Aqbeż għall-kontentut

Alfred Hermann Fried

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Alfred Hermann Fried
editur ewlieni

Ħajja
Twelid Vjenna, 11 Novembru 1864
Nazzjonalità Awstrija
Mewt Vjenna, 5 Mejju 1921
Post tad-dfin Feuerhalle Simmering (mul) Translate
Familja
Aħwa
uri
Familja
uri
Edukazzjoni
Lingwi Esperanto
Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pubbliċista
Esperantista
kittieb
paċifist
ġurnalist
Premjijiet
Nominat għal

Alfred Hermann Fried ([ˈʔalfʁeːt ˈhɛʁman ˈfʁiːt]; twieled fil-11 ta’ Novembru 1864 – miet fil-5 ta’ Mejju 1921) kien paċifista, pubbliċista/opinjonista, ġurnalista, kofundatur tal-moviment paċifista Ġermaniż, u rebbieħ Lhudi Awstrijaku (ma’ Tobias Asser) tal-Premju Nobel tal-Paċi fl-1911.[1] Fried kellu għall-qalbu wkoll l-Esperanto. Huwa l-awtur ta’ ktieb tat-tagħlim tal-Esperanto u ta’ dizzjunarju mill-Esperanto għall-Ġermaniż u mill-Ġermaniż għall-Esperanto, li ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1903 u mill-ġdid fl-1905.[2][3]

Alfred Hermann Fried twieled fi Vjenna, l-Awstrija/l-Ungerija, f’familja Lhud. Fried irtira mill-iskola meta kellu 15-il sena u beda jaħdem f’ħanut tal-kotba. Fl-1883 mar jgħix f’Berlin, fejn fetaħ ħanut tal-kotba tiegħu fl-1887. Wara l-pubblikazzjoni minn Bertha von Suttner ta’ Die Waffen nieder! (Lay Down Your Arms) fl-1889, Fried u von Suttner fl-1892 bdew jistampaw rivista bl-istess isem. F’artikli ppubblikati f’Die Waffen nieder! u s-suċċessur tagħha, Die Friedenswarte (The Peace Watch), Fried sawwar il-filosofija paċifista tiegħu.[4]

Fl-1892 kien il-kofundatur tal-Għaqda Ġermaniża għall-Paċi (Deutsche Friedensgesellschaft). Kien wieħed minn dawk li nissel l-idea ta’ organizzazzjoni moderna biex tiġi żgurata l-paċi dinjija (l-idea prinċipali ġiet żviluppata fil-Lega tan-Nazzjonijiet u wara t-Tieni Gwerra Dinjija fil-Ġnus Magħquda).

Fried kien membru prominenti tal-moviment tal-Esperanto. Fl-1903 huwa ppubblika l-ktieb Lehrbuch der internationalen Hilfssprache Esperanto (Ktieb tat-Tagħlim tal-Lingwa Internazzjonali tal-Esperanto).

Fl-1909 huwa kkollabora ma’ Paul Otlet u Henri La Fontaine tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali għat-tħejjija tal-Annuaire de la Vie Internationale.[5]

Fl-1911 ingħata l-Premju Nobel tal-Paċi flimkien ma’ Tobias Asser.

Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, Fried mar jgħix fl-Iżvizzera newtrali, u kompla jaħdem favur il-paċi internazzjonali. Alfred Hermann Fried miet f’belt twelidu, Vjenna, fl-1921.[4] Il-katavru tiegħu ġie inċinerat u l-irmied tiegħu ndifen fil-Feuerhalle Simmering.[2]

  • Das Abrüstungs-Problem: Eine Untersuchung. Berlin, Gutman, 1904.
  • Abschied von Wien[6]
  • The German Emperor and the Peace of the World, with a Preface by Norman Angell. Londra, Hodder & Stoughton, 1912.
  • Die Grundlagen des revolutionären Pacifismus. Tübingen, Mohr, 1908. Tradott bil-Franċiż minn Jean Lagorgette bħala Les Bases du pacifisme: Le Pacifisme réformiste et le pacifisme «révolutionnaire». Pariġi, Pedone, 1909.
  • Handbuch der Friedensbewegung. (Manwal tal-Moviment tal-Paċi) Vjenna, Oesterreichische Friedensgesellschaft, 1905. 2nd ed., Leipzig, Verlag der «Friedens-Warte», 1911.
  • «Intellectual Starvation in Germany and Austria», in Nation, 110 (March 20, 1920) 367–368.
  • International Cooperation. Newcastle upon Tyne, Richardson [1918].
  • Das internationale Leben der Gegenwart. Leipzig, Teubner, 1908.
  • «The League of Nations: An Ethical Institution», in Living Age, 306 (21 ta’ Awwissu 1920) 440–443.
  • Mein Kriegstagebuch. (My War Journal) 4 Bde. Zürich, Rascher, 1918–1920.
  • Pan-Amerika. Zürich, Orell-Füssli, 1910.
  • The Restoration of Europe, tradott minn Lewis Stiles Gannett. New York, Macmillan, 1916.
  • Der Weltprotest gegen den versailler Frieden. Leipzig, Verlag der Neue Geist, 1920.
  • Die zweite Haager Konferenz: Ihre Arbeiten, ihre Ergebnisse, und ihre Bedeutung. Leipzig, Nachfolger [1908].

Ktieb tat-tagħlim u dizzjunarju tal-Esperanto

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Wörterbuch Esperanto-Deutsch und Deutsch-Esperanto
  • Lehrbuch der internationalen Hilfssprache “Esperanto” mit Wörterbuch in Esperanto-Deutsch und Deutsch-Esperanto, Berlin-Schönberg: Esperanto-Verlag, 1903 pr. Pass & Garleb, Berlin 18x12cm II, 120p.
    • it-tieni edizzjoni: Stuttgart: Franckhsche Verlagshandlung, 1905 18x12cm 91, 5p.
    • it-tielet edizzjoni: Stuttgart: Franckhsche Verlagshandlung, 1905 18x12cm 91p.
  • Roger Chickering: Imperial Germany and A World Without War : The Peace Movement and German Society, 1892–1914. Princeton University Press, Princeton 1975, ISBN 0-691-10036-5.
  • Walter Göhring: Verdrängt und Vergessen – Friedensnobelpreisträger. Alfred Hermann Fried. Kremayr & Scheriau, Wien 2006, ISBN 978-3-218-00768-9
  • Bernhard Kupfer: Lexikon der Nobelpreisträger. Patmos, Düsseldorf 2001, ISBN 3-491-72451-1
  • Petra Schönemann-Behrens: „Organisiert die Welt“. Leben und Werk des Friedensnobelpreisträgers Alfred Hermann Fried (1864–1921). Dissertation, Universität Bremen 2004.
  • Bernhard Tuider: Alfred Hermann Fried. Pazifist im Ersten Weltkrieg – Illusion und Vision. VDM, Saarbrücken 2010, ISBN 978-3-639-25061-9.
  1. "Alfred Hermann Fried". www.nobel-winners.com. Miġbur 2021-05-05.
  2. 1 2 "Alfred Fried". www.jewishvirtuallibrary.org. Miġbur 2021-05-05.
  3. "WebCite query result". archive.ph. 2009-10-25. Miġbur 2021-05-05.
  4. 1 2 Fritz Henriksson (1938). The Nobel prizes and their founder, Alfred Nobel. Printed by A. Bonniers boktryckeri. p. 28.
  5. Rayward, W. Boyd (1993). World Encyclopedia of Library and Information Services. American Library Association. ISBN 9780838906095.
  6. "Abschied von Wien - Alfred Hermann Fried - ELibraryAustria". web.archive.org. 2007-09-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-29. Miġbur 2021-05-05.