Aqbeż għall-kontentut

Etna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Etna
Veduta tal-Muntanja Etna minn Reggio Calabria
Veduta tal-Muntanja Etna minn Reggio Calabria
Ġeografija
Altitudni 3,403 m, Krater Ċentrali
Massiv Sqallija
Amministrazzjoni
Pajjiż Italja Italja
Reġjun Sqallija
Provinċja Katanja
Ġeoloġija
Età 500,000 sena
Blat Trakibażalt, tefrite, basanite, trakiandesite,

trakiandesite bażaltika, bażalt, pikrobażalt

Tip Vulkan hotspot
Morfoloġija Stratovulkan
L-aħħar eruzzjoni Mill-27 ta' Novembru 2022
Il-post tal-Etna fuq mappa ta' Sqallija
Il-post tal-Etna fuq mappa ta' Sqallija
Veduta tal-Etna fl-isfond
Eruzzjoni tal-Etna
Il-vulkan Etna

L-Etna hija muntanja u vulkan fi Sqallija, l-Italja, b'quċċata għolja 3,604 metru. Il-vulkan żbroffa bil-qawwi kemm-il darba b'periklu għall-eqreb belt kbira li hija Katanja. Dan il-vulkan jista' jidher minn Malta. Huwa wiehed mill-aktar vulkani attivi tad-dinja.

L-ewwel żbroff irreġistrat tal-Etna seħħ fis-seklu 18 Q.K., għalkemm studji ġeoloġiċi juru li l-vulkan kien attiv qabel dak il-perjodu. Minn dak iż-żmien 'l hawn, nafu li żbroffa 90 darba u l-iktar żbroff devastanti kien dak tal-1169. Dan l-iżbroff qered il-belt ta' Katanja u qatel lil 15,000 ruħ, filwaqt li fi żbroff ieħor li seħħ fl-1669 mietu mal-20,000 ruħ.

Aktar reċenti, fl-1928, żewġt irħula ntradmu kważi għalkollox minn xmara ta' lava, u fl-1947, frott l-attività vulkanika, iffurmaw żewġ krateri ġodda. Il-vulkan Etna żbroffa wkoll fl-1971, fl-1981, fl-1983 u fl-1992, meta l-lava ġiet ikkontrollata permezz ta' splussiv immonitorjat. Fl-2001 seħħ numru ta' ċaqliq, li laħaq il-qofol tiegħu f'Lulju u fl-ewwel nofs ta' Awwissu meta xmajjar ħomor nar gelglu lejn il-belt ta' Nicolosi. B'dawn l-eruzzjonijiet infetħu sitt xpakkaturi li alteraw l-għamla ta' dan il-kon vulkaniku. Żbroff ieħor irreġistrat kien dak ta' April 2013, li wassal biex partijiet fin-Nofsinhar ta' Malta ġew affettwati bi trab iswed.[1]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-vulkan Etna ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2013.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[2]

  1. Kris Gilson (2013-04-20). "Trab mill-Etna jasal sa' partijiet minn naħa t'isfel ta' Malta". Newsbook. Miġbur 2013-04-20.
  2. 1 2 Centre, UNESCO World Heritage. "Mount Etna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-26.