Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Korea t'Isfel

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Seokguram.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Korea t'Isfel irratifikat il-Konvenzjoni fl-14 ta' Settembru 1988, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox il-Korea t'Isfel għandha 17-il Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, 15 kulturali u tnejn naturali. L-ewwel tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Korea t'Isfel żdiedu fl-1995: Santwarju ta' Jongmyo, it-Tempju ta' Haeinsa, u l-Grotta ta' Seokguram u t-Tempju ta' Bulguksa. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Korea t'Isfel huwa t-Tumbati Funebri ta' Gaya, fl-2023.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Grotta ta' Seokguram u Tempju ta' Bulguksa A large stone Buddha statue in a cave Tramuntana ta' Gyeongsang kulturali: (i), (iv) 1995 Il-kumpless Buddista ġie stabbilit fis-seklu 8 taħt ir-renju Silla. Il-Grotta ta' Seokguram (fl-istampa) hija grotta artifiċjali mibnija bil-granit u hija kapulavur tal-arti Buddista tal-Lvant tal-Asja bi statwa kbira tal-Buddha. It-Tempju ta' Bulguksa tlesta fis-774. Huwa magħmul minn diversi binjiet tal-injam fuq saffi mtarrġa tal-ġebel. Kemm it-tempju kif ukoll il-grotta ġew rinnovati diversi drabi, skont it-tekniki tradizzjonali.[5]
Janggyeong Panjeon tat-Tempju ta' Haeinsa, id-Depożitorji tal-Blokok tal-Injam tat-Tripitaka Koreana Series of woodblocks deposited in a temple Nofsinhar ta' Gyeongsang kulturali: (iv), (vi) 1995 It-Tripitaka Koreana hija kollezzjoni ta' iżjed minn 80,000 blokka tal-injam għall-istampar, li ġew inċiżi fis-seklu 13. Dawn jirrappreżentaw l-iżjed kollezzjoni kompluta ta' testi, liġijiet u trattati Buddisti. It-Tempju ta' Haeinsa nbena fis-seklu 15 bl-iskop li fih jinħażnu l-blokok tal-injam, b'approċċi innovattivi sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni tagħhom. It-tempju huwa wkoll sit importanti għall-pellegrinaġġi Buddisti.[6]
Santwarju ta' Jongmyo A Korean temple built on a stone platform Seoul kulturali: (iv) 1995 Is-Santwarju ta' Jongmyo huwa santwarju rjali tal-Konfuċjaniżmu li fih it-tavli tal-ispirti tar-rejiet u tal-irġejjen tad-dinastija Joseon. Oriġinarjament inbena fis-seklu 14 u nqered waqt l-invażjoni tal-Ġappuniżi fis-seklu 16. Ġie rikostruwit fil-bidu tas-seklu 17 u baqa' relattivament intatt minn dak iż-żmien 'l hawn. Fis-santwarju għadhom isiru l-Jongmyo jerye, li huma ritwali ta' qima tal-antenati.[7]
Kumpless tal-Palazz ta' Changdeokgung A large Korean palace hall Seoul kulturali: (ii), (iii), (iv) 1997 Il-palazz inbena fis-seklu 15 matul id-dinastija Joseon. Ingħata n-nar waqt l-invażjoni tal-Ġappuniżi fis-seklu 16, iżda ġie rikostruwit ftit wara u ntuża bħala r-residenza prinċipali tar-rejiet għall-250 sena ta' wara. Il-konfigurazzjoni tal-palazz u l-madwar issegwi l-prinċipji tal-Konfuċjaniżmu b'daħliet, btieħi, u żoni residenzjali. Il-palazz kellu influwenza importanti fuq l-arkitettura u d-disinn tal-ġonna Koreani.[8]
Fortizza ta' Hwaseong Fortress gate and watchtower Gyeonggi kulturali: (ii), (iii) 1997 Il-fortizza tal-ġebel u tal-brikks inbniet fl-aħħar tas-seklu 18 f'Suwon taħt ir-Re Jeongjo. Il-fortizza tinkorpora s-soluzzjonijiet militari kontemporanji mill-Ewropa u mil-Lvant tal-Asja, b'daħliet tas-sieqja, torrijiet tal-osservazzjoni, bastjuni u bunkers. Intużat għal skopijiet difensivi, amministrattivi u kummerċjali. Il-fortizza baqgħet relattivament intatta sal-lum il-ġurnata.[9]
Siti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u Ganghwa A dolmen in the field Incheon, Tramuntana u Nofsinhar ta' Jeolla kulturali: (iii) 2000 Dan is-sit huwa magħmul minn tliet ġabriet ta' dolmens, li humamonumenti funebri megalitiċi tan-Neolitiku u ta' Żmien il-Bronż. Il-Korea t'Isfel fiha l-ikbar għadd ta' dolmens fid-dinja. Tipi differenti ta' dolmens jipprovdu informazzjoni dwar il-kultura u r-ritwali tas-soċjetajiet li bnewhom. Fl-istampa hemm dolmen mill-Gżira ta' Ganghwa.[10]
Żoni Storiċi ta' Gyeongju A stone tower serving as an astronomical observatory Tramuntana ta' Gyeongsang kulturali: (ii), (iii) 2000 Ir-renju Silla rrenja l-Korea mis-57 Q.K. sad-935 W.K. Is-sit jinkludi żoni bil-fdalijiet ta' tempji, palazzi u binjiet Buddisti relatati. L-istatwi, ir-riljievi, il-pagodi tal-ġebel, u l-fdalijiet ta' monumenti oħra jirrappreżentaw uħud mill-iżjed eżempji straordinarji tal-arti Buddista fil-Korea. Il-biċċa l-kbira jmorru lura għal bejn is-sekli 7 u 10. Il-park tat-tumbati tal-ħamrija jinkludi diversi oqbra rjali, inkluż il-Qabar taż-Żiemel li Jtir. L-iskavi tal-oqbra żvelaw oġġetti funebri lussużi tad-deheb, tal-ħġieġ u taċ-ċeramika. Fl-istampa jidher Cheomseongdae, osservatorju astronomiku tas-seklu 7.[11]
Gżira Vulkanika u t-Tubi tal-Lava tal-Gżira ta' Jeju Mountain flowers and a mountain in the background Jeju naturali: (vii), (viii) 2007 Il-Gżira ta' Jeju hija gżira vulkanika fit-tarf tan-Nofsinhar tal-peniżola Koreana. Żviluppat permezz tal-iżbroffar ta' vulkan ta' taħt il-baħar, u b'hekk għandha diversi karatteristiċi vulkaniċi, fosthom it-tubi tal-lava prominenti ta' Geomunoreumu l-kon tat-tufu ta' Seongsan Ilchulbong. Il-quċċata ta' Hallasan (fl-istampa) hija l-ogħla muntanja fil-Korea t'Isfel. Il-gżira tinkludi krater mimli b'lag u kaskati, u fiha bosta formazzjonijiet tal-blat b'diversi għamliet. Fl-2018 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit.[12]
Oqbra Rjali tad-Dinastija Joseon Stone statues and other monuments around a royal tomb Gyeonggi, Seoul, Gangwon kulturali: (iii), (iv), (vi) 2009 L-oqbra tar-rejiet tad-dinastija Joseon imorru lura għal bejn l-1408 u l-1966. Is-sit jinkludi 40 qabar fi 18-il post. Il-konfigurazzjoni tal-oqbra ssegwi l-prinċipji tal-Konfuċjaniżmu u huma integrati sew fil-pajsaġġ tal-madwar. Matul żmien il-Joseon kienu jsiru ritwali regolari ta' qima tal-antenati. Ir-ritwali attwalment għadhom isiru kull sena mill-Organizzazzjoni tal-Familja Rjali u mis-soċjetà tal-qima ta' kull qabar irjali. Fl-2013 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Fl-istampa hemm il-qabar tar-Re Sejong il-Kbir.[13]
Villaġġi Storiċi tal-Korea t'Isfel: Hahoe u Yangdong Traditional houses with thatched roofs in a middle of the fields Tramuntana ta' Gyeongsang kulturali: (iii), (iv) 2010 Il-villaġġi ta' Hahoe u ta' Yangdong huma żewġ villaġġi rappreżentattivi ta' klans tal-Korea t'Isfel. Ġew stabbiliti fis-sekli 14 u 15, matul il-perjodu bikri tad-dinastija Joseon. Jinkludu d-djar tal-familji ewlenin (yangban), djar bis-soqfa tal-ħuxlief u l-qasab għaċ-ċittadini komuni, paviljuni, swali għall-istudju, u akkademji tal-Konfuċjaniżmu għat-tagħlim. L-ambjent tal-madwar tal-villaġġi f'żona muntanjuża ispira lill-poeti tas-sekli 17 u 18.[14]
Namhansanseong Korean-style fortress gate in the stone walls Gyeonggi kulturali: (ii), (iv) 2014 Is-sit inbena fil-bidu tas-seklu 17, fuq fortifikazzjonijiet preċedenti, sabiex jintuża bħala l-belt kapitali ta' emerġenza tad-dinastija Joseon. Is-sit seta' jakkomoda 4,000 ruħ u kien difiż minn patrijiet-suldati Buddisti. Id-disinn tal-fortizza fil-muntanji huwa msejjes fuq influwenzi Ċiniżi u Ġappuniżi bbażati fuq sistemi tad-difiża kontra l-armi tan-nar tal-Punent. Kien influwenti għad-disinn ta' ċittadelli oħra fil-Korea. Fl-istampa tidher id-Daħla tat-Tramuntana.[15]
Żoni Storiċi ta' Baekje Fortress walls and a gate on the top of a hill Nofsinhar ta' Chungcheong u Tramuntana ta' Jeolla kulturali: (iii) 2015 Dan is-sit jinkludi l-monumenti tar-Renju Baekje aħħari, li jmorru lura għal bejn l-475 u s-660. Dawn jinkludu l-Fortizza ta' Gongsanseong (fl-istampa) f'Gongju, l-oqbra rjali f'Buyeo, u palazz irjali u tempju f'Iksan. Il-monumenti u s-siti arkeoloġiċi joħorġu fid-dieher l-iskambju reliġjuż u kulturali bejn il-Korea, iċ-Ċina u l-Ġappun matul il-perjodu tal-Baekje.[16]
Sansa, il-Monasteri Buddisti tal-Muntanji tal-Korea t'Isfel Buddhist temple with a large golden statue in a mountain setting diversi siti kulturali: (iii) 2018 Dan is-sit jinkludi seba' monasteri Buddisti, magħruf bħala Sansa, fil-muntanji tan-naħa tan-Nofsinhar tal-peniżola Koreana. Ġew stabbiliti bejn is-sekli 7 u 9, u għadhom jintużaw sal-lum. Joħorġu fid-dieher l-iżvilupp tal-Buddiżmu fil-Korea matul is-sekli. Fl-istampa jidher it-Tempju ta' Beopjusa.[17]
Seowon, l-Akkademji tan-Neo-Konfuċjaniżmu tal-Korea t'Isfel Traditional Korean buildings surrounded by trees diversi siti kulturali: (iii) 2019 Dan is-sit jinkludi disa' akkademji Neo-Konfuċjani (magħrufa bħala seowon) fiċ-ċentru u fin-Nofsinhar tal-Korea t'Isfel. Ġew stabbiliti matul id-dinastija Joseon, minn nofs is-seklu 16 sa nofs is-seklu 17. Kull seowon kienet immexxija mill-klassi tal-intellettwali lokali, is-sarim, u kienet tintuża bħala ċentru għat-tagħlim, il-venerazzjoni u l-interazzjoni ma' studjużi oħra. Is- seowon inbnew qrib il-muntanji u s-sorsi tal-ilma bħala parti mill-apprezzament tan-natura. Joħorġu fid-dieher l-adattament tal-ideat Neo-Konfuċjani miċ-Ċina għall-Korea t'Isfel. Fl-istampa hemm is-Seowon ta' Dosan.[18]
Getbol, il-Pjanuri tal-Marea tal-Korea t'Isfel Sunset over tidal flats with some islands in the background Tramuntana ta' Jeolla, Nofsinhar ta' Chungcheong, Nofsinhar ta' Jeolla naturali: (x) 2021 Il-Getbol huma l-pjanuri mtajna tal-marea u sistemi tas-sedimenti kostali. Huma ħabitats importanti għal tipi differenti ta' organiżmi, inkluż għasafar tal-passa u fawna tal-baħar bħal gandoffli, granċijiet, qarnit u bebbux tal-baħar. Is-sit jinkludi erba' komponenti li jirrappreżentaw tip differenti ta' getbol (tal-estwarji, tal-bajja fil-beraħ, tal-arċipelagi, u nofshom magħluqa). Fl-istampa hemm il-getbol ta' Gochang.[19]
Tumbati Funebri ta' Gaya Gaya Tumuli in Changnyeong Nofsinhar u Tramuntana ta' Gyeongsang, Tramuntana ta' Jeolla kulturali: (iii) 2023 Dan is-sit huwa magħmul minn seba' kumplessi ta' tumbati funebri tal-konfederazzjoni ta' Gaya, li jmorru lura għas-sekli 1 sa 6 W.K. Is-seba' komponenti jikkorrispondu għal seba' kostitwenzi li kienu jiffurmaw il-konfederazzjoni. Għalkemm kellhom kultura simili, qatt ma żviluppaw fi stat unifikat. Id-disinn tat-tumbati tal-ħamrija nbidel tul is-sekli, flimkien mal-oġġetti funebri ta' ġo fihom. L-artefatti li nstabu fis-siti juru r-rabtiet kummerċjali ma' Baekje u ċ-Ċina. Fl-istampa jidher is-sit fil-Kontea ta' Changnyeong.[20]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Republic of Korea - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Seokguram Grotto and Bulguksa Temple". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Haeinsa Temple Janggyeong Panjeon, the Depositories for the Tripitaka Koreana Woodblocks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jongmyo Shrine". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Changdeokgung Palace Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hwaseong Fortress". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gochang, Hwasun and Ganghwa Dolmen Sites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gyeongju Historic Areas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jeju Volcanic Island and Lava Tubes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Royal Tombs of the Joseon Dynasty". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Villages of Korea: Hahoe and Yangdong". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Namhansanseong". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Baekje Historic Areas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sansa, Buddhist Mountain Monasteries in Korea". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Seowon, Korean Neo-Confucian Academies". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Getbol, Korean Tidal Flats". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-17.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gaya Tumuli". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.