Aqbeż għall-kontentut

Monika Kryemadhi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Monika Kryemadhi
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

30 Settembru 2013 - 22 Ġunju 2014
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

24 Settembru 2001 - 23 Jannar 2006
Membru tal-Parlament tal-Albanija


District: Kontea ta’ Elbasan
Ħajja
Twelid Tirana, 9 April 1974 (50 sena)
Nazzjonalità Albanija
Familja
Konjuga/i Ilir Meta (mul) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Tirana
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Monika Kryemadhi (twieldet fid-9 ta’ April 1974[1]) hija politiku Albaniż, membru tal-parlament u l-mexxej tal-partit Moviment Soċjalista għall-Integrazzjoni.[2] Hija wkoll il-mara ta’ Ilir Meta, il-President tal-Albanija. Monika Kryemadhi rrifjutat il-pożizzjoni tal-Ewwel Mara tal-Albanija u minflok iddelegat ir-rwol lil bintha l-kbira, Bora.[3]

Ħajja bikrija u edukazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Monika Kryemahi twieldet fid-9 ta’ April 1974 f’Tirana. Fl-1992, rebħet id-dritt li tistudja fil-Fakultà tax-Xjenzi Naturali fil-fergħa tal-Bijokimika. Fl-1999, wettqet studji fiċ-Ċentru George Marshall fil-Garmisch-Partenkirchen għall-politiki dwar is-sigurtà reġjonali. Bejn is-sena 2000 u l-2002 wettqet studji fil-Masters tal-Amministrazzjoni tan-Negozju fl-Università ta’ Tirana, fil-Fakultà tal-Ekonomija, b’kooperazzjoni mal-Università tan-Nebraska. Wettqet ukoll studji terzjarji oħra u kisbet PhD fil-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università ta’ Tirana.

Hija miżżewġa ma’ Ilir Meta u għandha tlett itfal: Bora, Besar, u Era Metaj.

L-involviment politiku tagħha beda fl-1991 meta kienet waħda mill-fundaturi ta’ FRESSH.[4] F’Jannar 1992 ġiet eletta membru tal-Presidenza u f’Mejju tal-istess sena, ġiet eletta Segretarju Ġenerali tal-ewwel u tat-tieni kungressi ta’ FRESSH. Kellha r-rwol ta’ President ta’ FRESSH sa April 2002. Mill-1995 sas-sena 2000 ġiet eletta Viċi President taż-Żgħażagħ Soċjalisti Internazzjonali (IUSY).

Monika Kryemahi kienet membru tal-Partit Soċjalista minn Diċembru 1991 sa Settembru 2004. Matul dan iż-żmien hija kienet ukoll membru tal-parlament tal-Albanija mill-2001 sal-2005, u ntgħażlet darbtejn fil-Kunsill Muniċipali ta’ Tirana fejn ġiet eletta segretarju tad-delegazzjoni tal-gvern lokali għall-Kunsill tal-Ewropa. F’Settembru 2004, kienet waħda mill-fundaturi tal-partit Moviment Soċjalista għall-Integrazzjoni (LSI).

Mexxejja tal-partit

[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-5 ta’ Lulju 2017, Monika Kryemadhi hija l-mexxejja tal-Moviment Soċjalista għall-Integrazzjoni. Hija l-mara tal-President Ilir Meta u kienet mistennija li tingħata l-pożizzjoni onorevoli bħala l-Ewwel Mara tal-Albanija, iżda rrifjutata u ċedietha lil bintha l-kbira. B’din id-deċiżjoni hija l-ewwel mara ta’ President u mexxejja ta’ partit politiku fl-Albanija.

Attwalment hija wkoll Membru tal-Parlament.[1]

Kantat duett ma’ Majlinda Bregu fuq Kënga Magjike 07 fejn kienet ukoll membru tal-ġurija.

Ħajja privata

[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-6 ta’ Lulju 2019, Monika Kryemadhi żvelat li kienet ġiet dijanjostikata b’kanċer fl-utru, u kienet għamlet operazzjoni biex tneħħi massa li x’aktarx kienet karċinoġenika. Fl-2019 kienet fieqet għalkollox.

  1. ^ a b "Pas djegies së mandateve, Monika Kryemadhi kthehet në vendlindje - Shqiptarja.com". shqiptarja.com (bl-Albaniż). Miġbur 2021-04-30.
  2. ^ "LSI |" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-03-05. Miġbur 2021-04-30.
  3. ^ "Ekskluzive/ A do të jetë Bora 'First Lady' e Shqipërisë? Meta po konsultohet me ekspertë kushtetues". politiko.al. Miġbur 2021-04-30.
  4. ^ "FRESSH". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-16. Miġbur 2021-04-30.