Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2021

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-logo ta' Rebbiegħa CEE
Il-logo ta' Rebbiegħa CEE

Rebbiegħa CEE 2021 ta' Wikimedia hija inizjattiva ta' Wikipedisti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant bl-għan li jinħloqu paġni dwar nies, suġġetti jew oġġetti minn din il-parti tad-dinja. Malta qed tieħu sehem għat-tieni darba din is-sena permezz tal-għaqda volontarja Wikimedia Community Malta, li hija affiljata mal-Wikimedia Foundation. Dan jorbot mal-ħidma sistematika mibdija fl-2020 minn din l-għaqda biex jinħolqu paġni bil-Malti fuq il-Wikipedija dwar nies, suġġetti u oġġetti li m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' Malta. Dan qed isir f'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Valletta Design Cluster fi ħdan il-VCA.

Matul ix-xahar t'April qed norganizzaw ukoll numru ta' workshops u edit-a-toni regolari fuq Google Meet kull nhar ta' Ħamis bejn is-6pm u t-8pm.  Id-dettalji hawn.

F'dawn l-aħħar 100 sena, l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant għaddew minn għadd ta' rebbigħat mhux daqstant sbieħ li ħolqu ħafna diżgwid, kunflitti u diżappunti. Fost dawn nistgħu nsemmu ir-Rebbiegħa ta' Praga fl-1968, il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh tal-1988, l-eskalazzjoni tal-kunflitt Transnistrijan fl-1992, jew il-gwerra li faqqgħet fl-Ukrajna fl-2014.

Għaldaqstant, ir-Rebbiegħa CEE ta' Wikimedia għandha l-għan li tappoġġja u tippromovi gruppi lokali fil-ħolqien ta' paġni fil-Wikipedija u proġetti oħra ta' Wikimedia biex jiżdied l-għarfien reċiproku ta' xulxin u jitkattar l-għerf ħieles f'dawn ir-reġjuni.

Lista ta' artikli mill-pajjiżi u reġjuni[immodifika s-sors]

Il-lista ta' paġni mill-pajjiżi u r-reġjuni isservi ta' punt tat-tluq u orjentazzjoni għal ħolqien u titjib tal-paġni - anke jekk il-paġni kollha dwar pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (inkluż il-Kawkasja) jgħoddu fil-konkors. Il-biċċa l-kbira tal-paġni jinstabu fil-Wikipedia bl-Ingliż u spiss huwa faċli ferm li jiġu tradotti minn hemm.

Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.

L-Għan[immodifika s-sors]

L-għan ta' dan il-konkors huwa li jinħolqu u jittejbu paġni dwar pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Għalkemm kull kontribut relevanti jiġi ġġudikat bħala parti mill-konkors, peress li hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam fuq il-Wikipedija bil-Malti, xogħol fuq paġni fil-lista tal-100 proposti jingħata punteġġ akbar, kif spjegat aktar l-isfel.

Żmien[immodifika s-sors]

Il-konkors jibda f'nofsillejl tal-21 ta' Marzu u jkompli sa nofsillejl tal-20 ta' Ġunju.

Iż-żmien ġie estiż minn dak oriġinarjament imħabbar biex ikopri l-istaġun kollu tar-rebbiegħa.

Regolamenti[immodifika s-sors]

1. Kulħadd jista' jieħu sehem fil-konkors, ħlief għall-organizzaturi lokali u internazzjonali. L-organizzaturi jistgħu jipparteċipaw bla ma jikkompetu.

2. Biex tikkompeti trid tirreġistra formalment. Biex tirreġistra għall-konkors ikteb ismek hawn taħt kif indikat fit-taqsima tal-Parteċipanti.

3. Uża l-Mudell -- huwa essenzjali li tuża l-Mudell {{CEE Spring 2021 | utent = ismek | pajjiż = Malta }} fuq il-paġna tad-diskussjoni ta' kull pagna li taħdem fuqha biex il-kontribuzzjoni tiegħek tkun tgħodd fil-konkors. Dan huwa l-unika mod biex l-organizzaturi jkunu jafu li qed tieħu sehem fil-konkors. Ara/uża ukoll il-mudelli ta' lingwi oħra jekk tagħżel li tikteb bihom apparti l-Malti.

Punteġġi[immodifika s-sors]

  • Għal kull artikolu li toħloq tieħu żewġ punti
  • Għal kull artikolu li toħloq mil-lista uffiċjali tieħu tliet punti oħra (ħames punti b'kollox)
  • Għal kull artikolu li ttejjeb tieħu punt
  • Għal kull artikolu li ttejjeb mil-lista uffiċjali tiegħu erba' punti oħra (ħames punti b'kollox)

Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.

Kull mistoqsija għandha titpoġġa fuq il-paġna tad-diskussjoni.

Premjijiet[immodifika s-sors]

Il-premijiet huma pprovduti minn Wikimedia Community Malta permezz ta' għotja mill-Wikimedia Foundation:

  • L-ewwel post: €100 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*
  • It-tieni post: €60 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*
  • It-tielet post: €40 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*

Parteċipanti[immodifika s-sors]

Daħħal ismek fit-tabella t'hawn taħt. Daħħal l-isem tal-paġna jew paġni li tkun ħdimt fit-tieni kolonna. Fit-tielet kolonna tista ddaħħal paġni li għadek qed taħdem fuqhom. Tista' ddaħħal ukoll il-punti għax-xogħol li tkun għamilt fl-aħħar kolonna; dawn jiġu vverifikati mill-organizzaturi fi tmiem il-konkors u rranġati jekk ikun hemm bżonn.

Jekk issib xi diffikulta bit-tabella ikkuntattja lil Toni Sant jew Nevborg li huma l-organizzaturi u jidhru f'din it-tabella mingħajr punti għax mhux eliġibbli biex jikkompetu.

Utent Paġna/pagni mibdija u/jew imtejba Xogħol għaddej Punti
Iketsi Wisława Szymborska, Sofija Jovanović, Mary Spiteri, Bandiera tas-Sorbi 9
Nevborg Zlata Filipović, Goran Bregović, Sofija Jovanović, Selma Rıza, Staka Skenderova Nikola Tesla xejn
ToniSant Rebbiegħa ta' Praga Beer Barrell Polka xejn
Trigcly Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta’ Kotor, Fortifikazzjonijiet ta’ Kotor, Opri Venezjani tad-Difiża bejn is-sekli 15 u 17: Stato da Terra – Stato da Mar tal-Punent, Park Nazzjonali ta’ Fertő-Hanság, Ewropa tal-Lvant, Nagorno-Karabakh, Krzemionki, Villa Tugendhat, Park Nazzjonali tal-Lagi ta’ Plitvice, Bażilika Ewfrasjana ta’ Poreč, Holašovice, Pjanura ta’ Stari Grad, Monasteru ta’ Gračanica, Kastell ta’ Kroměříž, Istmu Kuronjan, Kernavė, Park Nazzjonali ta’ Belovezhskaya Pushcha, Riżerva tal-Bijosfera Transkonfinali Ohrid-Prespa, Telč, Kutná Hora, Kladruby nad Labem, Pajsaġġ Kulturali ta’ Lednice-Valtice, Třebíč, Mawżolew ta’ Khoja Ahmed Yasawi, Siti preistoriċi bil-puntali madwar l-Alpi, Knisja tal-Pellegrinaġġ ta’ San Ġwann ta’ Nepomuk, Kastell ta’ Litomyšl, Knejjes tal-Injam tal-Karpazji Slovakki, Dubrovnik, Ortografija Litwana, Choirokoitia, Moskea ta’ Selimiye, Edirne, Minjiera tal-Melħ ta’ Wieliczka, Võros, Kremlin ta’ Moska, Kremlin ta’ Kazan, Yeni-Kale, Baxkortostan, Jum il-Lingwa Erżjana, Lingwa Erżjana, Repubblika Sovjetika ta’ Don, Esperantoloġija, Katina Muntanjuża ta’ Meskheti, Domowina, Pont Antik ta’ Mostar, Vulkan tat-Tajn ta’ Lökbatan, Femminiżmu tar-Rom, Meteora, Riżerva Naturali ta’ Yulen, Lucavsala, Knejjes Impittrin fir-Reġjun ta’ Troodos, Palazz ta’ Schönbrunn, Kaja Kallas, Monika Kryemadhi, Monasteru ta’ Voroneț, Flora Martirosian, Nexhmije Pagarusha, Tempju ta’ Apollo Epikurju f’Bassae, Kalwaria Zebrzydowska, Mira Alečković, Olga Tass, Toruń, Riżerva Naturali ta’ Kaniv, Minjiera Storika tal-Fidda f’Tarnowskie Góry, Asuman Baytop, Zofia Zamenhof, San Pietruburgu, Alfred Hermann Fried, Eugenija Šimkūnaitė, Yuliya Gushchina, Kastell ta’ Malbork, Lučka Kajfež Bogataj, Lika Kavzharadze, Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna, Knejjes tal-Injam tan-Nofsinhar ta’ Małopolskie, Bardejov, Zamość, Teatru Antik ta’ Epidaurus, Trogir, Idrija, Anastasia Golovina, Għerien ta’ Škocjan, Hatı Çırpan, Palazz ta’ Djoklezjanu, Inara Luigas, Knejjes tal-Moldavja, Kunvent ta’ Novodevichy, Unjoni Sovjetika, Linja ferrovjarja ta’ Semmering, Park ta’ Muskau, Kolomenskoye, Mystras, Wachau, Manto Mavrogenous, Sit Arkeoloġiku ta’ Paphos, Auschwitz, Durmitor 317
Scutajar Kastell Vastseliina‎, Iryna Bekeshkina, Evgenia Radanova‎, Angeliki Panagiotatou‎, Mitzura Arghezi, Susanna Amatuni‎, Měsačne pismo k rozwučenju a wokřewjenju, Klara Zamenhof, Lana Bastašić, Andromaqi Gjergji 50
Fantôôme Antonio Schembri, EU Med Group, Mġarr (Għawdex), Charles Camilleri, Kċina Baxkira, Żiemel Baxkir 27
EnriqueTabone L-Artist tal-Poplu (Albanija), Mari Beyleryan, Johanna Dohnal, Elizaveta Mukasei, Ludmila Christeseva, Eliza Orzeszkowa, Iva Despić-Simonović,Banine 40

Rebbieħa[immodifika s-sors]

Il-premjijiet jistgħu jiġu rduppjati fl-ammont jekk jitħaddmu ma' pubblikaturi tal-kotba Maltin (Kite Group, Midsea Books, u Merlin Publishers) skont l-għażla tar-rebbieħa.