Aqbeż għall-kontentut

Ivrea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ivrea
 Italja
Amministrazzjoni
PajjiżItalja
Region of ItalyPiemonte
Metropolitan city of ItalyBelt Metropolitana ta' Torino
Kodiċi postali 10015
Ġeografija
Koordinati 45°28′03″N 7°52′29″E / 45.467379°N 7.874797°E / 45.467379; 7.874797Koordinati: 45°28′03″N 7°52′29″E / 45.467379°N 7.874797°E / 45.467379; 7.874797
Ivrea is located in Italy
Ivrea
Ivrea
Ivrea (Italy)
Superfiċjenti 30.11 kilometru kwadru
Għoli 255 m
Fruntieri ma' Banchette (en) Translate, Bollengo (en) Translate, Cascinette d'Ivrea (en) Translate, Fiorano Canavese (en) Translate, Pavone Canavese (en) Translate, Salerano Canavese (en) Translate, Vestignè (en) Translate, Albiano d'Ivrea (en) Translate, Burolo (en) Translate, Chiaverano (en) Translate, Montalto Dora (en) Translate, Romano Canavese (en) Translateu Strambino (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 22,357 abitanti (1 Jannar 2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 0125
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Monthey (en) Translate, Rădăuți (en) Translate, Lüneburg (en) Translate, Qaladiza (en) Translateu Chaumont (en) Translate
comune.ivrea.to.it

Ivrea (pronunzja bit-Taljan: [iˈvrɛːa]; bid-djalett ta' Piemonte: Ivrèja [iˈʋrɛja]; bil-Franċiż: Ivrée; bil-Latin: Eporedia) hija belt u komun tal-Belt Metropolitana ta' Torino fir-reġjun ta' Piemonte fil-Majjistral tal-Italja. Tinsab fit-triq li twassal sal-Wied ta' Aosta (parti mill-Via Francigena Medjevali), madwar id-Dora Baltea, u titqies bħala ċ-ċentru taż-żona ta' Canavese. Ivrea tinsab f'baċir li fil-preistorja kien lag kbir. Illum il-ġurnata hemm ħames lagi iżgħar — Sirio, San Michele, Pistono, Nero u Campagna — fiż-żona ta' madwar il-belt.

Fl-1 ta' Lulju 2018, Ivrea tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala l-"Belt Industrijali tas-Seklu 20".[1]

Il-Kastell ta' Ivrea

Ivrea u l-madwar tagħha ilhom abitati minn żmien in-Neolitiku; iċ-Ċeltiċi jingħad li kellhom villaġġ f'Ivrea għall-ħabta tas-seklu 5 Q.K. Madankollu, uffiċjalment ir-raħal jidher l-ewwel darba fl-istorja bħala insedjament tar-Repubblika Rumana stabbilita fil-100 Q.K., li x'aktarx inbena biex jgħasses waħda mir-rotot tradizzjonali ta' invażjoni fit-Tramuntana tal-Italja mill-Alpi. L-isem Latin tal-insedjament kien Eporedia.

Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent, Ivrea saret is-sede ta' dukat taħt il-Longobardi (is-sekli 6-8). Taħt il-Franki (is-seklu 9), Ivrea kienet il-belt kapitali tal-kontea. Fl-1001, wara perjodu ta' diżgwidi mal-isqof Warmund, il-mexxej tal-belt, Arduin ħakem il-belt permezz tal-Marċ ta' Ivrea. Iktar 'il quddiem sar ir-Re tal-Italja u beda dinastija li damet sas-seklu 11, meta l-belt reġgħet spiċċat taħt is-sovranità tal-isqfijiet.

Fis-seklu 12 Ivrea saret komun ħieles, iżda fl-ewwel deċennji tas-seklu ta' wara sfat f'idejn il-ħakma tal-Imperatur Federiku II. Iktar 'il quddiem Ivrea ssieltu għaliha diversi isqfijiet, il-markiżat ta' Monferrato u l-familja Savoia.

Is-sarkofagu Ruman fil-kripta tal-Katidral ta' Ivrea

Fl-1356 Ivrea għaddiet taħt idejn Amadeo VI tal-familja Savoia. Bl-eċċezzjoni tal-konkwista Franċiża qasira fi tmiem is-seklu 16, Ivrea baqgħet taħt il-familja Savoia sal-1800. Kienet proprjetà sussidjarja tar-Re ta' Sardenja, għalkemm l-unika Markiż ta' Ivrea kien Benedetto tal-familja Savoia (li iktar 'il quddiem iġġieled fil-Gwerer Rivoluzzjonarji Franċiżi). Fis-26 ta' Mejju 1800, Napuljun Bonaparte daħal fil-belt flimkien mat-truppi rebbieħa tiegħu, u ħataf il-kontroll sal-1814.

Matul is-seklu 20, Ivrea kienet l-iktar famuża għall-bażi tal-operazzjonijiet ta' Olivetti, manifattur tat-typewriters, tal-kalkolaturi mekkaniċi, u iktar 'il quddiem tal-kompjuters. Il-kumpanija Olivetti ma għadhiex teżisti b'mod indipendenti, minkejja li isem il-kumpanija għadu jidher bħala marka kummerċjali rreġistrata fuq it-tagħmir tal-uffiċċji mmanifatturati minn kumpaniji oħra. Fl-1970, madwar 90,000 ruħ, inkluż ċittadini min-Nofsinhar tal-Italja, kienu jgħixu u jaħdmu fiż-żona madwar Ivrea.

Il-pjattaforma elettronika ta' Arduino nħolqot fl-Istitut tad-Disinn Interattiv ta' Ivrea, u ssemmiet hekk għal bar imsemmi għall-figura storika ta' Arduino tal-Italja.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
L-arkitettura moderna ta' Olivetti

Ivrea, il-Belt Industrijali tas-Seklu 20, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.[1] L-UNESCO, meta l-belt ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji, stqarret li "tesprimi viżjoni moderna tar-relazzjoni bejn il-produzzjoni u l-arkitettura industrijali".[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Attrazzjonijiet ewlenin

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-Kastell ta' Ivrea (1357), li nbena matul ir-renju ta' Amadeo VI tal-familja Savoia. Għandu pjanta kwardra bil-brikks u erba' torrijiet tondi f'kull rokna. Fl-1676, torri użat bħala maħżen tal-munizzjon sploda wara li ntlaqat minn sajjetta u qatt ma reġa' nbena. Fl-imgħoddi l-kastell intuża wkoll bħala ħabs, filwaqt li llum il-ġurnata jintuża għall-wirjiet.
  • Il-Katidral ta' Ivrea, li oriġina minn knisja li nbniet hawnhekk fis-seklu 4 W.K. fis-sit ta' tempju pagan. Għall-ħabta tal-1000 W.K., ġie rikostruwit mill-isqof Warmondus bi stil Rumanesk: minn dik il-binja għad fadal biss iż-żewġ kampnari, xi kolonni, u l-kripta bl-affreski. Din tal-aħħar fiha sarkofagu Ruman antik li skont it-tradizzjoni, jippreserva r-relikwi ta' San Besso (il-kopatrun tal-belt flimkien ma' San Sabino). Fl-1785, il-binja reġgħet inbniet bi stil Barokk. Il-faċċata Neo-Klassika attwali nbniet fis-seklu 19. Wieħed mill-affreski antiki fuq ġewwa huwa ta' Miraklu tal-Imqaddes Pierre de Luxembourg (it-tieni nofs tas-seklu 15). Is-sagristija għandu żewġ pitturi ta' mal-artal ta' Defendente Ferrari. Il-katidral fih ukoll il-qabar tal-Imqaddes Taddew McCarthy.
  • Il-Biblijoteka Kapitolari (Biblioteca Capitolare), ħdejn il-Katidral, fiha kollezzjoni importanti ta' kodiċijiet mis-sekli 7-15.
  • Il-Knisja u l-Kunvent ta' San Bernardino: knisja Gotika żgħira li nbniet mill-Minoriti mill-bidu tal-1455. Fiha ċiklu tal-Ħajja u l-Passjoni ta' Kristu ta' Giovanni Martino Spanzotti (1480–1490).
  • Il-Mużew Pier Alessandro Garda fih xi sejbiet arkeoloġiċi interessanti u kollezzjoni ta' opri tal-arti Ġappuniżi. Jinsab fil-pjazza l-kbira msejħa Piazza Ottinetti.
  • Il-Mużew fil-Beraħ tal-Arkitettura Moderna, inawgurat fl-2001, huwa wirja ta' binjiet prinċipali (uħud li twettqu mill-arkitetti ewlenin ta' dak iż-żmien) li nbnew minn Olivetti mis-snin 50 tas-seklu 20 'il quddiem.
  • Il-fdalijiet ta' teatru Ruman tas-seklu 1 W.K., li jinsab fil-Punent taċ-ċentru tal-belt u li jesa' sa 10,000 spettatur.
  • Il-Pont l-Antik (Ponte Vecchio) imur lura għall-100 W.K. u jwassal sa Borghetto. Oriġinarjament kien mibni bl-injam u reġa' nbena bil-ġebel fl-1716.
  • Il-Muniċipju (Palazzo di Città), inbena fl-1758. Għandu kampnar imżejjen bi pjanti tal-qanneb, is-simbolu ta' Canavese.
  • It-Torri ta' San Stiefnu, li jmur lura għas-seklu 11. Dan it-torri huwa parti mill-fdalijiet tal-kampnar Rumanesk tal-Abbazija ta' San Stiefnu, mibnija fl-1041 mill-Ordni tal-Benedettini. Jinsab bejn il-lukanda La Serra u d-Dora Baltea.
  • Il-Knisja ta' San Gaudenzio
  • L-eks Knisja ta' Santa Marta (l-aħħar tas-seklu 15)
  • Il-Kappella tat-Tliet Rejiet

Hemm żewġ festi prinċipali f'Ivrea, u t-tnejn li huma jiġu ċċelebrati matul festa Kattolika, iżda t-tnejn għandhom għeruq fi tradizzjonijiet iktar antiki tal-belt. Waħda hija l-Karnival, u ċ-ċelebrazzjonijiet prinċipali jsiru 40 jum qabel l-Għid. L-oħra hija l-festa ta' San Savino (ta' Spoleto), li tiġi ċċelebrata l-ġimgħa tas-7 ta' Lulju. Matul din il-ġimgħa, issir fiera taż-żwiemel b'wirja tal-karozzini u spettakli taż-żwiemel.

Battalja tal-Larinġ

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Battalja tal-Larinġ fil-Karnival ta' Ivrea

Iċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-Karnival ta' Ivrea hija ċċentrata mal-Battalja tal-Larinġ. Din tinvolvi xi eluf ta' ċittadini tal-belt, li jinqasmu f'disa' timijiet kontra xulxin, li jissottaw il-larinġ lejn għexieren ta' timijiet fuq il-karrijiet  — bi vjolenza konsiderevoli — matul l-aħħar tliet ijiem tal-karnival: il-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta. Il-karnival iseħħ 40 jum qabel l-Għid u jintemm fil-lejla tal-"Mardi Gras" b'ċerimonja solenni li tinvolvi funeral li jfakkar tmiem il-karnival.

Mugnaia tintgħażel minn fost in-nisa miżżewġin. Il-leġġenda tgħid li bint taħħan ("Mugnaia") darba rrifjutat li taċċetta d-"dritt" tad-duka lokali li jqatta' lejla ma' kull mara li tkun għadha kemm iżżewġet u qatgħetlu rasu barra. Illum il-karozzini jirrappreżentaw il-gwardji tad-duka u dawk li jissottaw il-larinġ jirrappreżentaw ir-rivoluzzjonarji. In-nies li jkunu libsin kappell aħmar ma jitqiesux parti mir-rivoluzzjonarji, u għaldaqstant ma jissottawlhomx il-larinġ.

L-oriġini tat-tradizzjoni tal-issottar tal-larinġ ma tantx hi magħrufa sew, partikolarment għaliex il-larinġ ma jikbirx fl-għoljiet ta' qabel l-Alpi tal-Italja u jiġu ttrasportati minn Sqallija. Fl-1994 ġie stmat li mal-265,000 kilogramma ta' larinġ inġabu lejn il-belt, l-iktar mill-fdalijiet tal-għelejjel tax-xitwa fin-Nofsinhar tal-Italja.

Il-klabb tal-futbol tal-belt, A.S.D. Montalto Ivrea, attwalment jilgħab fid-diviżjoni tal-Promozione ta' Piemonte.

Il-Klabb tar-Rugby ta' Ivrea Club jilgħab fid-diviżjoni C1 ta' Piemonte.

Ivrea ospitat it-Tazza tad-Dinja tas-Slalom bil-Kenura fl-2016 u fl-2017.

Ivrea hija ġemellata ma':

  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Ivrea, industrial city of the 20th century". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-26.