Aqbeż għall-kontentut

Esperantoloġija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tabella grammatikali tal-Esperanto

L-Esperantoloġija (jew l-istudji tal-Esperanto) hija studju tal-lingwistika speċjali tal-Esperanto li tistudja l-kostruzzjoni tal-kliem, l-assemblaġġ tal-kliem, l-introduzzjoni tal-kliem fil-lingwa u t-traskrizzjoni ta’ termini “umbrella” u ismijiet proprji. Il-prinċipji tal-Esperantoloġija tal-kostruzzjoni tal-kliem huma eżemplari tal-prinċipji tal-ħtieġa u tas-suffiċjenza li għandhom l-għan li joħolqu bilanċ bejn kemm kelma tkun konċiża u kemm tkun tinftiehem b’mod ċar.[1] Fir-rigward tal-għerq tal-kliem, l-Esperantoloġija tistabbilixxi dawn il-prinċipji:

  • il-prinċipju tal-internazzjonalità;
  • il-prinċipju tal-analoġija ma’ elementi lingwistiċi oħra;
  • il-prinċipju li l-vokabolarju jkun ekonomiku;
  • il-prinċipju tal-ewfonija.

Kif wieħed jista’ jobsor, dawn il-prinċipji kollha mhux dejjem jaqblu bejniethom; pereżempju l-prinċipju tal-internazzjonalità jitlob li tintuża l-kelma internacionala filwaqt li l-prinċipji tal-analoġija u li l-vokabolarju jkun ekonomiku jitolbu li tintuża l-kelma internacia. Fl-Esperanto, it-tieni u t-tielet prinċipji huma iktar b’saħħithom mill-ewwel prinċipju.[2]

Barra minn hekk, il-validità assoluta tal-prinċipji msemmijin hawn fuq ixxekkel ukoll l-użu tal-lingwa peress li m’hemmx mod kif forom li ma jkunux wisq ċari jiġu ċċarati jew korretti.[1][2]

  1. ^ a b Wüster: Esperantologiaj principoj (E-Germana Vortaro). Neergard: Fremdvortoj en E. Tie oni trovas ankaŭ bibliografian liston. KALOCSAY.
  2. ^ a b Welger: Germanlingva studo pri la starigo, prioritatigo kaj interagado de planlingvaj kvalitokriterioj en la verkaro de Zamenhof.