Belt ta’ Vicenza u l-Vilel ta’ Palladio fil-Veneto

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Il-lapida tal-iskrizzjoni fuq il-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO

Il-Belt ta’ Vicenza u l-Vilel ta’ Palladio fil-Veneto huma Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Italja, magħmul minn diversi binjiet tal-arkitett Andrea Palladio.[1] B’kollox hemm 47 binja tal-arkitett Palladio li huma parti minn dan is-Sit ta’ Wirt Dinji fil-Veneto.

Hemm grupp importanti ieħor ta’ binjiet urbani ta’ Palladio f’Venezja, li wkoll hija Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fiha nnifisha. Venezja għandha eżempji notevoli ta’ arkitettura ekkleżjastika tal-arkitett Palladio, bħal pereżempju l-Knisja ta’ San Giorgio Maggiore.[2]

Sit ta’ Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Belt ta’ Vicenza u l-Vilel ta’ Palladio fil-Veneto ġew iddeżinjati bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994, inizjalment bit-titlu ta’ “Vicenza, il-Belt ta’ Palladio” u bl-inklużjoni tal-binjiet fi ħdan il-belt. Sentejn wara, fl-1996, is-sit ġie estiż biex jiġu inklużi wkoll uħud mill-vilel ewlenin ta’ Palladio fil-Veneto.[1]

Il-valur universali straordinarju tagħhom ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, ladarba Vicenza tirrappreżenta kisba artistika unika permezz tad-diversi kontributi arkitettoniċi ta’ Andrea Palladio, li huma integrati fin-nisġa storika li tagħti l-karattru lill-belt ta’ Vicenza u l-varjazzjonijiet fil-vilel huma evidenza tal-isperimentazzjoni kostanti ta’ Palladio permezz ta’ bażi arkitettonika klassika; u l-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”, ladarba x-xogħlijiet ta’ Palladio fil-belt ta’ Vicenza u fil-Veneto kellhom influwenza eċċezzjonali fuq id-disinn arkitettoniku u urban fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej u madwar id-dinja, u wasslu biex jinħoloq il-moviment magħruf bħala Palladjaniżmu li dam għal tliet sekli sħaħ.[1]

Lista tas-siti fiċ-ċentru ta’ Vicenza[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn is-siti ġew iddeżinjati bħala s-Sit ta’ Wirt Dinji inizjali fl-1994: 23 monument ta’ Palladio fiċ-ċentru storiku ta’ Vicenza fi ħdan il-ħitan Medjevali antiki tal-belt.[1]

Sit Ritratt Deskrizzjoni
Arco delle Scalette Arco delle Scalette (Vicenza) 20081203-1.jpg Ħnejja tat-tarġiet li jwasslu għas-santwarju ta’ Santa Marija ta’ Monte Berico
Basilica Palladiana Vicenza Basilica Palladiana 03.jpg Tinsab fil-qalba tal-pjazza ewlenija ta’ Vicenza msejħa Piazza dei Signori, li Palladio stess iddeskriva li “tista’ titqabbel ma’ kwalunkwe opra simili tal-qedem”
Teatro Olimpico Teatro olimpico, scena 13.JPG Iddisinjat għall-Accademia Olimpica (Akkademja Olimpika) u beda jinbena fl-1580, meta Palladio miet. Ix-xenarji tal-injam huma xogħol Vincenzo Scamozzi
Palazzo Chiericati Palazzo Chiericati (Vicenza).jpg Jospita l-pinakoteka tal-belt
Palazzo del Capitaniato Palazzo del Capitanio - Vicenza.jpg Attwalment il-binja tintuża bħala l-kunsill lokali, eżattament fis-Sala Bernarda
Palazzo Porto Palazzo Porto sett07.jpg Palazz mhux komplut f’Contrà Porti li nbena għall-familja Porto
Palazzo Thiene Bonin Longare 3999VicenzaPalThieneBoninLongare.JPG Inbena minn Vincenzo Scamozzi wara mewt Palladio
Palazzo Thiene Palazzo Thiene (Vicenza) - courtyard.jpg Iddisinjat għal Marcantonio u Adriano Thiene minn Giulio Romano u mmodifikat minn Palladio
Palazzo Valmarana 3974VicenzaPalazzoValmaranaBraga.JPG Inbena għall-mara nobbli Isabella Nogarola Valmarana
Palazzo Barbaran da Porto Palazzo Barbaran Da Porto facciata.jpg Jospita l-Mużew ta’ Palladio
Palazzetto Capra sul Corso Vicenza Palazzo Piovini Beltrame.jpg Integrat fi Palazzo Piovini
Palazzo Civena Palazzo Civena 20081203-1.jpg L-ewwel palazz urban Rinaxximentali ddisinjat minn Palladio
Casa Cogollo CasaCogollo20070708-1-rect.jpg Dar Palladio
Palazzo da Monte Migliorini
Palazzo Garzadori Palazzo Garzadori-1.jpg Binja b’żewġ sulari b’elementi Rumaneski integrati
Palazzo Pojana Palazzo Poiana Vicenza 21-06-08 02.jpg Il-faċċata tal-binja ġiet iddisinjata minn Palladio
Palazzo Porto fi Piazza Castello Vicenza Palazzo Porto in Piazza Castello.jpg Binja mhux kompluta
Palazzo Schio Palazzo Schio Vicenza facciata Palladio by Marcok 2009-08-14 n02 rect.jpg Il-faċċata tal-binja ġiet iddisinjata minn Palladio
Loggia Valmarana Giardini Salvi - Vicenza 2.jpg Inbniet minn student ta’ Palladio fil-ġonna Valmarana Salvi
Koppla tal-Katidral Vicenza cattedrale agosto07 04.jpg
Portal tat-Tramuntana tal-Katidral Vicenza cattedrale agosto07 06.jpg
Portal ta’ Santa Maria in Foro dei Servi Santa Maria in Foro dei Servi Vicenza portale Palladio 01.jpg
Knisja ta’ Santa Maria Nova S Maria Nuova (Vicenza) 20081204-1 retouched.jpg L-unika Knisja Kattolika Rumana ddisinjata kompletament minn Palladio

Lista tal-vilel[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1996, dan is-Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO ġie estiż bl-inklużjoni ta’ 24 villa ddisinjati minn Palladio fil-Veneto. L-iktar waħda magħrufa, La Rotunda, jingħad li ntużat bħala mudell ta’ ispirazzjoni għad-Dar il-Bajda (White House) f’Washington, l-Istati Uniti.[1]

Kodiċi Isem Post Provinċja Ritratt Koordinati
712-002 Villa Trissino Vicenza Vicenza VillaTrissinoTrettenero 2007 07 08 02.jpg 45°33′55″N 11°32′49″E / 45.56528°N 11.54694°E / 45.56528; 11.54694 (Villa Trissino)
712-003 Villa Gazzotti Grimani Vicenza Vicenza VillaGazzotti 2007 07 18 3.jpg 45°33′13″N 11°34′30″E / 45.55361°N 11.57500°E / 45.55361; 11.57500 (Villa Gazzotti)
712-004 Villa Almerico Capra, «La Rotonda» Vicenza Vicenza Larotonda2009.JPG 45°31′54″N 11°33′36″E / 45.53167°N 11.56000°E / 45.53167; 11.56000 (Villa Almerico Capra)
712-005 Villa Angarano Bassano del Grappa Vicenza VillaAngarano 2007 07 16 01.jpg 45°46′50″N 11°43′25″E / 45.78056°N 11.72361°E / 45.78056; 11.72361 (Villa Angarano)
712-006 Villa Caldogno Caldogno Vicenza VillaCaldognoNordera 2007 07 17 04.jpg 45°36′26″N 11°30′24″E / 45.60722°N 11.50667°E / 45.60722; 11.50667 (Villa Caldogno)
712-007 Villa Chiericati Grumolo delle Abbadesse Vicenza VillaChiericati 2007 07 18 2.jpg 45°30′16″N 11°39′12″E / 45.50444°N 11.65333°E / 45.50444; 11.65333
712-008 Villa Forni Cerato Montecchio Precalcino Vicenza VillaForniCerato 2007 07 16 01.jpg 45°39′11″N 11°33′40″E / 45.65306°N 11.56111°E / 45.65306; 11.56111
712-009 Villa Godi Lonedo di Lugo Vicentino Vicenza VillaGodi 2007 07 07 01 retouched.jpg 45°44′44″N 11°31′43″E / 45.74556°N 11.52861°E / 45.74556; 11.52861
712-010 Villa Pisani Bagnolo di Lonigo Vicenza VillaPisani Bagnolo 2007 07 06 2.jpg 45°21′31″N 11°22′10″E / 45.35861°N 11.36944°E / 45.35861; 11.36944
712-011 Villa Poiana Poiana Maggiore Vicenza Villa Pojana photo by Marcok 2009-08-08 n13 rect.jpg 45°16′54″N 11°30′03″E / 45.28167°N 11.50083°E / 45.28167; 11.50083
712-012 Villa Saraceno Agugliaro Vicenza VillaSaraCeno2007 07 11 1.jpg 45°18′38″N 11°35′12″E / 45.31056°N 11.58667°E / 45.31056; 11.58667 (Villa Saraceno)
712-013 Villa Thiene Quinto Vicentino Vicenza VillaThieneQuintoVicentino 2007 07 16 02.jpg 45°34′22″N 11°37′47″E / 45.57278°N 11.62972°E / 45.57278; 11.62972 (Villa Thiene)
712-014 Villa Trissino Sarego Vicenza ArcadeVillaTrissino Meledo 2007 07 06 3.jpg 45°25′42″N 11°24′49″E / 45.42833°N 11.41361°E / 45.42833; 11.41361 (Villa Trissino)
712-015 Villa Valmarana Bolzano Vicentino Vicenza VillaValmaranaScagnolariZen 2007 07 16 01.jpg 45°35′01″N 11°36′41″E / 45.58361°N 11.61139°E / 45.58361; 11.61139 (Villa Valmarana)
712-016 Villa Valmarana Monticello Conte Otto Vicenza VillaValmaranaBresson20070717-1.jpg 45°34′58″N 11°35′40″E / 45.58278°N 11.59444°E / 45.58278; 11.59444 (Villa Valmarana)
712-017 Villa Badoer, «La Badoera» Fratta Polesine Rovigo Villa Badoer Fratta Polesine facciata by Marcok 2009-08-16 n07.jpg 45°01′48″N 11°38′46″E / 45.03000°N 11.64611°E / 45.03000; 11.64611 (Villa Badoer)
712-018 Villa Barbaro Maser Treviso Villa Barbaro panoramica fronte Marcok.jpg 45°48′20″N 11°58′48″E / 45.80556°N 11.98000°E / 45.80556; 11.98000 (Villa Barbaro)
712-019 Villa Emo Vedelago Treviso Villa Emo Fanzolo fronte 2009-07-18 f05b.jpg 45°42′43″N 11°59′23″E / 45.71194°N 11.98972°E / 45.71194; 11.98972 (Villa Emo)
712-020 Villa Zeno Cessalto Treviso VillaZeno 2007 07 12 2.jpg 45°42′11″N 12°38′20″E / 45.70306°N 12.63889°E / 45.70306; 12.63889 (Villa Zeno)
712-021 Villa Foscari, «La Malcontenta» Mira Venezja Malcontenta retouched.jpg 45°26′07″N 12°12′01″E / 45.43528°N 12.20028°E / 45.43528; 12.20028 (Villa Foscari)
712-022 Villa Pisani Montagnana Padova VillaPisani Montagnana2007 07 11 1.jpg 45°13′37″N 11°28′07″E / 45.22694°N 11.46861°E / 45.22694; 11.46861 (Villa Pisani)
712-023 Villa Cornaro Piombino Dese Padova VillaCornaro 2007 07 14 front 1.jpg 45°36′14″N 11°59′57″E / 45.60389°N 11.99917°E / 45.60389; 11.99917 (Villa Cornaro)
712-024 Villa Serego San Pietro in Cariano Verona VillaSarego20110707-1.jpg 45°29′58″N 10°55′32″E / 45.49944°N 10.92556°E / 45.49944; 10.92556 (Villa Serego)
712-025 Villa Piovene Lugo Vicentino Vicenza VillaPiovene20070707-1 rect.jpg 45°44′48″N 11°31′36″E

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b c d e Centre, UNESCO World Heritage. "City of Vicenza and the Palladian Villas of the Veneto". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-17.
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Venice and its Lagoon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-17.