Aqbeż għall-kontentut

Eugenija Šimkūnaitė

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Eugenija Šimkūnaitė
Ħajja
Twelid Novorossiysk, 11 Marzu 1920
Nazzjonalità Litwanja
Unjoni Sovjetika
Mewt Vilnius, 27 Jannar 1996
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Vytautas Magnus
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni botaniku
spiżjar
ethnographer (en) Translate

Eugenija Šimkūnaitė (twieldet fil-11 ta’ Frar 1920 – mietet fis-27 ta’ Jannar 1996) kienet spiżjara, etnografa u erbalista Litwana.

Eugenija Šimkūnaitė twieldet f’Novorossiysk, Krasnodar Krai, ir-Russja fil-11 ta’ Frar 1920. Missierha, Franz Šimkūno, kien spiżjar u ommha, Olga Lebedeva, kienet infermiera. Fl-1922, il-familja telqet flimkien ma’ refuġjati oħra biex tirritorna fil-Litwanja. Il-familja stabbiliet ruħha f’Tauragnai, fejn missier Šimkūnaitė fetaħ spiżerija. Wara l-iskola primarja, Šimkūnaitė attendiet l-iskola sekondarja ta’ Utena u lestietha fl-1937. Fl-istess sena, daħlet l-Università ta’ Vytautas Magnus biex tistudja għal spiżjar. Fl-1941, ħadmet fi spiżerija f’Tauragnai, u mbagħad fl-Università ta’ Vilnius fl-1942, u ggradwat fl-1943.[1][2]

Fl-1945, Šimkūnaitė ġiet impjegata bħala spiżjara fi ħdan l-isptar ta’ Vilnius. Fl-1947, ġiet maħtura bħala spettur tal-Bord Farmaċewtiku tad-Diviżjoni Kummerċjali tal-Ministeru tas-Saħħa. Hija marret tgħix f’Kaunas fl-1949 biex taħdem bħala assistent primarju tar-riċerka fil-Ġnien Botaniku ta’ Kaunas u biex tibda t-teżi tad-dottorat tagħha. Šimkūnaitė rritornat f’Vilnius f’Settembru 1950 biex tkompli r-riċerka għad-dottorat tagħha fl-Istitut tal-Bijoloġija tal-Akkademja tax-Xjenzi, u lestiet it-teżi tagħha fl-1952.[1][3]

Mill-1955 sal-1957, hija ħadmet fil-Każakistan fl-impjant tal-pjanti mediċinali tal-Unjoni Sovjetika kollha. Meta reġgħet lura l-Litwanja fl-1957, reġgħet ġiet impjegata bħala spettur tal-Bord Farmaċewtiku tal-Ministeru tas-Saħħa, u saret kap tas-sezzjoni erbali fl-1969. Šimkūnaitė rtirat fl-1975. Fl-1993, il-Kunsill tax-Xjenza Litwan ta grad ta’ dottorat tax-xjenzi naturali. Hija mietet fis-27 ta’ Jannar 1996, u ġiet midfuna maġenb il-ġenituri tagħha f’Tauragnai.[3]

Il-Fundazzjoni ta’ Mafkar ta’ Eugenija Šimkūnaitė ġiet stabbilita fl-1997 u għandha l-għan li tippromwovi l-istudju tal-farmaċewtika u l-ħidma fil-qasam tar-riċerka erbali. Fl-1998, l-iskola sekondarja ta’ Tauragnai ssemmiet f’isimha.[3]

  1. ^ a b "Eugenija Šimkūnaitė – kraštiečių atsiminimuose" (bil-Litwan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-07-31. Miġbur 2021-05-05.
  2. ^ "Pagrindinis". Eugenijos Šimkūnaitės labdaros ir paramos fondas (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-05.
  3. ^ a b ċ "Lietuvos archeologijos draugija – Lietuvos archeologų tinklapis". lad.lt. Miġbur 2021-05-05.