Staka Skenderova
| Staka Skenderova | |
|---|---|
|
| |
| Ħajja | |
| Twelid | Sarajevo, 1828 |
| Nazzjonalità |
Imperu Ottoman Awstrija-Ungerija |
| Mewt | Sarajevo, 26 Mejju 1891 |
| Edukazzjoni | |
| Lingwi | Serb |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
kittieb poeta għalliem edukatur tal-adulti |
Staka Skenderova (1831-26 ta' Mejju 1891) kienet għalliema Bosnijaka, ħaddiema soċjali, kittieba u folklorista.[1] Hija stabbiliet l-ewwel skola għal-bniet f'’Sarajevo fid-19 ta’ Ottubru 1858.[2] Is-sena ta' wara, hija saret l-ewwel awtur mara ppubblikata fil-Bosnja moderna.
Ħajja
[immodifika | immodifika s-sors]Skenderova twieldet fl-1831 f'Sarajevo lil ġenituri immigranti mill-belt Serba Prijepolje . Ħuha anzjan kien ħajjat għall-Armata tal-Ottomani. Skenderova tgħallmet il-lingwa Torka minn età żgħira u għallmet lilha nnifisha tikteb.
Skenderova, bil-permess tal-awtoritajiet Ottomani, fetħet l-ewwel skola tal-bniet f'Sarajevo fl-1858. Kienet ukoll l-ewwel għalliema mara fil-Bosnja-Ħerzeġovina.
Eventwalment Skenderova ddeċidiet li ssir soru. Peress li l-Bożnija ma kellhiex monasteru għan-nisa Serbi-Ortodossi, hija ġiet ordnata bħala soru Ortodossa tal-Lvant f'Ġerusalemm fl-1870.[3]
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Skenderova mietet f'Mejju tal-1891 meta karozzin miġbud minn żwiemel saq dritt qalb folla fil-belt ta' Ilidža. Skenderova kienet fil-folla u kienet midruba b'mod gravi.[4] Hija għamlet xi żmief fil-kura ta' ħabiba tagħha li kien jisimha Miss Irby, iżda mietet ftit wara. Irby organizzat il-funeral fejn Skenderova kienet midfuna f'Sarajevo.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Ljetopis Bosne, 1825–1856 ("Il-Kronika tal-Bosnija, 1825-1856", 1859)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Pokop.ba. "Sveti Arhangeli Georgije i Gavrilo" (in Bosnian). Retrieved 2019-07-12.
- ↑ Žene iz priča i legendi BiH - Staka Skenderova". Federalna. 11 May 2014. Retrieved 11 September 2014.
- ↑ Staka Skenderova". BH Leksikon. Retrieved 11 September 2014.
- ↑ Starogradski haberi 9 - Općina Stari Grad Sarajevo; page 17" (PDF). Stari Grad. 3 March 2011. Retrieved 11 September 2014.