Pandemija tal-COVID-19 tal-2019–20

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Mappa ta' każijiet ikkonfermati per capita sad-9 ta' Mejju 2020
     Iktar minn 10,000 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 3,000 u 10,000 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 1,000 u 3,000 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 300 u 1,000 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 100 u 300 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 0 u 100 każ ikkonfermat għal kull miljun      L-ebda każ ikkonfermat jew informazzjoni mhix disponibbli

Il-pandemija tal-COVID-19 tal-2019–20 hija pandemija dinjija attwali kkawżata mill-virus SARS-CoV-2. L-imxija faqqgħet fil-belt ta' Wuhan, fiċ-Ċina, f'Diċembru tal-2019. Sad-9 ta' Mejju 2020, 'il fuq minn 3.96 miljun każ ta' COVID-19 ġie rappurtat f'187 pajjiż u territorju, u rriżulta għal aktar minn 275,000 imwiet. Iktar minn 1.33 miljun ruħ irkupraw.[1] L-ewwel każijiet f'Malta ġew irrappurtati fis-7 ta' Marzu.[2] L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat l-imxija bħala pandemija fil-11 ta' Marzu.[3]

Il-virus huwa trażmess bejn nies f'kuntatt mill-qrib, ġeneralment minn qtar żgħar meta wieħed jisgħol, jagħtas jew jitkellem.[4][5] In-nies jistgħu jiġu nfettati wkoll billi jmissu ma' uċuħ ikkontaminati u wara jmissu wiċċhom. Is-sintomi komuni jinkludu deni, sogħla, għeja, nuqqas ta' nifs u telf tas-sens tax-xamm.[4] Iż-żmien mill-espożizzjoni għall-ewwel sinjali tas-sintomi huma tipikament ħamest ijiem, però jistgħu jkunu bejn jumejn u erbatax-il ġurnata.[6]

Il-pandemija kkawżat diżordni soċjo-ekonomiċi globali kbar, fosthom l-ikbar riċessjoni mid-Dipressjoni l-Kbira.[7] Din wasslet għat-tħassir ta' avvenimenti sportivi, reliġjużi, politiċi u kulturali,[8] u skejjel u universitajiet għalqu fuq bażi nazzjonali jew lokali f'194 pajjiż.[9]

Epidemjoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar il-31 ta' Diċembru 2019, awtoritajiet tas-saħħa f'Wuhan, fil-provinċja ta' Hubei, iċ-Ċina, irrappurtaw numru ta' każijiet ta' pnewmonja mingħajr kawża oriġinali magħrufa, u investigazzjoni ġiet miftuħa fil-bidu ta' Jannar tal-2020.[10] Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kellhom x'jaqsmu mas-suq Huanan li jbigħ annimali ħajjin u frott tal-baħar. Il-virus li kkawża l-imxija huwa magħruf bħala SARS‑CoV‑2, virus ġdid li għandu x'jaqsam ma' coronaviruses tal-farfett il-lejl, coronaviruses tal-pangolin, u SARS-CoV. Il-kunsens xjentifiku hu li l-COVID-19 kellu oriġini naturali.[11]

L-ewwel persuna magħrufa li kellha sintomi kienet skoperta li mardet fl-1 ta' Diċembru 2019, u li l-persuna ma kellha l-ebda konnessjonijiet mal-każijiet tas-suq. Mill-ewwel grupp ta' każijiet irrappurtati f'dak ix-xahar, żewġ terzi instabu li kellhom konnessjoni mas-suq.[12]

Każijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Il-każijiet jirreferu għan-numru ta' persuni li ġew ittestjati għall-COVID-19 u liema test ġie pożittiv skont il-protokolli uffiċjali. Sad-29 ta' April, il-pajjiżi li ppubblikaw l-informazzjoni dwar l-ittestjar tagħhom urew li n-numru ta' testijiet li saru kienu ta' madwar 1.4% tal-popolazzjoni tagħhom, filwaqt li l-ebda pajjiż għadu ma ttestja iktar minn 14% tal-popolazzjoni.[13]

F'analisi li saret fiċ-Ċina uriet li l-propozjon ta' każijiet li affettwaw individwi iżgħar minn 20 sena huwa wieħed żgħir. Għadu mhuwiex ċert jekk dan ifissirx li żgħażagħ huma inqas suxxettibbli għall-infezzjoni, jew għandhom inqas ċans li jiżviluppaw sintomi serji u jirrikorru għal għajnuna medika.[14]

Imwiet[immodifika | immodifika s-sors]

Sad-9 ta' Mejju 2020, madwar 275,000 imwiet ġew attribwiti bħala kawża tal-COVID-19. L-ewwel mewta ġiet konfermata f'Wuhan fid-9 ta' Jannar 2020,[15] u l-ewwel mewta barra ċ-Ċina ġrat fil-Filippini nhar l-1 ta' Frar.[16]

L-istatistika uffiċjali tal-imwiet bil-COVID-19 ġeneralment tirreferi għal nies li mietu wara li jkunu ttestjaw pożittiv skont il-protokolli. Din tista' teskludi mwiet ta' nies li mietu mingħajr ittestjar, eżempju f'darhom jew fid-djar tal-anzjani. Min-naħa l-oħra, imwiet ta' nies li kellhom kundizzjonijiet oħra tas-saħħa jista' jwassal għal numri ikbar. Meta jitqabblu l-istatistika tal-imwiet tal-kawżijiet kollha mal-medja staġjonali dawn juru mwiet eċċessiv f'ħafna pajjiżi.[17]

Sintomi[immodifika | immodifika s-sors]

Sintomi tal-COVID-19

Sintomi tal-COVID-19 jistgħu ma jkunux speċifiċi u persuni infettati jistgħu jkunu mingħajr sintomi. L-aktar żewġ sintomi komuni huma deni (88%) u sogħla niexfa (68%). Sintomi oħra inqas komuni huma għeja, telf tas-sens tax-xamm, telf tas-sens tat-togħma, nuqqas ta' nifs, uġigħ fil-muskoli u ġogi, uġigħ fil-griżmejn, uġigħ ta' ras, bard, remettar, emoptisi u dijarea.[18][19]

Uħud mill-infettati jistgħu ma jurux sintomi u huma biss riżultati tat-test li jikkonfermaw l-infezzjoni. Għalhekk, ir-riċerkaturi avżaw li dawk li jkunu f'kuntatt qarib ma' persuni oħra infettati għandhom ikunu osservati mill-qrib u eżaminati. Il-perjodu ta' inkubazzjoni (iż-żmien bejn l-infezzjoni u meta jibdew jidhru s-sintomi) ivarja bejn ġurnata u erbatax-il ġurnata.[20] Aktar ma tiżviluppa l-marda, aktar iwassal għal kumplikazzjonijiet fatali fosthom pnewmonja, sepsi, xokk septiku u insuffiċjenza tal-kliewi.[19]

Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Numri aġġornati sat-13 ta' Ġunju 2020[21]
Postijiet Każijiet Imwiet Irkupri
227 7,678,125 426,309 3,647,602
Bandiera tal-Istati Uniti Stati Uniti 2,090,553 116,347 645,606
Bandiera tal-Brażil Brażil 829,902 41,901 396,692
Bandiera tar-Russja Russja 520,129 6,829 274,641
Bandiera tal-Indja Indja 308,993 8,884 154,330
Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 292,950 41,481
Bandiera ta' Spanja Spanja 243,209 27,136 150,376
Bandiera tal-Italja Italja 236,305 34,223 173,085
Bandiera tal-Perù Perù 220,749 6,308 107,133
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 187,251 8,863 171,522
Bandiera tal-Iran Iran 184,955 8,730 146,748
Bandiera ta' Malta Malta 645 9 600

Rispons internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar[immodifika | immodifika s-sors]

Kawża tal-pandemija, diversi pajjiżi u reġjunijiet imponew kwarantini, projbizzjonijiet mid-dħul u restrizzjonijiet oħra għal ċittadini jew viżitaturi riċenti ta' żoni affettwati. Pajjiżi u reġjunijiet oħra imponew restrizzjonijiet globali li japplikaw għall-pajjiżi u territorji barranin kollha, jew jipprevjenu liċ-ċittadini tagħhom milli jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom.

Flimkien man-nuqqas ta' rieda li jivvjaġġaw, ir-restrizzjonijiet kellhom impatt ekonomiku u soċjali negattiv fis-settur tal-ivvjaġġar f'dawk ir-reġjunijiet.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ (Ingliż) COVID-19 Dashboard by the Center for Systems Science and Engineering (CSSE) at Johns Hopkins University (JHU). Università Johns Hopkins. Aċċess tal-URL: 3 ta' Mejju 2020.
  2. ^ (Ingliż) Malta's first coronavirus cases are girl and parents. Times of Malta, 7 ta' Marzu 2020. Aċċess tal-URL: 7 ta' Marzu 2020.
  3. ^ (Ingliż) WHO Director-General's opening remarks at the media briefing on COVID-19—11 March 2020. Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa, 11 ta' Marzu 2020. Aċċess tal-URL: 11 ta' Marzu 2020.
  4. ^ a b (Ingliż) Q&A on coronaviruses. Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 8 April 20200. Aċċess tal-URL: 30 ta' April 2020.
  5. ^ Fuljett maħruġ mill-Uffiċċju tad-Deputat Ministru u Ministru tas-Saħħa, intitolat "Informazzjoni għal persuni li jagħmlu t-test tal-COVID-19 fil-COVID Ċentru tal-Ittestjar Ħal Luqa"
  6. ^ (Ingliż) Symptoms of Novel Coronavirus (2019-nCoV). US Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti), 10 ta' Frar 2020. Aċċess tal-URL: 11 ta' Frar 2020.
  7. ^ (Ingliż) Here Comes the Coronavirus Pandemic: Now, after many fire drills, the world may be facing a real fire, The New York Times, 29 ta' Frar 2020. Aċċess tal-URL: 1 ta' Marzu 2020.
  8. ^ (Ingliż) A List of What's Been Canceled Because of the Coronavirus, The New York Times, 1 ta' April 2020. Aċċess tal-URL: 11 ta' April 2020.
  9. ^ (Ingliż) COVID-19 Educational Disruption and Response. UNESCO, 4 ta' Marzu 2020
  10. ^ (Ingliż) 27 cases of viral pneumonia reported in central China's Wuhan City. news.cgtn.com, 31 ta' Diċembru 2019. Aċċess tal-URL: 19 April 2020.
  11. ^ (Ingliż) The COVID-19 coronavirus epidemic has a natural origin, scientists say—Scripps Research's analysis of public genome sequence data from SARS‑CoV‑2 and related viruses found no evidence that the virus was made in a laboratory or otherwise engineered, Scripps Research Institute, 17 ta' Marzu 2020. Aċċess tal-URL: 15 ta' April 2020.
  12. ^ (Ingliż) Andrew Joseph, New coronavirus can cause infections with no symptoms and sicken otherwise healthy people, studies show, Stat, 24 ta' Jannar 2020. Aċċess tal-URL: 27 ta' Jannar 2020.
  13. ^ (Ingliż) Total tests for COVID-19 per 1,000 people. Our World in Data. Aċċess tal-URL: 16 ta' April 2020.
  14. ^ (Ingliż) China: age distribution of novel coronavirus patients 2020. Statista. Aċċess tal-URL: 11 ta' April 2020.
  15. ^ (Ingliż) Coronavirus Death Toll Climbs in China, and a Lockdown Widens, The New York Times. Aċċess tal-URL: 10 ta' Frar 2020.
  16. ^ (Ingliż) Austin Ramzy, Philippines Reports First Coronavirus Death Outside China, The New York Times, 2 ta' Frar 2020. Aċċess tal-URL: 4 ta' Frar 2020.
  17. ^ (Ingliż) Tracking covid-19 excess deaths across countries, The Economist. Aċċess tal-URL: 22 ta' April 2020.
  18. ^ (Ingliż) Symptoms of Coronavirus. Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti), 20 ta' Marzu 2020
  19. ^ a b (Ingliż) Interim Clinical Guidance for Management of Patients with Confirmed Coronavirus Disease (COVID-19). Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti), 6 ta' April 2020. Aċċess tal-URL: 19 ta' April 2020.
  20. ^ (April 2020) Asymptomatic cases in a family cluster with SARS‑CoV‑2 infection 20: 410–411. DOI: 10.1016/S1473-3099(20)30114-6.
  21. ^ (Ingliż) COVID-19 Dashboard by the Center for Systems Science and Engineering (CSSE) at Johns Hopkins University (JHU). arcgis.com. Aċċess tal-URL: 3 ta' Mejju 2020.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]