Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fis-Sirja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Is-Sirja rratifikat il-Konvenzjoni fit-13 ta' Awwissu 1975, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox is-Sirja għandha sitt Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżel mis-Sirja kien il-Belt Antika ta' Damasku fl-1979, filwaqt li l-iżjed Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżel reċentement, fl-2011, huwa l-Villaġġi Antiki tat-Tramuntana tas-Sirja.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Belt Antika ta' Aleppo | Governorat ta' Aleppo,
is-Sirja 36°14′00″N 37°10′00″E / 36.2333333°N 37.1666667°E |
kulturali:
(iii)(iv) |
350 (860) | 1986 | Aleppo tinsab f'salib it-toroq ta' diversi rotot kummerċjali, u ġiet immexxijja suċċessivament, fost l-oħrajn, mir-Rumani, mill-Ajjubidi, mil-Mamluk u mill-Ottomani, li kollha kemm huma ħallew influwenza sinifikanti fin-nisġa arkitettonika tagħha. Dan irriżulta f'pajsaġġ urban diversifikat. Fost l-istrutturi ewlenin tal-belt hemm iċ-ċittadella, il-Moskea l-Kbira u l-Madrasa ta' Halawiye.[5] | |
Belt Antika ta' Bosra | Governorat ta' Daraa, | kulturali:
(i)(iii)(vi) |
— | 1980 | Bosra li qabel kienet insedjament tan-Nabatej, il-belt ta' Bosra nħakmet mir-Rumani fis-seklu 2 W.K. u saret il-belt kapitali tal-Arabja. Sfat taħt it-tmexxija Iżlamika fis-seklu 7. Il-fdalijiet tal-belt antika jinkludu teatru, bażilika, katidral, moskea u madrasa, fost l-oħrajn.[6] | |
Belt Antika ta' Damasku | Governorat ta' Damasku, | kulturali:
(i)(ii)(iii)(iv)(vi) |
86 (210) | 1979 | Il-belt antika ta' Damasku, stabbilita fit-tielet millenju Q.K., titqies bħala waħda mill-eqdem bliet abitati kontinwament fid-dinja. Bħala l-belt kapitali tal-Umajjad, kienet ta' influwenza sinifikanti fid-dinja Għarbija. Il-Moskea l-Kbira hija fost l-ikbar fid-dinja u l-eqdem siti ta' talb kontinwu mill-bidu tal-Iżlam.[7] | |
Villaġġi Antiki tat-Tramuntana tas-Sirja | it-Tramuntana tas-Sirja | kulturali:
(iii)(iv)(v) |
12,290 (30,400) | 2011 | Is-sit huwa magħmul minn xi 40 villaġġ, li jmorru lura għas-sekli 1 sa 7 W.K. u li ġew abbandunati fis-sekli 8 u 10 W.K. Jagħtu ħjiel tal-ħajja rurali fl-Antikità Aħħarija u matul il-perjodu Biżantin.[8] | |
Krak des Chevaliers u Qal'at Salah El-Din | Governorati ta' Homs u ta' Latakia, | Cultural:SyrCra
(ii)(iv) |
9 (22) | 2006 | Krak des Chevaliers u Qal'at Salah El-Din jitqiesu bħala wħud mill-iżjed eżempji prominenti ta' kastelli ta' żmien il-Kruċjati, u juru l-evoluzzjoni tal-fortifikazzjonijiet u l-iskambju ta' influwenzi fit-teknoloġija tad-difiża.[9] | |
Sit ta' Palmyra | Governorat ta' Homs, | kulturali:
(i)(ii)(iv) |
0.36 (0.89) | 1980 | Palmyra sfat taħt it-tmexxija Rumana fis-seklu 1 W.K., u kibret biex saret wieħed mill-iżjed ċentri kulturali importanti ta' żmien il-qedem. Il-fdalijiet estensivi tagħha jinkludu t-Triq il-Kbira bil-Kolonni, it-Tempju ta' Bel, il-Kamp ta' Dijoklezjanu u t-Teatru Ruman.[10] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Syrian Arab Republic - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient City of Aleppo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient City of Bosra". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient City of Damascus". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Villages of Northern Syria". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Crac des Chevaliers and Qal’at Salah El-Din". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Site of Palmyra". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.