonia
Oħrid
Oħrid
Oħrid (North Macedonia)
Superfiċjenti 389.93 kilometru kwadru
Għoli 695 m
Demografija
Popolazzjoni 38,818 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 046
Żona tal-Ħin Ħin tal-Ewropa Ċentraliu Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali
bliet ġemellati Piran, Inđija, Wollongong (en) Translate, Budva, Vinkovci (en) Translate, Pogradec, Kragujevac (en) Translate, Windsor, Vidovec (en) Translate, Trogir, Yalova (en) Translate, Stari Grad, Safranbolu, Mostar (en) Translate, Ogrodzieniec (en) Translate, Gaziosmanpaşa (en) Translateu Nikšić (en) Translate
ohrid.gov.mk

Oħrid jew Ohrid (Maċedonjan: [ˈɔxrit]) hija belt fil-Maċedonja ta' Fuq u s-sede tal-Muniċipalità ta' Oħrid. Hija l-akbar belt mal-Lag Oħrid u t-tmien l-akbar belt fil-pajjiż. Fl-2002 il-muniċipalità rreġistrat popolazzjoni ta' aktar minn 42,000 abitant. Oħrid hija magħrufa li darba kellha 365 knisja, waħda għal kull jum tas-sena, u kienet tissejjaħ "Ġerusalemm tal-Balkani".[1][2] Il-belt fiha ħafna djar pittoreski u monumenti, u hija popolari ħafna fil-qasam turistiku. Tinsab fil-Lbiċ ta' Skopje, fil-Punent ta' Resen u Bitola. Fl-1979 u fl-1980 rispettivament, Oħrid u l-Lag Oħrid ġew aċċettati bħala Sit ta' Wirt Dinji Kulturali u Naturali tal-UNESCO.[3] Oħrid huwa wieħed mit-28 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li huma siti kulturali kif ukoll naturali.

Sit ta’ Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Parti ewlenija tar-Riżerva tal-Bijosfera Transkonfinali Ohrid-Prespa, preċiżament in-naħa taż-żona tal-Lag ta’ Ohrid li tagħmel mal-Maċedonja ta’ Fuq, ilha Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1979, filwaqt li n-naħa taż-żona tal-Lag ta’ Ohrid li tagħmel mal-Albanija ġiet estiża fl-2019 bħala parti mill-istess Sit ta’ Wirt Dinji mħallat (kulturali u naturali) imsejjaħ il-Wirt Naturali u Kulturali tar-Reġjun ta’ Ohrid.[3][4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ erba’ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, ladarba l-belt ta’ Ohrid hija waħda mill-eqdem insedjamenti umani fl-Ewropa bi fdalijiet kompluti minn Żmien il-Bronż sal-Medju Evu; il-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta’ tradizzjoni kulturali jew ta’ ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”, ladarba s-sit huwa xhieda eċċezzjonali ta’ opri tal-arti ta’ żmien il-Biżantini, b’iktar minn 2,500 metru kwadru ta’ affreski u iktar minn 800 ikona ta’ fama dinjija, l-iktar fil-knejjes ta’ Santa Sofija, ta’ Marija Omm Alla ta’ Perivleptos u ta’ San Ġwann Kaneo; il-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba fir-reġjun tal-Lag ta’ Ohrid hemm l-iktar monasteru Slavoniku antik u l-ewwel università Slavonika fil-Balkani – l-iskola letterarja ta’ Ohrid li firxet il-kitba, l-edukazzjoni u l-kultura fid-dinja Slavonika antika kollha; u l-kriterju (vii) “Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta’ ġmiel naturali u ta’ importanza estetika eċċezzjonali”, ladarba l-valuri distintivi tal-konservazzjoni tan-natura tal-Lag ta’ Ohrid, bi storja li tmur lura għaż-żminijiet preglaċjali, jirrappreżentaw fenomenu naturali superlattiv li għadu pjuttost intatt bis-saħħa tal-iżolament ġeografiku u l-attività bijoloġika bla interruzzjoni, u jagħti kenn lil diversi speċijiet endemiċi ta’ flora u ta’ fawna.[3]

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "The Mirror of the Macedonian Spirit, Zlate Petrovski, Sašo Talevski, Napredok, 2004, ISBN 978-9989-730-38-2, page 72: "... and Macedonia in the Cathedral Church St. Sofia in the Macedonian Jerusalem — Ohrid..."
  2. ^ Vankovska, Biljana (2003). Between past and future : civil-military relations in post-communist Balkan states. London: I.B. Tauris.
  3. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Natural and Cultural Heritage of the Ohrid region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-17.
  4. ^ "Celebrating the extension of the Ohrid Region World Heritage site in Albania". IUCN (bl-Ingliż). 2019-07-29. Miġbur 2022-10-17.

Sorsi[immodifika | immodifika s-sors]


Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]