Kaja Kallas

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Kaja Kallas
Kaja Kallas (crop).jpg
Prim Ministru tal-Estonja

26 Jannar 2021 -
Jüri Ratas (en) Translate
Membru tal-14-il Riigikogu

4 April 2019 -
Election: Elezzjoni parlamentari Estonjana tal-2019
Membru tal-Parlament Ewropew

1 Lulju 2014 - 5 Settembru 2018 - Igor Gräzin (en) Translate
District: Estonja
Election: 2014 European Parliament election (en) Translate
Membru tat-12-il Riigikogu

2 Lulju 2012 - 18 Ġunju 2014
Membru tat-12-il Riigikogu

27 Marzu 2011 - 14 Novembru 2011
Election: elezzjoni parlamentari Estonjana tal-2011
Ħajja
Twelid Tallinn, 18 ta’ Ġunju 1977 (43 snin)
Nazzjonalità Estonja
Familja
Missier Siim Kallas
Omm Kristi Kallas
Konjuga/i Taavi Veskimägi (en) Translate
Arvo Hallik (en) Translate  (2018 -
Koppja/i Taavi Veskimägi (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Tallinn Lilleküla Gymnasium (en) Translate
(1984 - 1992)
Tallinn English College (en) Translate
(1992 - 1995)
University of Tartu (en) Translate
(1995 - 1999)
Estonian Business School (en) Translate
(2007 - 2010)
Lingwi Estonjan
Ingliż
Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat
business graduate (en) Translate
Post tax-xogħol Strażburgu
Brussell
Tallinn
Impjegaturi TGS Baltic (en) Translate  (1995 -  1995)
Vanemuine Theatre (en) Translate  (1996 -  1997)
TGS Baltic (en) Translate  (1997 -  2006)
Viru-Nigula wind farm (en) Translate  (2004 -  2010)
Borenius (en) Translate  (2006 -  2011)
Estonian Business School (en) Translate  (2010 -  2014)
Riigikogu  (2011 -  2014)
Parlament Ewropew  (2014 -  2018)

Kaja Kallas (bl-Estonjan:[ˈKɑjɑ ˈkɑlːɑs]; twieldet fit-18 ta’ Ġunju 1977) hija politiku Estonjan u l-Prim Ministru tal-Estonja mis-26 ta’ Jannar 2021. Ilha l-mexxej tal-Partit tar-Riformi mill-2018, u membru tar-Riigikogu (il-Parlament Estonjan) mill-2019, u qabel mill-2011 sal-2014. Kallas kienet Membru tal-Parlament Ewropew mill-2014 sal-2018, tirrappreżenta l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa. Qabel ġiet eletta fil- Parlament Ewropew, hi kienet avukat u kienet tispeċjalizza fil-liġi tal-kompetizzjoni Estonjana u Ewropea.

Ħajja bikrija u edukazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Kaja Kallas twieldet f’Tallinn fit-18 ta’ Ġunju 1977[1], u hija t-tifla ta’ Siim Kallas, li kien l-14-il Prim Ministru tal-Estonja u wara Kummissarju Ewropew tal-Kummissjoni Ewropea.[2] Matul id-deportazzjonijiet Sovjetiċi mill-Estonja, ommha Kristi, li dak iż-żmien kellha sitt xhur, ġiet deportata lejn is-Siberja ma’ ommha u ma’ nannitha f’vettura tal-bhejjem u għexet hemm sakemm kellha għaxar snin.[3] In-nannu ta’ Kallas kien Eduard Alver, wieħed mill-fundaturi tar-Repubblika tal-Estonja fl-24 ta’ Frar 1918, u l-ewwel kap tal-Pulizija Estonjana mill-1918 sal-24 ta’ Mejju 1919. L-antenati tal-familja Kallas huma parzjalment Latvjani u parzjalment Ġermaniżi Baltiċi, min-naħa tal-familja ta’ missierha.[4][5]

Kaja Kallas iggradwat mill-Università ta’ Tartu fl-1999 b’baċellerat fil-liġi. Għexet fi Franza u fil-Finlandja għal żmien qasir waqt li kienet qed titħarreġ fil-liġi Ewropea.[6] Mill-2007, attendiet l-Iskola tan-Negozju Estonjana u kisbet EMBA (Masters Eżekuttiv fl-Amministrazzjoni tan-Negozju) fix-xjenza ekonomika fl-2010.[7]

Karriera professjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Kallas saret membru tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjani fl-1999 u avukat prattikant tal-liġi fl-2002. Hija saret sħab fid-ditta ġuridika Luiga Mody Hääl Borenius u Tark & Co u ħadmet bħala kowċ eżekuttiv fl-Iskola tan-Negozju Estonjana. Hija membru wkoll tal-Alleanza Ewropea tal-Antitrust. Fl-2011, tpoġġiet fuq status inattiv bħala membru tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjani.[8] F’Novembru 2018, Kallas ippubblikat ir-rakkont awtobijografiku tagħha MPE: 4 aastat Euroopa Parlamendis (MPE: Erba’ Snin fil-Parlament Ewropew), li fih tiddeskrivi ħajjitha u x-xogħol tagħha fi Brussell mill-2014 sal-2018.[9]

Karriera politika[immodifika | immodifika s-sors]

Membru tal-Parlament Estonjan (2011-2014)[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2010, Kallas iddeċidiet li tissieħeb fil-Partit tar-Riformi Estonjan. Hija kkontestat l-elezzjonijiet tal-Parlament tal-Estonja (Riigikogu) fl-2011 għall-kostitwenza tal-Kontea ta’ Harju u tal-Kontea ta’ Rapla, u ġabet 7,157 vot. Kienet membru tat-12-il Parlament tal-Estonja u ppresediet il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi mill-2011 sal-2014.[8]

Membru tal-Parlament Ewropew (2014-2018)[immodifika | immodifika s-sors]

Kaja Kallas ikkontestat l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014 u ġabet 21,498 vot. Fil-Parlament Ewropew, Kallas ħadmet fil- Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u kienet sostitut fil-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Kienet Viċi President tad-Delegazzjoni tal-Kumitat tal-Kooperazzjoni Parlamentari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna kif ukoll membru tad-Delegazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Euronest u tad-Delegazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti.[1]

Minbarra l-inkarigi tagħha fil-kumitati, Kallas kienet membru tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew dwar l-Aġenda Diġitali[10] u Viċi President tal-Intergrupp dwar iż-Żgħażagħ.[11]

Matul il-perjodu tagħha fil-Parlament Ewropew, Kaja Kallas ħadmet fuq l-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, il-politiki tal-enerġija u tal-konsumatur, u r-relazzjonijiet mal-Ukrajna. B’mod partikolari, hija ddefendiet id-drittijiet ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u dejjem sostniet li l-fruntieri fid-dinja diġitali jkunu xkiel biex kumpaniji innovattivi jirnexxielhom ifeġġu. Hija favur l-innovazzjoni u spiss tisħaq li r-regolamenti ma jistgħux u ma għandhomx ixekklu r-rivoluzzjoni teknoloġika.[1]

Kallas kienet relatur ta’ sitt rapporti: l-Opinjoni dwar l-hekk imsejjaħ Regolament dwar il-privatezza elettronika, ir-Rapport dwar ir-regoli tal-liġi ċivili dwar ir-robotika, ir-Rapport Annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea, ir-Rapport dwar it-twassil ta’ patt ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija, ir-Rapport rigward il-leġiżlazzjoni dwar il-ksur u s-sanzjonijiet doganali u r-Rapport fuq inizjattiva proprja dwar is-Suq Uniku Diġitali.[1]

Matul il-ħidma tagħha fil-Parlament Ewropew, ġiet innominata wkoll bħala Mexxej Żagħżugħ Ewropew (EYL40). Fl-aħħar tal-mandat tagħha, hija ġiet ikkwotata minn Politico bħala waħda mill-iktar 40 MPE influwenti, u waħda mill-iktar nisa b’saħħithom politikament fi Brussell, u spikkat għall-fehim tagħha tal-kwistjonijiet teknoloġiċi.[12][13][14]

Ritorn fil-politika nazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-13 ta’ Diċembru 2017, il-mexxej tal-Partit tar-Riformi Hanno Pevkur ħabbar li ma kienx se jikkontesta iktar għat-tmexxija tal-partit f’Jannar 2018, u ssuġġerixxa li Kallas kellha tikkontesta minfloku.[15] Wara li kkunsidrat l-offerta, Kallas ħabbret fil-15 ta’ Diċembru 2017 li kienet se taċċetta l-istedina biex tikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija.[16] Kallas rebħet l-elezzjoni għat-tmexxija li saret fl-14 ta’ April 2018 u saret l-ewwel mexxej mara ta’ partit politiku maġġuri fl-Estonja.[17]

Fit-3 ta’ Marzu 2019, il-Partit tar-Riformi, immexxi minn Kallas, rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’madwar 29 % tal-voti, u l-Partit taċ-Ċentru Estonjan fil-gvern kiseb 23 % tal-voti.[18] Madankollu, il-Partit taċ-Ċentru rnexxielu jifforma koalizzjoni tal-Lemin mal-partit konservattiv imsejjaħ Isamaa u mal-partit tal-Lemin Estrem imsejjaħ EKRE, u b’hekk il-Partit tar-Riformi ma kisibx il-poter.[19]

Fl-14 ta’ Novembru 2020, Kaja Kallas ġiet eletta mill-ġdid bħala l-mexxej tal-Partit tar-Riformi f’Assemblea tal-Partit tar-Riformi.[20]

Prim Ministru tal-Estonja[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-25 ta’ Jannar 2021, wara r-riżenja ta’ Jüri Ratas bħala Prim Ministru minħabba skandlu, Kaja Kallas ifformat gvern ta’ koalizzjoni mmexxi mill-Partit tar-Riformi flimkien mal-Partit taċ-Ċentru[21], u b’hekk saret l-ewwel Prim Ministru mara fl-istorja tal-Estonja.[22]

Fil-15 ta’ Marzu 2021, u matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-Estonja, hija ħabbret li kienet irriżultat pożittiva għall-COVID-19, għalkemm l-uniku sintomu li kellha kien ħajta deni.[23]

Attivitajiet oħra[immodifika | immodifika s-sors]

  • Friends of Europe (Ħbieb tal-Ewropa), membru tal-Bord tal-Fiduċjarji (mill-2020)[24]
  • Kunsill Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet Barranin (ECFR), membru[25]
  • Forum Ekonomiku tan-Nisa, membru tal-bord konsultattiv[26]
  • Model European Union Tallinn (Mudell tal-Unjoni Ewropea ta’ Tallinn), sħab[27]
  • Żgħażagħ Liberali Ewropej (LYMEC), mentor
  • Mexxejja Żgħażagħ Ewropej, membru
  • Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ, MPE ambaxxatur
  • Grupp tal-MEPs li Jħobbu l-Libreriji, membru
  • Forum Ewropew tal-Internet, membru politiku
  • Forum Ewropew għal Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli (EUFORES), membru tal-Bord Estiż
  • Mexxejja Żgħażagħ Globali, membru
  • Mexxejja Politiċi Nisa, membru
  • Network Ewropew għall-Edukazzjoni tal-Imprenditorija (EE-HUB), MPE ambaxxatur[28]

Ħajja privata[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2002, Kaja Kallas iżżewġet lil Taavi Veskimägi, politiku u negozjant Estonjan li kien Ministru tal-Finanzi. Iddivorzjaw fl-2014, u għandhom iben wieħed. Fl-2018, Kallas iżżewġet lil Arvo Hallik, bankier u investitur. Huwa għandu żewġt itfal minn relazzjoni preċedenti.[29][30][31]

Minbarra l-Estonjan nattiv tagħha, Kallas hija profiċjenti bl-Ingliż, bir-Russu u bil-Franċiż.[32]

Fil-15 ta’ Marzu 2021, u matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-Estonja, hija ħabbret li kienet irriżultat pożittiva għall-COVID-19, għalkemm l-uniku sintomu li kellha kien biss ħajta deni.[23]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b c d "8th parliamentary term | Kaja KALLAS | MEPs | European Parliament". www.europarl.europa.eu (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  2. ^ "Digital Savvy Estonia Is Set to Get Its First Female Prime Minister". Fortune (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  3. ^ "Even further from Russia: what is known about the new head of the Estonian government, Europeeska Pravda". www.eurointegration.com.ua. Miġbur 2021-04-30.
  4. ^ "Siim Kallas: eliidi raputamine on õige eesmärk | Lääne Elu" (bl-Estonjan). Miġbur 2021-04-30.
  5. ^ "Siim Kallas: "'Minu vanaema oli lätlane? Väga huvitav!"'". Eesti Ekspress. Miġbur 2021-04-30.
  6. ^ "Estonian candidates for the European Parliament: Kaja Kallas" (bl-Ingliż). 2014-05-21. Miġbur 2021-04-30.
  7. ^ "Deloy, Corinne (3 March 2019). "Victory for the centre-right opposition (ER) in the general elections in Estonia" (PDF). The Foundation Robert Schuman" (PDF).
  8. ^ a b "Raamatud". Kaja Kallas (bl-Estonjan). Miġbur 2021-04-30.
  9. ^ "MEP. 4 aastat Euroopa Parlamendis". www.goodreads.com. Miġbur 2021-04-30.
  10. ^ "Members – DAI". www.digitalagendaintergroup.eu. Miġbur 2021-04-30.
  11. ^ "European Youth Forum". European Youth Forum (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  12. ^ Hankewitz, Sten (2019-04-14). "Politico lists Estonia's Kaja Kallas as one of the most influential MEPs" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  13. ^ Hankewitz, Sten (2017-11-10). "Estonian MEP Kaja Kallas named as one of the most powerful women in Brussels" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  14. ^ tagesschau.de. "Estland bekommt erstmals eine Regierungschefin". tagesschau.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-04-30.
  15. ^ ERR (2017-12-13). "Pevkur not to run for Reform lead again, Kallas not announcing yet". ERR (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  16. ^ ERR (2017-12-15). "Kaja Kallas to run for Reform Party chair". ERR (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  17. ^ "Estonia's struggling Reform Party picks first female leader". The Sydney Morning Herald (bl-Ingliż). 2018-04-15. Miġbur 2021-04-30.
  18. ^ "Estonia general election: Opposition party beats Centre rivals" (bl-Ingliż). 2019-03-03. Miġbur 2021-04-30.
  19. ^ Virki, Tarmo (2019-04-06). "Three Estonian parties, including far-right EKRE, agree on coalition plan" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  20. ^ "Kaja Kallas re-elected leader of Reform Party in Estonia". ALDE Party (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  21. ^ "Kaja Kallas to become Estonia's first female prime minister". euronews (bl-Ingliż). 2021-01-24. Miġbur 2021-04-30.
  22. ^ Hankewitz, Sten (2021-01-26). "Estonia becomes the only country in the world led by women" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  23. ^ a b "Estonian prime minister tests positive for coronavirus". POLITICO (bl-Ingliż). 2021-03-15. Miġbur 2021-04-30.
  24. ^ EPIC. "Friends of Europe appoints 29 new members to its Board of Trustees" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  25. ^ "The ECFR Council – European Council on Foreign Relations" (bl-Ingliż). 2020-10-14. Miġbur 2021-04-30.
  26. ^ "Advisory Board Members | WEF | Women Economic Forum" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  27. ^ ""Model European Union Tallinn". facebook.com". www.facebook.com. Miġbur 2021-04-30.
  28. ^ "Organisatsioonid". Kaja Kallas (bl-Estonjan). Miġbur 2021-04-30.
  29. ^ "Kaua hoitud saladus: Kaja Kallas on kihlatud investeerimispankuriga". Elu24 (bl-Estonjan). 2018-01-10. Miġbur 2021-04-30.
  30. ^ "EESTI EKSPRESSI SUUR LUGU | Kaja Kallast ootab ees jaht peaministri kohale, võlgades Reformierakonna päästmine ja abiellumine". Eesti Ekspress. Miġbur 2021-04-30.
  31. ^ "Kaja Kallas | Eesti Vabariigi Valitsus". valitsus.ee. Miġbur 2021-04-30.
  32. ^ tagesschau.de. "Estland bekommt erstmals eine Regierungschefin". tagesschau.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-04-30.