Aqbeż għall-kontentut

Võros

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-bandiera tal-Võros

Il-Võros (bil-Võro: võrokõsõq, ippronunzjata [vɤrokɤsəʔ], bl-Estonjan: võrukesed, bil-Finlandiż: võrolaiset) huma abitanti tar-reġjun storiku ta’ Võromaa (Vana Võromaa) fix-Xlokk tal-Estonja, fil-Kontej ta’ Võru u ta’ Põlva b’partijiet estiżi anke fil-Kontej ta’ Valga u ta’ Tartu. It-terminu jintuża partikolarment minn dawk li jisħqu li dawn l-abitanti għandhom identità reġjonali distinta.[1][2][3]

Pulga, kelliem nattiv tal-Võro

B’kollox jgħixu madwar 70,000 ruħ fir-reġjun storiku ta’ Võromaa, u ferm iktar jidentifikaw lilhom infushom bħala Võros, minkejja li forsi jgħixu ’l barra mit-territorju tar-reġjun, l-iktar f’Tartu u f’Tallinn.[4][5]

  1. ^ Ehala, Martin & Niglas, Katrin (2007): Empirical evaluation of a mathematical model of ethnolinguistic vitality: the case of Võro. Journal of Multilingual and Multicultural Development.
  2. ^ Eller, K. (1999): Võro-Seto language. Võro Instituut'. Võro.
  3. ^ Valk, A. (2000). Võrokeste identiteedist. K. Koreinik, J. Rahman (toim.) A kiilt rahvas kynõlõs.. Võrokeste keelest, kommetest, identiteedist (lk. 39-56). Võro Instituut, Võro.
  4. ^ Eichenbaum, K.; Pajusalu, K. (2001): Setode ja võrokeste keelehoiakutest ja identiteedist. - Keel ja Kirjandus nr 7, lk. 483-489.
  5. ^ "Eurominority - Võro - Stateless Nations, national, cultural and linguistic minorities, native peoples, ethnic groups in Europe". web.archive.org. 2009-02-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-02-12. Miġbur 2021-04-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)