Pajsaġġ tal-Vinji ta' Piemonte: Langhe-Roero u Monferrato

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Veduta tal-pajsaġġ tal-vinji ta' Langhe

Il-Pajsaġġ tal-Vinji ta' Piemonte: Langhe-Roero u Monferrato huwa l-isem uffiċjali ta' Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmul minn "ħames żoni distinti tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid b'pajsaġġi straordinarji", flimkien mal-Kastell ta' Grinzane Cavour fir-reġjun ta' Piemonte, l-Italja.[1]

Is-sit, li huwa estiż fuq iż-żoni bl-għoljiet ta' Langhe u Monferrato, huwa wieħed mill-iktar żoni importanti fl-Italja għall-produzzjoni tal-inbid.

Is-sit jinsab fiċ-ċentru tar-reġjunt ta' Piemonte, fil-Majjistral tal-Italja, u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala "pajsaġġ kulturali", ladarba huwa r-riżultat tax-xogħol ikkombinat tan-natura u tal-bniedem. Il-valur tas-sit ġie rrikonoxxut mill-UNESCO għall-importanza kbira tiegħu fil-produzzjoni tal-inbid, li sawret il-pajsaġġ matul is-sekli.[1][2]

Deskrizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kastell ta' Grinzane Cavour

Is-sit jinkludi ħames żoni distinti tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid b'pajsaġġi straordinarji, flimkien mal-Kastell ta' Grinzane Cavour, emblematiku għall-iżvilupp tal-vinji u għall-istorja tal-Italja. Din iż-żona tinsab fil-parti tan-Nofsinhar ta' Piemonte, bejn ix-xmara Po u l-Appennini ta' Liguria. Tinkludi firxa wiesgħa ta' proċessi tekniċi u ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni tal-inbid u l-vitikoltura li kkaratterizzaw ir-reġjun għal sekli sħaħ. Fiż-żona nstab ukoll trab dakkari li jmur lura għas-seklu 5 Q.K., meta r-reġjun ta' Piemonte kien post ta' kuntatt u ta' skambju bejn l-Etruski u ċ-Ċeltiċi: fil-fatt għadhom jintuża kelmiet Etruski u Ċeltiċi, partikolarment b'rabta mal-inbid, fid-djalett lokali. Matul l-Imperu Ruman, Plinju x-Xiħ iddeskriva r-reġjun bħala wieħed mill-iżjed favorevoli għat-tkabbir tad-dwieli f'għamla ta' vinji fl-Italja tal-qedem, u Strabo kiteb ukoll dwar il-btieti tar-reġjun.[1]

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-Infernot ta' Cella Monte

Il-Pajsaġġ tal-Vinji ta' Piemonte: Langhe-Roero u Monferrato ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2014.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

Komponenti[immodifika | immodifika s-sors]

ID tas-Sit ta' Wirt Dinji Isem tal-Komponent Kobor f'ettari Kobor taż-żona ta' lqugħ f'ettari Koordinati
1390-001 Langa ta' Barolo 3,051 59,306 44°36′31″N 7°57′49″E / 44.60861°N 7.96361°E / 44.60861; 7.96361
1390-002 Kastell ta' Grinzane Cavour 7 44°39′7″N 7°59′39″E / 44.65194°N 7.99417°E / 44.65194; 7.99417
1390-003 Għoljiet ta' Barbaresco 891 44°43′14″N 8°5′15″E / 44.72056°N 8.0875°E / 44.72056; 8.0875
1390-004 Nizza Monferrato u Barbera 2,307 44°47′47″N 8°18′18″E / 44.79639°N 8.305°E / 44.79639; 8.305
1390-005 Canelli u l-Inbid Spumanti ta' Asti 1,971 44°44′17″N 8°14′59″E / 44.73806°N 8.24972°E / 44.73806; 8.24972
1390-006 Monferrato tal- Infernot 2,561 16,943 45°3′3″N 8°23′23″E / 45.05083°N 8.38972°E / 45.05083; 8.38972
Total 10,789 76,249

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Vineyard Landscape of Piedmont: Langhe-Roero and Monferrato". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.
  2. ^ hellobarrio. "Patrimonio Mondiale UNESCO". Paesaggi Vitivinicoli di Langhe-Roero e Monferrato (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-08.