Valletta: Differenza bejn il-verżjonijiet
No edit summary |
Dort xi typos, aġġornajt it-tagħrif dwar is-sindku attwali, u żidt taqsima dwar il-Belt bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO |
||
Linja 12: | Linja 12: | ||
|- |
|- |
||
| '''Gvern'''<br /> • Sindku |
| '''Gvern'''<br /> • Sindku |
||
| <br />Alfred Zammit ([[Partit Laburista (Malta)|PL]])<ref>{{Ċita web|url=https://localgovernment.gov.mt/en/lc/Valletta/Pages/The-Local-Council/Mayor-and-Councillors.aspx|titlu=Kunsill Lokali tal-Belt Valletta|aċċess=31-01-2021|kunjom=|isem=|koawturi=}}</ref> |
|||
| <br />Alexiei Dingli ([[Partit Nazzjonalista (Malta)|PN]]) |
|||
|- |
|- |
||
|Erja |
|Erja |
||
Linja 37: | Linja 37: | ||
{{kwota|Jekk għandkom widnejn biex tisimgħu, Valletta għandha ħafna stejjer xi tgħid.|[[Renzo Piano]]}} |
{{kwota|Jekk għandkom widnejn biex tisimgħu, Valletta għandha ħafna stejjer xi tgħid.|[[Renzo Piano]]}} |
||
'''Il-Belt Valletta''', magħrufa min-nies tal-gżejjer Maltin bħala ''' |
'''Il-Belt Valletta''', magħrufa min-nies tal-gżejjer Maltin bħala '''l-Belt''' hi l-[[belt kapitali]] ta' [[Malta]]. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 5,719-il ruħ (sal-2012). Qiegħda fil-parti tal-Lvant ċentrali tal-gżira ta' Malta. |
||
Il-Belt Valletta għandha karattru Barokk. Però |
Il-Belt Valletta għandha karattru Barokk. Però fiha xi elementi ta' Manneriżmu, Neoklassiku u xi partijiet għandhom xejra ta' arkitettura moderna. Il-Belt Valletta sofriet mill-attakki tat-[[Tieni Gwerra Dinjija]]; minkejja l-gwerra ħalliet ferita kbira fil-belt, hi ma tilfitx il-karattru Barokk. Fl-1980 il-Belt Valletta ġiet imsemmija mill-[[UNESCO]] bħala [[Sit ta’ Wirt Dinji]].<ref>[http://whc.unesco.org/en/list/131 Daħla dwar il-Belt Valletta fuq is-sit uffiċjali tal-UNESCO]</ref> |
||
== Isem == |
== Isem == |
||
L-isem uffiċjali li l-[[Ordni ta' San Ġwann]] ta lill-belt kien ''Humilissima Civitas Valletta'' — ' |
L-isem uffiċjali li l-[[Ordni ta' San Ġwann]] ta lill-belt kien ''Humilissima Civitas Valletta'' — 'Il-Belt l-Aktar Umli ta' Valletta'. Madanakollu, bil-bini ta' swar u ta' fortifikazzjonijiet, u flimkien mas-sbuħija tal-bini Barokk mat-toroq tagħha, din saret magħrufa bħala ''Superbissima'' — 'L-Aktar Kburija', fost is-sovrani tal-Ewropa. Fost il-Maltin, il-Belt Valletta hi sempliċiment magħrufa bħala "Il-Belt". |
||
== Gvern == |
== Gvern == |
||
Is-Sur Alfred Zammit huwa s-sindku tal-Belt Valletta u ilu jmexxi l-Kunsill Lokali tal-Belt mill-2019. Is-Sur Alfred Zammit huwa l-ewwel sindku tal-Belt li ġie elett mill-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] (PL), li hu partit affiljat mas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej (S&D), li għandu l-maġġoranza fil-Kunsill Lokali. |
|||
== Storja == |
== Storja == |
||
L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tpoġġiet fit-28 ta' Marzu 1566, mill-Gran Mastru tal-[[Ordni ta' San Ġwann]], [[Jean Parisot de la Valette]]. L-Ordni (li kienet ilha għal ħafna żmien tmexxi kemm lill-belt u anki lill-gżira) iddeċidiet li tibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta' Xiberras ftit wara t-tmiem tal-[[Assedju ta' Malta (1565)|Assedju l-Kbir tal-1565]], biex b'hekk |
L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tpoġġiet fit-28 ta' Marzu 1566, mill-Gran Mastru tal-[[Ordni ta' San Ġwann]], [[Jean Parisot de la Valette]]. L-Ordni (li kienet ilha għal ħafna żmien tmexxi kemm lill-belt u anki lill-gżira) iddeċidiet li tibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta' Xiberras ftit wara t-tmiem tal-[[Assedju ta' Malta (1565)|Assedju l-Kbir tal-1565]], biex b'hekk issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ordni f'Malta. Dan effettivament assigura l-permanenza tal-Kavallieri fuq il-gżira. L-arkitett li ddiżinja l-pjanta tal-belt kien [[Francesco Laparelli]] li ntbagħat mill-Papa Piju V. Meta Laparelli ħalla l-Belt, xogħlu komplieh l-assistent tiegħu, [[Ġlormu Cassar]] li pproġetta wkoll il-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]] u parti mill-fortifikazzjonijiet. |
||
Fit-28 ta' Marzu 1566, ġie inawgurat il-bini tal-Belt, b'La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fejn illum hemm il- |
Fit-28 ta' Marzu 1566, ġie inawgurat il-bini tal-Belt, b'La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fejn illum hemm il-Knisja tal-Vitorja. Il-pjanta tal-belt kienet kemxejn ġdida għall-gżejjer Maltin, hekk kif waqt li l-bliet u l-irħula l-oħra Maltin kellhom toroq irregolari u sqaqien, il-belt il-ġdida kellha disinn rettangulari taħt forma ta' gradilja, mingħajr ebda ''Collacchio'', li hi żona ristretta biss għal bini importanti. It-toroq kienu wiesgħa u dritti, b'dik tan-nofs li tibda minn Putirjal u tispiċċa fil-Forti Sant'Iermu fuq in-naħa l-oħra. |
||
[[Stampa:Valletta.jpg|275px|thumb|left|Dehra tal-Belt Valletta minn [[tas-Sliema]]]] |
[[Stampa:Valletta.jpg|275px|thumb|left|Dehra tal-Belt Valletta minn [[tas-Sliema]]]] |
||
Sfortunatament, La Valette qatt ma ra l-belt kompluta, hekk kif miet f'età ta' 74 sena, fil-21 ta' Awwissu 1568. Hu kien ġie midfun fil-knisja tal-Vitorja, imma wara li nbena l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-fdalijiet tiegħu tpoġġew hemmhekk. It-tebut tiegħu hu mdawwar minn diversi twiebet oħra tal-Gran Mastri. |
Sfortunatament, La Valette qatt ma ra l-belt kompluta, hekk kif miet f'età ta' 74 sena, fil-21 ta' Awwissu 1568. Hu kien ġie midfun fil-knisja tal-Vitorja, imma wara li nbena l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-fdalijiet tiegħu tpoġġew hemmhekk. It-tebut tiegħu hu mdawwar minn diversi twiebet oħra tal-Gran Mastri. |
||
Wara l-Kavallieri u perjodu qasir taħt il-Franċiżi, il-wasla tal-Ingliżi |
Wara l-Kavallieri u perjodu qasir taħt il-Franċiżi, il-wasla tal-Ingliżi wasslet biex għal darb'oħra jiffjorixxi l-bini. Ħafna bini ġie demolit u nbena għal darb'oħra. Id-djar ġew imkabbrin u twettqu proġetti ċiviċi; madanakollu, il-belt kollha u l-infrastruttura tagħha sofrew ħafna ħsara kawża tal-bombi li ntefgħu matul it-[[Tieni Gwerra Dinjija]], fejn fosthom iġġarraf it-Teatru Rjal li nbena fid-daħla tal-belt fis-seklu 19. |
||
Illum il-ġurnata, il-Belt Valletta tilqa' fi ħdanha għadd ta' dipartimenti u ministeri governattivi, kif ukoll eluf ta' ħaddiema minħabba l-konċentrazzjoni ta' uffiċini u ħwienet li hemm. F'din il-belt, tinsab ukoll il-Berġa ta' Kastilja minn fejn jopera l-[[Prim Ministru ta' Malta|Prim Ministru]] kif ukoll il-[[Palazz tal-Gran Mastru]], fejn jiltaqa' l- |
Illum il-ġurnata, il-Belt Valletta tilqa' fi ħdanha għadd ta' dipartimenti u ministeri governattivi, kif ukoll eluf ta' ħaddiema minħabba l-konċentrazzjoni ta' uffiċini u ħwienet li hemm. F'din il-belt, tinsab ukoll il-Berġa ta' Kastilja minn fejn jopera l-[[Prim Ministru ta' Malta|Prim Ministru]] kif ukoll il-[[Palazz tal-Gran Mastru]], fejn jiltaqa' l-Parlament. |
||
== Ġeografija == |
== Ġeografija == |
||
[[Stampa:Street in Valetta, Malta.jpeg|200px|left|thumb|Triq Mikiel Anton Vassalli, Valletta]] |
[[Stampa:Street in Valetta, Malta.jpeg|200px|left|thumb|Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta]] |
||
Il-peniżola ta' Valletta |
Il-peniżola ta' Valletta mdawra minn żewġ portijiet naturali; il-Port ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir. Dan tal-aħħar hu l-iktar port importanti ta' Malta, bil-baċiri fil-[[Marsa]] li jservu biex tinħatt il-merkanzija. F'dawn l-aħħar snin inbena terminal għall-kruċieri fl-istess Port il-Kbir. |
||
Il-belt għandha |
Il-belt għandha diversi binjiet ta' importanza storika. Fosthom insibu l-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]], magħruf qabel bħala l-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta' Malta, li jħaddan fih l-ikbar xogħol waħdieni ta' [[Michelangelo Merisi da Caravaggio]], l-uniku xogħol iffirmat tiegħu, kif ukoll kollezzjoni imprezzabli ta' arazzi tas-seklu sbatax tul Triq ir-Repubblika; il-Berġa ta' Kastilja u León, li qabel kienet isservi bħala d-dar tal-Kavallieri ta' Malta li kienu provenjenti mill-komunità awtonoma ta' Kastilja u León, fejn illum insibu l-uffiċċju tal-[[Prim Ministru ta' Malta]]; il-Palazz Maġisterjali, mibni bejn l-1571 u l-1574, li qabel kienet ir-residenza tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Malta, waqt li llum jospita l-Parlament Malti u l-uffiċini tal-[[President ta' Malta]] (faċċata tal-Pjazza tal-Palazz tul Triq ir-Repubblika); il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, palazz fuq stil Rokokò li jmur lura għas-snin 1570, li serva bħala residenza uffiċjali tal-Kmandant tal-Flotta Mediterranja matul l-era Brittanika, mill-1789 'il quddiem (fi Triq in-Nofsinhar); il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, magħruf qabel bħala l-Berġa ta' Provenza (fi Triq ir-Repubblika); it-Teatru Manoel, li kien inbena f'għaxar xhur biss fl-1731, b'ordni mill-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena, u wieħed mill-eqdem teatri fl-[[Ewropa]]; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, magħruf qabel bħala s-Sacra Infermeria, mibni fl-1574, fejn kien wieħed mill-aktar sptarijiet rinomati matul iż-żmien tal-Kavallieri ta' Malta; u l-istess fortifikazzjonijiet, mibnija mill-Kavallieri bħala serje ta' bastjuni u ravellini, b'għoli ta' madwar 100 metru, iddiżinjati biex jiddefendu lill-belt mill-attakki. |
||
Tul parti mill-ħitan tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta hemm żona b’akkomodazzjonijiet soċjali, fejn jgħixu n-nies li ma jistgħux jifilħu jħallsu għal residenza tagħhom. Fil-pjanijiet oriġinali, l-Ordni riedu qala magħmula mill-bnedmin biex tospita lill-qawwa navali, madanakollu din ma tkomplietx, u b'hekk din ż-żona saret magħrufa bħala "[[Il-Mandraġġ]]". Din iż-żona ġiet f'idejn in-nies mingħajr saqaf fuq rashom, u dan irriżulta f'diversi bini b'passaġġi mudlama u b'kundizzjonijiet sanitarji ħżiena. Il-Mandraġġ kien ġie demolit parzjalment fis-snin ħamsin biex tinbena żona għad-djar fil-Belt Valletta. Din il-parti xorta baqgħet mhux rispettabli, minkejja li hi aħjar milli kif kienet qabel. |
|||
== Demografija == |
== Demografija == |
||
Il-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset drastikament matul is-snin, u illum il-ġurnata l-kwota naqset għal madwar terz mill-perjodu bl- |
Il-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset drastikament matul is-snin, u illum il-ġurnata l-kwota naqset għal madwar terz mill-perjodu bl-akbar popolazzjoni. Dan il-proċess aċċelera aktar wara t-[[Tieni Gwerra Dinjija]] hekk kif żvilupp ġdid fis-subborgi ra lill-popolazzjoni timxi 'l barra mill-belt kapitali, però l-Belt xorta baqgħet u għadha ċ-ċentru amministrattiv u kummerċjali ta' Malta. |
||
== Sit ta’ Wirt Dinji == |
|||
Fl-1980, prattikament il-Belt Valletta kollha, bil-fortifikazzjonijiet u l-monumenti kollha tagħha, ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO. Il-belt kapitali ta’ Malta għandha rabta sfiqa mal-istorja tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, għalkemm il-Gżejjer Maltin diġà kienu ġew maħkuma qabel mill-Feniċi, mill-Griegi, mill-Kartaġiniżi, mir-Rumani, mill-Biżantini u mill-Għarab. Il-Belt Valletta għandha 320 [[monument]], kollha fi spazju ta’ 55 ettaru, u b’hekk hija waħda mill-iktar żoni storiċi b’konċentrazzjoni ta’ monumenti fid-dinja. |
|||
Il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji minħabba l-valur universali straordinarju tagħha abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO minn għaxra (fi kliem ieħor, abbażi ta’ terz tal-kriterji kulturali). Dawn il-kriterji huma l-kriterju (i), jiġifieri “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, u l-kriterju (vi), jiġifieri “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma’ avvenimenti jew ma’ tradizzjonijiet ħajjin, ma’ ideat jew ma’ twemmin, jew ma’ xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta’ valur universali straordinarju”. |
|||
Il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji abbażi tal-kriterju (i) peress li hija prevalentement kreazzjoni idealistika tal-aħħar tar-Rinaxximent bi pjanta urbana uniformi, ispirata mill-prinċipji Neoplatoniċi, bi swar u b’fortifikazzjonijiet mad-dawra kollha tad-daħliet naturali tagħha, u b’diversi monumenti f’postijiet strateġiċi. Min-naħa l-oħra, il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji abbażi tal-kriterju (vi) minħabba r-rabta tagħha mal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, li bnewha fl-1566 u li ħadu ħsiebha u sebbħuha għal kważi żewġ sekli u nofs. B’hekk, il-Belt Valletta hija assoċjata mal-istorja ta’ waħda mill-ikbar forzi militari u morali tal-Ewropa moderna. |
|||
Il-belt hija mibnija fuq peniżola dejqa mdawra bl-ilma. B’hekk, il-perimetru tal-belt baqa’ prattikament l-istess mit-tluq tal-Kavallieri ’l hawn, bi ftit żviluppi moderni f’dawn l-aħħar snin. Id-daqs tagħha u l-integrità tal-bini u tal-monumenti tagħha kienu biżżejjed biex l-UNESCO tagħraf li għandha valur universali straordinarju. Minkejja xi proġetti tal-kostruzzjoni fis-seklu 19 u l-ħsarat li ġarrbet il-Belt Valletta fit-Tieni Gwerra Dinjija, proporzjon kbir tal-bini u tal-monumenti oriġinali, kif ukoll in-nisġa urban tal-madwar, ġew ippreservati sa żminijietna jew ġew irrestawrati bir-reqqa. L-iżvilupp tal-bini u l-materjali li ntużaw matul is-snin ma biddilx wisq mill-pajsaġġ urban tal-belt, speċjalment meta wieħed joqrob lejha mill-baħar. Madankollu, il-valur universali straordinarju tagħha jiddependi wkoll fuq dan l-element tal-pajsaġġ urban, għalhekk il-proċess biex jinstab bilanċ tajjeb bejn dan l-element u l-ħtiġijiet ta’ belt ħajja, huwa proċess kontinwu. L-UNESCO kemm-il darba tintervjeni biex twissi lill-awtoritajiet li jieħdu ħsieb il-ġestjoni ta’ Sit ta’ Wirt Dinji, meta tħoss li xi proġett jista’ jipperikola xi waħda mill-kriterji tal-għażla tagħha. Fl-2015, l-NGO lokali Din l-Art Ħelwa ħasset il-ħtieġa li twassal it-tħassib tagħha lill-awtoritajiet Maltin li jekk il-pjanijiet ta’ lukanda ta’ 40 sular f’Tigné jitwettqu, dan jaf iwassal biex il-Belt Valletta saħansitra titlef l-istatus ta’ Sit ta’ Wirt Dinji, minħabba li l-proġett ikerrah il-pajsaġġ urban li baqa’ ftit li xejn mittiefes minn żmien il-Kavallieri ’l hawn.<ref>{{Ċita web|url=https://www.maltatoday.com.mt/news/national/59966/_heritage_watchdog_warns_vallettas_unesco_status_undermined_by_tign_40storey_hotel#.YBZ05EBFzIV|titlu=“Heritage watchdog warns Valletta’s UNESCO status undermined by Tigné 40-storey hotel”. MaltaToday.|aċċess=31-01-2021|kunjom=|isem=|koawturi=}}</ref> |
|||
== Toroq prinċipali == |
== Toroq prinċipali == |
||
[[Stampa:Republicstreet.jpg|right|thumb|250px|Triq ir-Repubblika, waħda |
[[Stampa:Republicstreet.jpg|right|thumb|250px|Triq ir-Repubblika, waħda mill-itwal toroq pedonali tal-Belt Valletta]] |
||
* Pjazza Kastilja |
* Pjazza Kastilja |
||
* Pjazza Jean de Valette |
* Pjazza Jean de Valette |
||
Linja 99: | Linja 108: | ||
=== Knejjes === |
=== Knejjes === |
||
[[Stampa:St Johns Co-Cathedral.jpg|250px|thumb|[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]]]] |
[[Stampa:St Johns Co-Cathedral.jpg|250px|thumb|[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|Il-Kon-Katidral ta' San Ġwann]]]] |
||
* Knisja Kolleggjata San Pawl Nawfragu |
* Knisja Kolleggjata San Pawl Nawfragu |
||
* [[Bażilka u Parroċċa Matriċi San Duminku]] |
* [[Bażilka u Parroċċa Matriċi San Duminku]] |
||
Linja 109: | Linja 118: | ||
* Knisja ta' Santu Wistin |
* Knisja ta' Santu Wistin |
||
* Knisja ta' Kristu Redentur |
* Knisja ta' Kristu Redentur |
||
* Knisja Franġiskana ta' Santa Marija ta' Ġesù, jew ''Ta Ġieżu'' |
* Knisja Franġiskana ta' Santa Marija ta' Ġesù, jew ''Ta' Ġieżu'' |
||
=== Palazzi === |
=== Palazzi === |
Reviżjoni ta' 09:26, 31 Jannar 2021
Il-Belt Valletta | |
Muntaġġ ta' Valletta | |
Pajjiż | Malta |
Gvern • Sindku |
Alfred Zammit (PL)[1] |
Erja | 0.8 km2 (0.3 mi kw) |
Elevazzjoni | 56 m (184 ft) |
Popolazzjoni (Marzu 2011) • Total • Densità |
6,966 8,700/km2 (23,000/mi kw) |
Żona tal-ħin • Sajf |
CET (UTC+1) CEST (UTC+2) |
Kodiċi postali | VLT |
Qaddis patrun • Ġurnata |
Papa San Piju V Dumnikan 28 ta' Mejju |
Websajt | www.cityofvalletta.org |
“ Jekk għandkom widnejn biex tisimgħu, Valletta għandha ħafna stejjer xi tgħid. ”
Il-Belt Valletta, magħrufa min-nies tal-gżejjer Maltin bħala l-Belt hi l-belt kapitali ta' Malta. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 5,719-il ruħ (sal-2012). Qiegħda fil-parti tal-Lvant ċentrali tal-gżira ta' Malta.
Il-Belt Valletta għandha karattru Barokk. Però fiha xi elementi ta' Manneriżmu, Neoklassiku u xi partijiet għandhom xejra ta' arkitettura moderna. Il-Belt Valletta sofriet mill-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija; minkejja l-gwerra ħalliet ferita kbira fil-belt, hi ma tilfitx il-karattru Barokk. Fl-1980 il-Belt Valletta ġiet imsemmija mill-UNESCO bħala Sit ta’ Wirt Dinji.[2]
Isem
L-isem uffiċjali li l-Ordni ta' San Ġwann ta lill-belt kien Humilissima Civitas Valletta — 'Il-Belt l-Aktar Umli ta' Valletta'. Madanakollu, bil-bini ta' swar u ta' fortifikazzjonijiet, u flimkien mas-sbuħija tal-bini Barokk mat-toroq tagħha, din saret magħrufa bħala Superbissima — 'L-Aktar Kburija', fost is-sovrani tal-Ewropa. Fost il-Maltin, il-Belt Valletta hi sempliċiment magħrufa bħala "Il-Belt".
Gvern
Is-Sur Alfred Zammit huwa s-sindku tal-Belt Valletta u ilu jmexxi l-Kunsill Lokali tal-Belt mill-2019. Is-Sur Alfred Zammit huwa l-ewwel sindku tal-Belt li ġie elett mill-Partit Laburista (PL), li hu partit affiljat mas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej (S&D), li għandu l-maġġoranza fil-Kunsill Lokali.
Storja
L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tpoġġiet fit-28 ta' Marzu 1566, mill-Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann, Jean Parisot de la Valette. L-Ordni (li kienet ilha għal ħafna żmien tmexxi kemm lill-belt u anki lill-gżira) iddeċidiet li tibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta' Xiberras ftit wara t-tmiem tal-Assedju l-Kbir tal-1565, biex b'hekk issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ordni f'Malta. Dan effettivament assigura l-permanenza tal-Kavallieri fuq il-gżira. L-arkitett li ddiżinja l-pjanta tal-belt kien Francesco Laparelli li ntbagħat mill-Papa Piju V. Meta Laparelli ħalla l-Belt, xogħlu komplieh l-assistent tiegħu, Ġlormu Cassar li pproġetta wkoll il-Kon-Katidral ta' San Ġwann u parti mill-fortifikazzjonijiet.
Fit-28 ta' Marzu 1566, ġie inawgurat il-bini tal-Belt, b'La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fejn illum hemm il-Knisja tal-Vitorja. Il-pjanta tal-belt kienet kemxejn ġdida għall-gżejjer Maltin, hekk kif waqt li l-bliet u l-irħula l-oħra Maltin kellhom toroq irregolari u sqaqien, il-belt il-ġdida kellha disinn rettangulari taħt forma ta' gradilja, mingħajr ebda Collacchio, li hi żona ristretta biss għal bini importanti. It-toroq kienu wiesgħa u dritti, b'dik tan-nofs li tibda minn Putirjal u tispiċċa fil-Forti Sant'Iermu fuq in-naħa l-oħra.
Sfortunatament, La Valette qatt ma ra l-belt kompluta, hekk kif miet f'età ta' 74 sena, fil-21 ta' Awwissu 1568. Hu kien ġie midfun fil-knisja tal-Vitorja, imma wara li nbena l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-fdalijiet tiegħu tpoġġew hemmhekk. It-tebut tiegħu hu mdawwar minn diversi twiebet oħra tal-Gran Mastri.
Wara l-Kavallieri u perjodu qasir taħt il-Franċiżi, il-wasla tal-Ingliżi wasslet biex għal darb'oħra jiffjorixxi l-bini. Ħafna bini ġie demolit u nbena għal darb'oħra. Id-djar ġew imkabbrin u twettqu proġetti ċiviċi; madanakollu, il-belt kollha u l-infrastruttura tagħha sofrew ħafna ħsara kawża tal-bombi li ntefgħu matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn fosthom iġġarraf it-Teatru Rjal li nbena fid-daħla tal-belt fis-seklu 19.
Illum il-ġurnata, il-Belt Valletta tilqa' fi ħdanha għadd ta' dipartimenti u ministeri governattivi, kif ukoll eluf ta' ħaddiema minħabba l-konċentrazzjoni ta' uffiċini u ħwienet li hemm. F'din il-belt, tinsab ukoll il-Berġa ta' Kastilja minn fejn jopera l-Prim Ministru kif ukoll il-Palazz tal-Gran Mastru, fejn jiltaqa' l-Parlament.
Ġeografija
Il-peniżola ta' Valletta mdawra minn żewġ portijiet naturali; il-Port ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir. Dan tal-aħħar hu l-iktar port importanti ta' Malta, bil-baċiri fil-Marsa li jservu biex tinħatt il-merkanzija. F'dawn l-aħħar snin inbena terminal għall-kruċieri fl-istess Port il-Kbir.
Il-belt għandha diversi binjiet ta' importanza storika. Fosthom insibu l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, magħruf qabel bħala l-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta' Malta, li jħaddan fih l-ikbar xogħol waħdieni ta' Michelangelo Merisi da Caravaggio, l-uniku xogħol iffirmat tiegħu, kif ukoll kollezzjoni imprezzabli ta' arazzi tas-seklu sbatax tul Triq ir-Repubblika; il-Berġa ta' Kastilja u León, li qabel kienet isservi bħala d-dar tal-Kavallieri ta' Malta li kienu provenjenti mill-komunità awtonoma ta' Kastilja u León, fejn illum insibu l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta; il-Palazz Maġisterjali, mibni bejn l-1571 u l-1574, li qabel kienet ir-residenza tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Malta, waqt li llum jospita l-Parlament Malti u l-uffiċini tal-President ta' Malta (faċċata tal-Pjazza tal-Palazz tul Triq ir-Repubblika); il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, palazz fuq stil Rokokò li jmur lura għas-snin 1570, li serva bħala residenza uffiċjali tal-Kmandant tal-Flotta Mediterranja matul l-era Brittanika, mill-1789 'il quddiem (fi Triq in-Nofsinhar); il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, magħruf qabel bħala l-Berġa ta' Provenza (fi Triq ir-Repubblika); it-Teatru Manoel, li kien inbena f'għaxar xhur biss fl-1731, b'ordni mill-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena, u wieħed mill-eqdem teatri fl-Ewropa; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, magħruf qabel bħala s-Sacra Infermeria, mibni fl-1574, fejn kien wieħed mill-aktar sptarijiet rinomati matul iż-żmien tal-Kavallieri ta' Malta; u l-istess fortifikazzjonijiet, mibnija mill-Kavallieri bħala serje ta' bastjuni u ravellini, b'għoli ta' madwar 100 metru, iddiżinjati biex jiddefendu lill-belt mill-attakki.
Tul parti mill-ħitan tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta hemm żona b’akkomodazzjonijiet soċjali, fejn jgħixu n-nies li ma jistgħux jifilħu jħallsu għal residenza tagħhom. Fil-pjanijiet oriġinali, l-Ordni riedu qala magħmula mill-bnedmin biex tospita lill-qawwa navali, madanakollu din ma tkomplietx, u b'hekk din ż-żona saret magħrufa bħala "Il-Mandraġġ". Din iż-żona ġiet f'idejn in-nies mingħajr saqaf fuq rashom, u dan irriżulta f'diversi bini b'passaġġi mudlama u b'kundizzjonijiet sanitarji ħżiena. Il-Mandraġġ kien ġie demolit parzjalment fis-snin ħamsin biex tinbena żona għad-djar fil-Belt Valletta. Din il-parti xorta baqgħet mhux rispettabli, minkejja li hi aħjar milli kif kienet qabel.
Demografija
Il-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset drastikament matul is-snin, u illum il-ġurnata l-kwota naqset għal madwar terz mill-perjodu bl-akbar popolazzjoni. Dan il-proċess aċċelera aktar wara t-Tieni Gwerra Dinjija hekk kif żvilupp ġdid fis-subborgi ra lill-popolazzjoni timxi 'l barra mill-belt kapitali, però l-Belt xorta baqgħet u għadha ċ-ċentru amministrattiv u kummerċjali ta' Malta.
Sit ta’ Wirt Dinji
Fl-1980, prattikament il-Belt Valletta kollha, bil-fortifikazzjonijiet u l-monumenti kollha tagħha, ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO. Il-belt kapitali ta’ Malta għandha rabta sfiqa mal-istorja tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, għalkemm il-Gżejjer Maltin diġà kienu ġew maħkuma qabel mill-Feniċi, mill-Griegi, mill-Kartaġiniżi, mir-Rumani, mill-Biżantini u mill-Għarab. Il-Belt Valletta għandha 320 monument, kollha fi spazju ta’ 55 ettaru, u b’hekk hija waħda mill-iktar żoni storiċi b’konċentrazzjoni ta’ monumenti fid-dinja.
Il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji minħabba l-valur universali straordinarju tagħha abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO minn għaxra (fi kliem ieħor, abbażi ta’ terz tal-kriterji kulturali). Dawn il-kriterji huma l-kriterju (i), jiġifieri “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, u l-kriterju (vi), jiġifieri “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma’ avvenimenti jew ma’ tradizzjonijiet ħajjin, ma’ ideat jew ma’ twemmin, jew ma’ xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta’ valur universali straordinarju”.
Il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji abbażi tal-kriterju (i) peress li hija prevalentement kreazzjoni idealistika tal-aħħar tar-Rinaxximent bi pjanta urbana uniformi, ispirata mill-prinċipji Neoplatoniċi, bi swar u b’fortifikazzjonijiet mad-dawra kollha tad-daħliet naturali tagħha, u b’diversi monumenti f’postijiet strateġiċi. Min-naħa l-oħra, il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji abbażi tal-kriterju (vi) minħabba r-rabta tagħha mal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, li bnewha fl-1566 u li ħadu ħsiebha u sebbħuha għal kważi żewġ sekli u nofs. B’hekk, il-Belt Valletta hija assoċjata mal-istorja ta’ waħda mill-ikbar forzi militari u morali tal-Ewropa moderna.
Il-belt hija mibnija fuq peniżola dejqa mdawra bl-ilma. B’hekk, il-perimetru tal-belt baqa’ prattikament l-istess mit-tluq tal-Kavallieri ’l hawn, bi ftit żviluppi moderni f’dawn l-aħħar snin. Id-daqs tagħha u l-integrità tal-bini u tal-monumenti tagħha kienu biżżejjed biex l-UNESCO tagħraf li għandha valur universali straordinarju. Minkejja xi proġetti tal-kostruzzjoni fis-seklu 19 u l-ħsarat li ġarrbet il-Belt Valletta fit-Tieni Gwerra Dinjija, proporzjon kbir tal-bini u tal-monumenti oriġinali, kif ukoll in-nisġa urban tal-madwar, ġew ippreservati sa żminijietna jew ġew irrestawrati bir-reqqa. L-iżvilupp tal-bini u l-materjali li ntużaw matul is-snin ma biddilx wisq mill-pajsaġġ urban tal-belt, speċjalment meta wieħed joqrob lejha mill-baħar. Madankollu, il-valur universali straordinarju tagħha jiddependi wkoll fuq dan l-element tal-pajsaġġ urban, għalhekk il-proċess biex jinstab bilanċ tajjeb bejn dan l-element u l-ħtiġijiet ta’ belt ħajja, huwa proċess kontinwu. L-UNESCO kemm-il darba tintervjeni biex twissi lill-awtoritajiet li jieħdu ħsieb il-ġestjoni ta’ Sit ta’ Wirt Dinji, meta tħoss li xi proġett jista’ jipperikola xi waħda mill-kriterji tal-għażla tagħha. Fl-2015, l-NGO lokali Din l-Art Ħelwa ħasset il-ħtieġa li twassal it-tħassib tagħha lill-awtoritajiet Maltin li jekk il-pjanijiet ta’ lukanda ta’ 40 sular f’Tigné jitwettqu, dan jaf iwassal biex il-Belt Valletta saħansitra titlef l-istatus ta’ Sit ta’ Wirt Dinji, minħabba li l-proġett ikerrah il-pajsaġġ urban li baqa’ ftit li xejn mittiefes minn żmien il-Kavallieri ’l hawn.[3]
Toroq prinċipali
- Pjazza Kastilja
- Pjazza Jean de Valette
- Misraħ Sant'Iermu
- Triq il-Fran
- Triq il-Merkanti
- Triq Zekka
- Triq Nofsinhar
- Triq il-Lanċa
- Triq il-Lvant
- Triq il-Punent
- Triq il-Mediterran
- Triq ir-Repubblika
- Triq it-Teatru l-Antik
- Triq l-Assedju l-Kbir
- Triq Marsamxett
- Triq Melita
- Triq San Bastjan
- Triq San Kristofru
- Triq San Mark
- Triq Spur
- Xatt il-Barriera
- Triq San Pawl
- Triq San Duminku
Postijiet ta' interess
Knejjes
- Knisja Kolleggjata San Pawl Nawfragu
- Bażilka u Parroċċa Matriċi San Duminku
- Knisja tal-Vitorja
- Kon-Katidral ta' San Ġwann
- Katidral Anglikan ta' San Pawl
- Knisja ta' San Franġisk t'Assisi
- Knisja tal-Ġiżwiti
- Knisja ta' Santu Wistin
- Knisja ta' Kristu Redentur
- Knisja Franġiskana ta' Santa Marija ta' Ġesù, jew Ta' Ġieżu
Palazzi
- Palazz tal-Gran Mastru – residenza tal-Parlament Malti
- Berġa ta' Kastilja – residenza tal-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta
- Berġa t'Aragona – residenza tal-Ministeru tal-Finanzi
- Berġa tal-Italja – residenza tal-Awtorità tat-Turiżmu
- Berġa ta' Provenza – residenza tal-Mużew tal-Arkeoloġija Nazzjonali
- Berġa ta' Baviera – residenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni
- Casa Rocca Piccola – residenza pubblika miftuħa għall-pubbliku
- Palazzo Francia – dar għal numru ta' uffiċini u ħwienet
- Palazzo Parisio – residenza tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
- Mużew Nazzjonali tal-Arti
Teatri
- Teatru Manoel
- Teatru Rjal
Ġonna
- Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq
- Ġonna tal-Barrakka t'Isfel
- Hastings
Forti
- Forti Sant'Iermu
Oħrajn
- Putirjal
- Funtana tat-Trituni
- Valletta Waterfront
Referenzi
- ^ "Kunsill Lokali tal-Belt Valletta". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ Daħla dwar il-Belt Valletta fuq is-sit uffiċjali tal-UNESCO
- ^ ""Heritage watchdog warns Valletta's UNESCO status undermined by Tigné 40-storey hotel". MaltaToday". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna)
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Valletta |