Aqbeż għall-kontentut

Evgenia Radanova

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Evgenia Radanova
Minister of Youth and Sports (en) Translate

6 Awwissu 2014 - 7 Novembru 2014
Mariana Georgieva (en) Translate - Krasen Kralev (en) Translate
Ħajja
Twelid Sofija, 4 Novembru 1977 (47 sena)
Nazzjonalità Bulgarija
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni sport cyclist (en) Translate
short-track speed skater (en) Translate
youth sports minister (en) Translate
politiku
Tul 170 cm

Evgenia Radanova (Евгения Раданова, mwielda l-4 ta' Novembru 1977) hija skejter b'veloċità għolja short track Bulgara u ċiklista tat-tlielaq li ħadet sehem fil-Logħob Olimpiku tas-sajf kif ukoll tax-xitwa.[1] Kellha t-titlu tad-dinja fil-500 metru distanza short track bi 43.671s, li għamlet f'Calgary, il-Kanada fid-19 ta' Ottubru 2001. Fil-logħob Olimpiku tax-xitwa f'Salt Lake City 2002 reħbet midalja tal-fidda għall-istess distanza u midalja tal-bronż għal 1500m. Fil-logħob Olimpiku tas-sajf f'Ateni 2004 ħadet sehem fit-tlielaq tar-roti, iżda ma rebħietx midalja. Fl-2010 Olimpjadi Vancouver spiċċat fis-7ba post fil-500m tan-nisa.

Bħalissa Radanova tittrenja l-Italja, għalkemm qattgħat ħafna mill-karriera tagħha mal-Klabb tal-Isport Slavia Sofia u l-Akkademja Nazzjonali tal-Isport f'Sofia, Bulgarija. Fl-Akkademja studjat il-kowċing sportiv. Tiżen 65 kg u hi twila 170 ċm. Radanova weġġgħet gravi tal-inqas darbtejn, iżda għelbet il-ġrieħi biex terġa' lura. F'Awwissu 2014, Radanova inħatret bħala ministru Bulgaru taż-Żagħżagħ u tal-Isport fuq bażi temporanja bħala parti mill-gvern proviżorju ta' Georgi Bliznashki.[2]

  1. ^ Евгения Раданова дари трикото си на МОК, eкипът на Жени ще бъде изложен в музея на МОК (bil-Bulgaru). topsport.bg. 2010-02-27. Miġbur 2014-08-10.
  2. ^ С мисия "да изкарат цялата истина за държавата", лица на протеста, на сините и ГЕРБ влизат в служебния кабинет. Преходната власт ще създаде енергиен борд, ще подпише договора с ЕК, ще подготви влизането в Европейския банков съюз (bil-Bulgaru). mediapool.bg. 2014-08-05. Miġbur 2014-08-09.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]