Binjiet Gotiċi Vittorjani u tal-Art Deco ta' Mumbai

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Qorti Suprema ta' Mumbai (arkitettura Gotika Vittorjana)

Il-Binjiet Gotiċi Vittorjani u tal-Art Deco ta' Mumbai huma ġabra ta' binjiet pubbliċi tat-tqanqil mill-ġdid tal-istil Vittorjan tas-seklu 19 u binjiet privati tal-istil tal-Art Deco ta' Mumbai, fid-distrett ta' Mumbai, Maharashtra, l-Indja. Dawn il-binjiet tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.[1][2]

Dawn il-binjiet jinsabu madwar l-Oval Maidan li huwa spazju rikreattiv kbir li fl-imgħoddi kien magħruf bħala l-Esplanade. Lejn il-Lvant tal-Oval Maidan hemm għadd ta' binjiet pubbliċi bl-istil Gotiku Vittorjan u lejn il-Punent hemm binjiet privati tal-istil tal-Art Deco, fosthom Back Bay Reclamation u Marine Drive. B'kollox hemm 94 binja li jeħtieġu l-protezzjoni bħala wirt kulturali.[3][4]

Il-binjiet Gotiċi Vittorjani li jinsabu fil-Lvant tal-Oval primarjament huma l-Qorti Suprema ta' Mumbai, l-Università ta' Mumbai (Forti Campus) u l-Qorti u t-Tribunal Ċivili (fil-binja l-antika tas-segretarjat). Barra minn hekk, f'din iż-żona hemm waħda mill-binjiet ikoniċi ta' Mumbai, it-Torri tal-Arloġġ ta' Rajabai. Il-binjiet tal-Art Deco tas-seklu 20 jinsabu fil-Punent tal-Oval u primarjament jikkonsistu minn binjiet residenzjali b'sjieda privata u ċ-Ċinema Eros fost oħrajn.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

It-Torri tal-Arloġġ ta' Rajabai.

Dawn il-Binjiet Gotiċi Vittorjani u tal-Art Deco ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-30 ta' Ġunju 2018 matul it-42 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji f'Manama, il-Bahrain.[1][5]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Lista ta' strutturi jew ta' siti[immodifika | immodifika s-sors]

Vittorjani[immodifika | immodifika s-sors]

Arkitettura Neo-Gotika (Gotika Induista) Indjana[immodifika | immodifika s-sors]

  • il-Qorti u t-Tribunal Ċivili tal-Belt (il-binja antika tas-Segretarjat);
  • il-kumpless tal-Università ta' Mumbai:
    • it-Torri tal-Arloġġ ta' Rajabai;
    • il-Librerija Universitarja;
    • is-Sala tal-Konvokazzjonijiet;
  • il-Qorti Suprema ta' Mumbai;
  • il-Binja tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi;
  • il-Villa tal-Esplanade;
  • il-Librerija ta' David Sassoon;
  • il-Kulleġġ ta' Elphinstone;
  • il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ta' Maharashtra;
  • il-Villa Merkantili Indjana;
  • il-Funtana ta' Wellington.

Arkitettura Neoklassika[immodifika | immodifika s-sors]

  • il-Binja tal-Bank tal-Kreditu Standard;
  • il-Binja tal-Armata u tal-Flotta Navali;
  • l-Istitut tax-Xjenza;
  • is-Sala ta' Sir Cowasji Jehangir, il-Gallerija Nazzjonali tal-Arti Moderna.

Arkitettura Indo-Saraċena[immodifika | immodifika s-sors]

Art Deco[immodifika | immodifika s-sors]

  • iċ-Ċinema Regal;
  • il-Villa ta' Motabhoy;
  • is-Soona Mahal;
  • il-Keval Mahal;
  • il-binjiet madwar l-Oval Maidan u l-Marine Drive.

Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ "The Victorian & Art Deco Ensemble of Mumbai - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2018-03-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-03-16. Miġbur 2022-10-31.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Mumbai's Victorian Gothic & Art Deco Ensembles is a World Heritage Site – Art Deco" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-31.
  3. ^ "List of Buildings, Architectural Styles & Maps of the UNESCO Precinct – Art Deco" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-31.
  4. ^ "Research | Art Deco" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-31.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Four sites added to UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-31.