Aqbeż għall-kontentut

Tino

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tino.

Tino hija gżira Taljana li tinsab fil-Baħar Liguri, fl-iżjed punt fil-Punent tal-Golf ta' La Spezia. Hija parti minn arċipelagu ta' tliet gżejjer qrib ħafna ta' xulxin li sseparaw min-Nofsinhar tal-art kontinentali tal-Italja f'Portovenere. L-ikbar gżira minnhom it-tlieta, Palmaria, tinsab fit-Tramuntana u l-iżgħar gżira jew gżejra, Tinetto, tinsab fin-Nofsinhar.

Fl-1997, l-arċipelagu, flimkien ma' Portovenere u Cinque Terre, ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

Il-qaddis patrun tal-Golf ta' La Spezia, San Venerju (bit-Taljan: San Venerio), jingħad li għex fuq il-gżira bħala eremita, u iktar 'il quddiem bħala superjur tal-patrijiet, sa mewtu fis-630. Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata kull sena fit-13 ta' Settembru. Huwa maħsub li kien inbena santwarju fil-post fejn miet Venerju sabiex jindifen fih u li dan ġie estiż biex jifforma monasteru fis-seklu 11. Il-fdalijiet tal-monasteru huma viżibbli fuq il-kosta tat-Tramuntana tal-gżira.

Illum il-ġurnata l-gżira hija parti minn żona militari u fuqha hemm il-Fanal ta' San Venerju.

Fil-kultura popolari

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Isola del Mare fil-film animati tal-2021 Luca kienet ispirata mill-gżira ta' Tino.[2]

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Portovenere, iċ-Cinque Terre, u l-gżejjer ta' Palmaria, Tino u Tinetto ġew iddeżinjati flimkien bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Fl-2021 saret modifika żgħira fil-konfini taż-żona ta' lqugħ tas-sit.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Portovenere, Cinque Terre, and the Islands (Palmaria, Tino and Tinetto)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
  2. ^ "https://twitter.com/sketchcrawl/status/1408908197948059649". Twitter (bl-Ingliż). Ħolqa esterna f'|title= (għajnuna)