Leonardo da Vinci

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Leonardo da Vinci

Leonardo da Vinci (Leonardo di ser Piero da Vinci), (15 ta' April, 1452, Vinci, l-Italja, – 2 ta' Mejju, 1519, Amboise, Franza)[1], kien pittur Fjorentin u bniedem ta' ġenju universali li kien fl-istess ħin, xjenzjat, inġinier, inventur, anatomista, pittur, skultur, arkitett, urbanista, botanista, mużiċista, filosfu u kittieb.

Minn wara tfulitu Vinci, Leonardo studja mal-pittur u skultur famuż Fjorentin Andrea del Verrocchio. L-ewwel xogħlijiet importanti tiegħu saru fis-servizz tad-Duka Ludoviku Sforza, Milan. Wara mar jaħdem Ruma, Bolonja u Venezja u qatta' l-aħħar snin ta' ħajtu Franza, mistieden mir-Re Franġisku I ta' Franza.

Leonardo da Vinci sikwit jiddeskrivuh bħala l-arketip u s-simbolu tal-bniedem tar-Rinaxximent, ġenju universali, filosfu umanista, osservatur u sperimentatur, mogħni b' "don rari tal-intwizzjoni tal-ispazju" [2], li l-kurżita tiegħu kienet tikkompara magħa biss il-ħila fl-invenzjoni[3]. Ħafna awturi u storiċi iqisuh bħala wieħed mill-aqwa pitturi li qatt kien hemm u ċerti nies jikkonsidrawh bħala l-bniedem bl-aqwa talent fl-ikbar numru ta' oqsma differenti li qatt għex.[4][5].

L-ewwelnett, Leonardo da Vinci hu magħruf bħala pittor. Tnejn mill-pitturi tiegħu, La Gioconda u L-Aħħar Ċena, huma pitturi famużi immens li sikwit isiru koji u parodiji tagħhom[3], u d-disinn tiegħu ir-Raġel Vitruvjan hu wkoll użat f'għadd kbir ta' xogħlijiet derivati. Xi ħmistax il-xogħol biss għadhom jeżistu[6]; dan in-numru żgħir hu mħabba l-isperimentazzjoni konstanti u kultant diżastruża b'tekniki ġodda u l-prokrastinazzjoni kronika tiegħu[7]. Però, dawn il-ftit opri, flimkien mal-pitazzi tiegħu li fihom disinji, dijagrammi xjentifiċi u riflessjonijiet dwar in-natura tal-pittura, jifformaw wirt prezzjuż immens għall-artisti ta' warajh.

Bħala inġinier u inventur, Leonardo żviluppa ideat avvanzati ħafna għal żmienu, bħall-ajruplan, l-elikotteru, is-sottomarin u anke l-karrozza. Ftit ħafna mill-proġetti tiegħu seħħu jew setgħu iseħħu f'ħajtu[8], però xi ftit mill-invenzjonijiet żgħar tiegħu bħall-magna biex tkejjel il-limitu elastiku ta' kabil daħlet fil-proċess tal-manifattura[9]. Bħala bniedem xjentifiku, Leonard da Vinci għamel progress kbir fl-għarfien tal-oqsma tal-anatomija, tal-inġinerija ċivili, tal-ottika u tal-idrodinamika.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Tfulija[immodifika | immodifika s-sors]

Leonardo da Vinci twieled nhar is-Sibt, 15 ta' April 1452, "fit-tielet siegħa tal-lejl", jiġifieri tliet sigħat wara l-Ave Maria, li jiġi l-10 u nofs ta' filgħaxija[10], minn relazzjoni ta' mħabba illeġittima bejn Messer Piero Fruosino di Antonio da Vinci, nutar, kanċillier u ambaxxatur tar-Repubblika Fjorentina u dixxendent ta' familja għanja Taljana ta' kbarat u tfajla ta' familja baxxa tar-raħal mill-villaġġ żgħir Toskan ta' Anchiano, xi żewġ kilometri 'l bogħod minn Vinci [11], fit-territorju ta' Firenze. [12] · [13]. Studju dattiloskopiku tal-2006 jinnota li Caterina setgħet kienet ilsira ġejja mill-Orjent, jew għall-inqas mir-reġjun tal-Mediterran, u mhux raħħala minn of Vinci, [14]

Leonardo, jew aħjar Lionardo skont l-isem tal-magħmudija[10], għex l-ewwel ħames snin ta' ħajtu ma' missieru [10], fejn kien ittrattat bħala tifel leġittmu[15]. Fil-magħmudija kellu ħames parrini rġiel u ħames parrini nisa, kollha mir-raħal[10].

F'dik l-epoka, il-konvenzjoni ta' kif jissejħu n-nies ma kinitx għadha żviluppata fl-Ewropa. Il-familji tal-kbarat biss kienu jużaw il-kunjom tal-appartenenza patronimika. In-nies ordinarji kienu jissejħu b'ismhom, u b'xi żieda li tagħti iżjed preċiżjoni jekk ikun hemm bżonn: l-isem tal-missier,il-post ta' minn fejn huma, il-kunjom, l-isem tal-imgħallem għan-nies tas-sengħa, eċċ. Għalhekk, l-isem tal-artista hu Leonardo di ser Piero Da Vinci, li tfisser Leonardo, iben ser Piero Minn Vinci ; però id-"Da" għandha ittra majuskola biex turi li dan mhux patronimiku[10]. Leonardo kien jiffirma x-xogħlijiet tiegħu sempliċemente Leonardo jew Io, Leonardo ("Jien, Leonarda"). Allura l-parti l-kbira tal-awtoritajiet jattribwixxu x-xogħlijiet tiegħu lil Leonardo mingħajr da Vinci. X'aktarx ma kienx juża isem missieru għax kien iben illeġittmu.

Fl-1457, meta kellu ħames snin ommu żżewġet lil Antonio di Piero Buti del Vacca da Vinci, fuħħar mill-villaġġ, li miegħu kellha ħames ulied[10]. Sadattant missieru żżewweġ lil Albieri degli Amadori, tfajla ta' 16-il sena minn familja għanja minn Firenze [10]. Din billi ma kellhiex tfal tefgħet imħabbitha kollha fuq Leonarda, imma mietet ta' età żgħira fit-tqala fl-1464[10]. Missieru minn twelidu kien kien dejjem iqisu apparti mill-familja u qatt ma għamlu leġittmu. Missieru żżewweġ tliet darbiet oħra u kellu għaxar ulied oħra wara Leonardo. Leonardo kien jinġieb mal-aħħar mara ta' missieru , Lucrezia Guglielmo Cortigiani, u f'nota sejħilha "omm għażiża u ħanina"[10]. Zijuh Francesco u nannuh Antonio da Vinci kellhom rwol importanti fit-trobbija tiegħu. Nannuh għallmu l-osservazzjoni tan-natura; kien dejjem itennilu "Po l’occhio!" (Iftaħ għajnejk!) [16].



Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Noti u referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Id-dati jirreferu għall-kalendarju Ġuljan.
  2. ^ "Observateur et expérimentateur, il se rend compte que les mathématiques sont nécessaires pour coordonner les résultats et déceler les lois de la nature. La mathématique est donc un outil pour L. qui est avant tout un géomètre et un ingénieur, ayant un rare don de l’intuition de l’espace" A.|elorme Léonard de Vinci et l’expérience scientifique au XVIe siècle, Revue d’histoire des sciences et de leurs applications, Vol. 7, nmru 4, 1954, pp.379-382.[1]
  3. ^ a b Helen Gardner, Art through the Ages, Harcourt, Brace and World, 1970.
  4. ^ D'après Vasari, Boltraffio, Castiglione, Gaddiano, Berensen, Taine, Fuseli, Rio, Bortolon, etc. Voir les citations spécifiques dans la partie « Postérité de Léonard de Vinci ».
  5. ^ Il a incarné la liberté nouvelle de l’artiste, émancipé des cadres professionnels, dominant par la réflexion scientifique et philosophique l’empirisme du métier, et devenu l’interlocuteur des grands. André ChastelLéonard de Vinci, (1452-1519), =Encyclopædia Universalis, Universalis}
  6. ^ Quinze est le chiffre accepté par la plupart des historiens de l'art. Les attributions d'autres œuvres à Léonard de Vinci sont encore discutées.
  7. ^ Peter Hohenstaatt, Léonard de Vinci, 1998, p.8, ISBN:3-8290-0711-6
  8. ^ L-approċċ xjentifiku modern tal-metallurġija u tal-inġinerija kien għadu embrijoniku fl-epoka tar-Rinaxximent.
  9. ^ Xi wħud mill-invenzjonijiet, fost dawk l-aktar prattiċi ta' Leonard da Vinci, ġew rikonstitwiti fi stat li jaħdmu fil-mużew ddedikat lil Leonardo.
  10. ^ a b ċ d e f ġ g Chapitre 1 : « Il était une fois à Vinci » de Alessandro Vezzosi, Léonard de Vinci : art et science de l'univers, Gallimard, 1996.
  11. ^ Vinci jinsab tmenin kilometru minn Firenze u ħamsin kilometru minn Pisa.
  12. ^ (EN) Angela Ottino della Chiesa, The Complete Paintings of Leonardo da Vinci, Penguin, 1967.
  13. ^ (EN) Alessandro Vezzosi, Leonardo da Vinci : Renaissance Man.
  14. ^ Skont Alessandro Vezzosi, direttur tal-Mużew Leonardo da Vinci, ġie stabbilit li Piero kien il-propjetarju ta' skjava mill-Orjent Nofsani jisimha Caterina, li wieldet tifel jismu. Din it-teżi li Leonardo kellu demm mill-Orjent jew mill-Mediterran hi msaħħa mir-rekostruzzjoni ta' marka ta' saba' tiegħu (EN) Marta Falconi, Experts Reconstruct Leonardo Fingerprint, Associated Press Writer, Diċembru 2006.
  15. ^ Les grandes découvertes, série connaissances et vie, éditions Christophe Colomb, 1984.
  16. ^ Milena Magnano, Leonardo, collana I Geni dell'arte, Mondadori Arte, Milano 2007, Mudell:P.. ISBN 978-88-370-6432-7